Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inċident u kollużjonijiet tat-traffiku ġew rappurtati lill-Pulizija matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn 1-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena kien hemm 2,034 inċident tat-traffiku li ġie rappurtat lill-Pulizija. Minn dawn 1,939 kienu f'Malta u 95 kienu f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent każijiet pendenti quddiem l-Avukati Legali? Min huma l-avukati li fil-preżent qed joffru għajnuna legali lill-persuni fil-bżonn? Kemm qed jitħallsu dawn l-avukati u kemm-il siegħa jaħdmu matul il-ġimgħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 16239 u 17697 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rrapurtati lill-Pulizija minn stabilimenti kummerċjali f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 453 serqa minn stabbilimenti kummerċjali. Minn dawn 437 kienu f'Malta filwaqt li 17 kienu f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010, kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija minn djar privati f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, ġew irrappurtati lill-Pulizija 609 serqiet minn djar privati 580 f'Malta u 29 kienu f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija ta' karozzi privati u self-drive, car hire eċċ. f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 277 serqa ta' vetturi. Minn dawn 270 f'Malta u 7 f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija fuq turisti f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux dipsonibbli. Madankollu ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena kien hemm 330 persuna ta' nazzjonalita' barrranija li allegatament sfaw vittma ta' xi tip ta' serq.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija fuq opri tas-sajd u tal-baħar f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 89 serqa minn dgħajjes, 82 f'Malta u 7 f'Għawdex filwaqt li kien hemm 28 rapport dwar serq ta' dgħajjes, 27 f'Malta u 1 f'Għawdex. Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar it-tip ta' dgħajjes.
Serqiet minn Ministeri, dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija li seħħew f'ministeri, dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, korporazzjonijiet eċċ. tal-gvern f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, ġew irrapurtati 14-il każ ta' serq minn bini tal-Gvern irrapurtat lill-Pulizija, 12 kienu f'Malta u 2 f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kawżi ċivili relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni li bdew fis-sena ġudizzjarja li għaddiet? Jista' jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' dawn il-kawżi meta mqabbla mal-każijiet ċivili kollha li bdew fl-istess sena ġudizjarja? Jista' jgħid kemm kien hemm litigazzjonijiet relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni fil-perjodu msemmi li għażlu li jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-arbitraġġ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Ġustizzja Malta u Għawdex ma tinżammx tali statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sentenza relatata ma' litigazzjoni fl-industrija tal-kostruzzjoni ingħatat tul dawn l-aħħar ħames snin ġudizzjari? Jista' jagħti it-tweġiba sena b'sena u jgħid każ b'każ kemm kien ilu pendenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Ġustizzja f'Malta kif ukoll f'Għawdex ma tinżamm l-ebda statistika rigward sentenzi li għandhom x'jaqsmu jew relatati mal-Industrija tal-Kostruzzjoni.
Jista l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-kawżi li ġew trasferiti għal quddiem it-tribunal aministrattiv għadhom mhux qed jiġu appuntati?
Jista l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex dawn il-kawżi jibdew jinstegħmu u jidhirlux li fil-frattemp qed jirreka ruħu preġudizzju sostanzjali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-kawżi li hemm quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva qed jiġu appuntati. Infurmat ukoll li diġà kien hemm diversi seduti kif ukoll għad hemm kawżi oħra li għad iridu jiġu appuntati.
Kamra tan-Nar 15 ta' Awwissu — Kwestjoni dwar l-Arloġġ tal-Elettriku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20397 li ta l-Ministru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li għamlu persuni f'isem il-Kamra tan-Nar 15 ta' Awwissu tal-Mosta, li tali applikazzjoni issa daħlet fl-għassa tal-Mosta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi qatt ma kienet il-proċedura li l-Pulizija tindaħal fl-ipproċessar ta' talbiet għal provvista ta' kurrent elettriku.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament li applikat biex tiġi reinstated, effettivament din tiġi hekk reinstated bħalma ġara f'każijiet simili?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-każ tal-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jiġi kkunsidrat.
Talba lill-Protezzjoni ċivili, pulizija jew armata minħabba l-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-għajnuna lill-Protezzjoni Ċiviloi/Pulizija/Armata fil-ġranet 24 u 25 ta' Ottubru 2010 meta maltempata qawwija laqtet lil pajjiżna? Jista' jaqsam dawn it-talbiet bejn ilmijiet f'residenzi, karozzi wieqfa fl-ilmijiet u raġunijiet oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-ġranet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċeva 311 telefonata fuq in-numru ta’ emerġenza 112, li minnhom 77 kienu talbiet għal assistenza kawża tal-maltemp li laqat lil-pajjiżna, kif ġej:
Fl-24 t’Ottubru 2010
Għargħar f’postijiet residenzjali 19
Karozzi wieqfa fl-ilmijiet 8
Fil-25 t’Ottubru 2010
Għargħar f’postijiet residenzjali 30
Għargħar f’żoni industrijali 10
Infurmat ukoll illi filwaqt li fil-25 t’Ottubru ma ġewx rekordjati talbiet dwar karozzi wieqfa fl-ilmijiet, id-Dipartiment intervjena mill-anqas fi 17-il każ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-pulizija fl-inħawi taċ-Ċirkewwa matul Lulju, Awwissu u Settembru (limitat għall-area ta' madwar il-port taċ-Ċirkewwa - mil-lukanda sal-breakwater)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru ta' din is-sena il-Pulizija ħarġet 162 ċitazzjonijiet għal diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku fl-inħawi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2010 u ta' liema tip kienet? Minn liema lokalitajiet u kemm kien hemm persuni involuti f'dan it-traffikar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont u t-tip ta' droga maqbuda mill-Pulizija f'diversi lokalitajiet matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena. Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm 48 persuna li ġew investigati mill-Pulizija fuq traffikar ta' droga.
Attachments:18908 - Drug suezure Jan - May 2010.doc
Billi skont it-tweġiba parlamentari 19510 jirriżulta li fost dawk il-persuni li għebu matul l-aħħar xhur kien hemm numru ta' tfal, u kultant trabi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'każijiet bħal dawn, isirux xi investigazzjoni differenti minn dawk ta' meta jisparixxu persuni adulti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga bir-reqqa kollha kull rapport li jkollha dwar persuni li jkun ġew irrapurtati nieqsa. Fir-rigward tat-tagħrif li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19510, ġejt infurmat ukoll illi minn 35 persuna taħt it-13-il sena, li kienu rrapurtati nieqsa bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena, 31 ġew rintraċċati. L-erbgħa l-oħra huma trabi li ġew irrapurtati nieqsa flimkien mal-ġenituri tagħhom ta’ nazzjonalità barranija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet minn missirijiet li kellhom ulied min-nisa li ma kenux marbutin magħhom biż-żwieġ formali, biex huma jingħataw l-kustodja ta' uliedhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2006 sas-19 ta' Ottubru 2010 in-numru ta' missirijiet li kellhom ulied min-nisa li ma kenux marbutin magħhom biż-żwieġ formali, biex jingħataw il-kustodja ta' uliedhom kien ta' 167 kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:-
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal spetturi fl-aħħar sejħa li għamel is-Servizz Pubbliku fl-2010? Kemm intagħżlu? Jista' ukoll jikkonferma jew jiċħad jekk hux se ssir sejħa oħra għal spetturi fl-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar sejħa għall-Spetturi fil-Korp tal-Pulizija li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern f'Marzu 2010, kien hemm 59 persuna li applikaw. Infurmat ukoll li l-proċess għadu għaddej, filwaqt li applikazjonijiet għal aktar sejħiet isiru skont l-esiġenzi tal-Korp.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex parti mis-salarju ta' Settembru tal-impjegati tal-ħabs ħarġu fuq ċekkijiet u ma ġewx ikkreditati fil-kont bankarju kif is-soltu jiġri? Huwa veru li l-uffiċjal inkarigat mis-salarji ma għamilx xogħlu kif suppost u jekk kien hemm xi negligenza mill-istess uffiċjal ittieħdu xi passi kontra l-istess uffiċjal?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-impjegati tal-ħabs kellhom is-salarju kollu dovut għax-xahar ta' Settembru ikkreditat fil-kont bankarju tagħhom. Infurmat ukoll li minħabba diffikultajiet tekniċi l-overtime inħareġ bħala pagament supplementari għal Settembru.