Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24412 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrasttruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 44 vettura li huma mikrija.

Il-Mellieħa — Trasport pubbliku - Tibdil fir-rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’bidliet daħlu fis-seħħ fl-aħħar sena fir-rigward tat-trasport pubbliku fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll liema rotot ġodda ġew introdotti u liema rotot kellhom il-frekwenza tagħhom mibdula, kemm fil-każijiet fejn żdiedet, kif ukoll fejn tnaqqset il-frekwenza tas-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din l-aħħar sena ġew introdotti tliet tibdiliet fir-rotot tat-trasport pubbliku li jaffettwaw il-lokalità tal-Mellieħa, kif jidher permezz tal-punti segwenti: 1. Tibdil fir-Rotta 101 – Ir-Rotta 101 ġiet estiża minn Dawret il-Mellieħa/Triq Louis Wettinger sa Triq Edward Camilleri fil-lokalità tal-Mellieħa. Permezz ta’ dan it-tibdil, is-servizz tat-trasport pubbliku issa jgħaqqad diversi punti fil-Mellieħa mad-Djar tal-Anzjani, l-iskola u l-Kunsill Lokali. 2. Rotta rebranded – X299 – Ir-rotta X300, li kienet topera żewġ vjaġġi filgħodu u oħrajn wara nofsinhar, ġiet “rebranded” u issa qed topera taħt in-numru X299 . 3. Rotta ġdida – X300 – Rotta ġdida bl-isem X300 bdiet topera bejn Ċirkewwa u l-Belt Valletta b’frekwenza ta’ kull nofs siegħa f’ħinijiet ta’ peak. Din ir-rotta tgħaddi mill-Għadira, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (waqfa Kennedy), Salina, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, l-Università u l-Isptar Mater Dei. Dan is-servizz qiegħed joffri konnessjoni aktar diretta u frekwenti għar-residenti tal-Mellieħa kemm lejn il-Belt Valletta kif ukoll lejn l-Università u Mater Dei. Ir-rotta X1 giet irtirata minħabba l-fatt li r-rotot il-ġodda qed jaqdu l-areas kollha li kienu jiġu koperti bl-X1.

Ħal Luqa — Triq Gużeppi Ellul - Tibdil fir-rotta tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni li l-karozzi tal-linja qegħdin jgħaddu minn Triq Gużeppi Ellul, f’Ħal Luqa, hijiex waħda temporanja jew permanenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28152.

Storm Water Culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jissewwew is-Storm Water Culverts fi Triq is-Salina, in-Naxxar, li diġà ġew spezzjonati mill-Perit tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi f’Marzu 2025, u li kkonferma li fihom ħsarat estensivi, li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti taż-żona u li għandhom jissewwew mill-aktar fis possibbli?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

Port tal-Imġarr — Fast Ferry Terminal - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27157, jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod/modi ser jiġi mmassimizzat l-użu tat-terminal eżistenti ġewwa l-port tal-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll fiex ser jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, kemm huma stmati li ser jiġu jiswew u meta ser jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aġġornament fuq it-Terminal tal-Gozo Fast Ferry ġewwa l-Port tal-Imġarr huwa maħsub sabiex itejjeb l-effiċjenza, is-sigurtà u l-esperjenza ġenerali tal-utent, b’mod li jikkontribwixxu għal servizz aktar effiċjenti u aċċessibbli.

Ir-Rabat, Malta — Vjal il-Ħaddiem - Pelican crossing lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni biex iż-zebra crossings fi Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat, Malta li hija triq traffikuża ħafna, jiġu konvertiti f’pelican crossing lights?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ir-Rabat, Malta — Triq Borg Olivier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp dwar il-preżenza ta’ uffiċjali tat-trasport fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Malta, waqt il-ħinijiet ta’ traffiku għoli (peak hours), biex jiġi żgurat li tiġi osservata l-liġi li tipprojbixxi li ma jgħaddux ‘heavy vehicles’ minn din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalma jsir f’diversi żoni oħra traffikużi madwar Malta, jiġu regolarment mibgħuta muturi jew vetturi tal-infurzar li jgħaddu minn din it-triq f’diversi ħinijiet matul il-ġurnata. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi nnotat li f’din iż-żona hemm biżżejjed tabelli ċari li jindikaw li ċerti tipi ta’ vetturi huma projbiti milli jgħaddu minn ċerti toroq, inkluż Triq Borg Olivier, ir-Rabat, Malta.

Tabelli tan-No Entry jew One-Way — Roti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tabella tan-No Entry jew One-Way, tapplikax ukoll għal min ikun qed isuq ir-rota?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Kap 65 u l-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.05, jindirizzaw b’mod ċar l-informazzjoni mitluba, ċioe’ li kull utent tat-triq, inkluż dawk li jsuqu r-roti, huma obbligati li josservaw is-sinjali tat-traffiku sakemm ma jkunx hemm eċċezzjoni espressament indikata.

Transport Malta — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27712 u jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta f’Jannar 2013, f’Jannar 2014, u f’kull Jannar sal-2025 (inklużi dawk li huma pprovduti minn kuntratturi, bħal cleaners u clerks) maqsumin bil-gradi rispettivi tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

In-numru ta’ impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta huwa s-segwenti: 2013 301 2014 320 2015 345 2016 415 2017 578 2018 749 2019 729 2020 779 2021 843 2022 840 2023 825 2024 835 2025 927

Blue Paper u Temporary Work Permit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Blue Paper jew Temporary Work Permit inħarġu fis-sena 2024 (informazzjoni mitluba għal kull tlett xhur ta' dik is sena) għall-cab drivers/sewwieqa mal-Aġenzija Identità?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

LPTS — Faċilitajiet tal-iggaraxxjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27851 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet tal-iggaraxxjar għas-servizzi tal-Light Passenger Transport System (LPTS) li huwa rekwiżit għal-liċenzja tal-operatur indikati minn operaturi li għandhom minn 30 vettura ’l fuq u jindika l-indirizz tal-faċilitajiet tal-iggaraxxjar ta’ kull operatur?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — Kontravenzjonijiet - Multi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27852 u jgħid kif Transport Malta qiegħda tibgħat multi amministrattivi tas-sena 2023 f’dawn il-ġranet, sentejn wara li l-imsemmija kontravenzjonijiet ikunu twettqu?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Luqa — Triq Gużeppi Ellul - Tibdil fir-rotta tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-karozzi tal-linja qegħdin jgħaddu minn Triq Ġużeppi Ellul, f’Ħal Luqa, minflok ir-rotta li kienu jużaw qabel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’mod temporanju, ir-rotot tat-trasport pubbliku qed jgħaddu minn Triq Ġużeppi Ellul minħabba xogħlijiet li qed isiru bħalissa. Madankollu, din id-devjazzjoni qed tintuża wkoll bħala prova biex jiġi evalwat kif jista’ jopera s-servizz b’dan it-tibdil.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20930.

Kiri ta’ karozza tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza tal-linja li ġiet mikrija f’Għawdex għall-membri kollha tal-Kabinett, nhar it-Tnejn 7 ta’ April ta’ din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ir-Rabat, Malta — Triq il-Katakombi - Tabelli one-way

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27438, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-approvazzjoni rigward tabelli one-way fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat, Malta li ġew approvati minn Transport Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

LPTS — Faċilitajiet tal-iggaraxxjar

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet tal-iggaraxxjar għas-servizzi tal-Light Passenger Transport System (LPTS) li huwa rekwiżit għal-liċenzja tal-operatur indikati minn operaturi li għandhom minn 30 vettura ’l fuq u jindika l-indirizz tal-faċilitajiet tal-iggaraxxjar ta’ kull operatur?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.