Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10504 Sitting 240 2019-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex — films

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9829, jista’ l-Ministru jgħid x'produzzjonijiet/films inġibdu matul is-sena 2019 u kemm huwa ppjanat li jinġibdu ġewwa Għawdex matul il-kumplament tas-sena 2019 u kemm hu l-valur fi flus ta’ dawn il-produzzjonijiet/films?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment qed jinġibed film ġewwa Għawdex. Dan il-film qed isir permezz ta’ ko-produzzjoni bejn Malta u l-Kanada u l-baġit tal-istess produzzjoni huwa ta’ madwar miljun u nofs ewro. Fost l-inċentivi li Malta Film Finance Limited tat biex dan il-proġett ikun jista’ jseħħ, hija rabtet lill-istess ko-produzzjoni biex 50% ta’ dan il-film jinġibed ġewwa l-gżira Għawdxija. Din il-koproduzzjoni bbenfikat ukoll minn inċentivi fuq l-infiq eliġibbli kif ukoll fondi mill-Malta Film Fund. Intant, il-Kummissjoni Maltija għall-Films għaddejja b’ħidma kontinwa biex tattira aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna, inkluż lejn Għawdex.
Leg 13 PQ #10610 Sitting 240 2019-06-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourism Police

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-implimentazzjoni tal-wegħda ta’ Tourism Police ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10611.
Leg 13 PQ #10451 Sitting 237 2019-06-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Inkjesta Egrant — rapport

Question

Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s’issa mhux pubbliku? Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m’għandi l-ebda aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.
Leg 13 PQ #10452 Sitting 237 2019-06-17 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa – xogħlijiet fil-bajjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra dwar liema xogħlijiet se jkunu qegħdin isiru fil-bajjiet li jinsabu f’Birżebbuġa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa Birżebbuġa l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) qiegħdha twettaq proġett ta’ renourishment tal-Bajja San Ġorġ. Dan ix-xogħol jinvolvi li jitmexxa r-ramel mill-bajja nnifisha għal fuq ix-xtajta bl-effett li l-bajja tar-ramel tikber. Għaddej ukoll xogħol ta’ manutanezjoni tar-railings tal-istess bajja. Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) għamlet ukoll diversi xogħlijiet speċjalment fil-Bajja s-Sabiħa (Pretty Bay), fejn fost l-oħrajn ġew installati numru ta’ walkways, showers, changing rooms, recylce bins u Life Guard Tower . Ix-xewqa tal-Ministeru hija li tiġi stabbilita strateġija ħolistika ta’ manutenzjoni ta’ dawn il-bajjiet żgħar ramlija.
Leg 13 PQ #10481 Sitting 237 2019-06-17 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa – applikazzjoni għal car park viċin il-Freeport

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bid-dettalji dwar applikazzjoni ppreżentata minn Projects Plus għall-iżvilupp ta’ car park viċin il-Freeport f’Birżebbuġa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għal dan il-parkeġġ tinsab fi stadju avvanzat. Saru l-konsultazzjonijiet neċessarji kemm mad-Direttorat kif ukoll mall-entitajiet ikkonċernati u l-istakeholders.
Leg 13 PQ #10411 Sitting 235 2019-06-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubai fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè: a. id-dati eżatti taż-żjara; b. l-iskop taż-żjara; c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew person/s of trust u minn min; d. jekk kienx preżenti ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru; u e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara, jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10406.
Leg 13 PQ #10412 Sitting 235 2019-06-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubai f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè: a. id-dati eżatti taż-żjara; b. l-iskop taż-żjara; c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew persons of trust u minn min; d. jekk kienx preżenti ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru; u e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara, jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10406.
Leg 13 PQ #10379 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet – Concessions għal lidos u sunbeds

Question

B’referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru: a. jgħid kemm-il concession hawn u f’kemm-il bajja huma mqassma; b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f’kull concession, u kemm jammontaw is- sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f’kull bajja; u c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta’ art li huwa mgħotti b’dawn il- concessions , u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Leg 13 PQ #10406 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar f’Dubai — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma’ min iltaqa’ u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f’Dubai, suppost fuq xogħol tal-gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li peress li l-mistoqsija tirreferi għall-kariga ministerjali preċedenti, l-informazzjoni addizzjonali qiegħda tinġabar.
Leg 13 PQ #10407 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kuntratt ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta’ kuntratti ta’ servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 ’il hawn kemm ilu Ministru? Jista’ jinkludi wkoll: a. l-iskop tal-kuntratt; b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u c. l-ammont ta’ ħlas imħallas a tenur ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Leg 13 PQ #10160 Sitting 233 2019-06-05 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.
Leg 13 PQ #10344 Sitting 232 2019-06-04 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien id-Dubai f’Awwissu tal-2015 u in vista tal-emails mikxufa f’PanamaPapers dwar l-iskop ta’ din iż-żjara, jista’ l-Ministru jgħid: (i) f’liema bank fid-Dubai fetaħ il-kont bankarju; u (ii) kemm iddepożita flus fil-kont ġdid li fetaħ fid-Dubai?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4970.
Leg 13 PQ #10273 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9560.
Leg 13 PQ #10336 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubai f’Awwissu tal-2015, jista’ l-Ministru jgħid: (i) id-data eżatti taż-żjara; (ii) x’kien l-iskop taż-żjara; (iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u f’dak il-każ, minn min; (iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u (v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.
Leg 13 PQ #10337 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubai fi Frar tal-2016, jista’ l-Ministru jgħid: (i) id-data eżatti taż-żjara; (ii) x’kien l-iskop taż-żjara; (iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u f’dak il-każ, minn min; (iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; (v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.
Leg 13 PQ #10338 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubai f’Novembru tal-2016, jista’ l-Ministru jgħid: (i) id-data eżatti taż-żjara; (ii) x’kien l-iskop taż-żjara; (iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u f’dak il-każ, minn min; (iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u (v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.
Leg 13 PQ #10195 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

In vista tal-fatt li l-mistoqsija parlamentari 9712 tirreferi għall-mistoqsija li ilni nagħmilha diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed idum daqstant biex jagħti dettalji dwar iż-żjarat tiegħu f’Dubai matul l-aħħar leġislatura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.
Leg 13 PQ #10196 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Laqgħa ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni tal-2013 ‘l hawn, qattx iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk iva, meta u għal liema raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva ltqajt mal-individwu kkonċernat. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li Ministru jiltaqa’ magħhom u d-dettalji ta’ kull laqgħa.
Leg 13 PQ #10197 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Laqgħa ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni tal-2013 ‘l hawn, qattx iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk iva, meta u għal liema raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva ltqajt mal-individwu kkonċernat. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li Ministru jiltaqa’ magħhom u d-dettalji ta’ kull laqgħa.
Leg 13 PQ #10245 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq reklamar f’dawn ix-xahrejn kienet ta’ ftit inqas minn €45,000. Din in-nefqa tmur kważi kollha għand l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu li qed tagħmel marketing is-sena kollha biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-turisti u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi li tippromwovi l-faċilitajiet tagħha u l-attivitajiet li jsiru fl-istess post. Fir-rigward tal-Air Malta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.