Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm car park attendants impjegati jew liċenzjati u jelenka liema car parks pubbliċi jservu fihom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm sitta u erbgħin car park attendant li huma illiċenzjati mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta biex iservu fis-siti ta’ parkeġġ pubbliku elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab ukoll infurmat illi dawn il-car park attendants mhumiex impjegati tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta.
Tender IMT007/2022 'tender for the provision of an HVSC and LVSC onshore power supply (OPS) system in the South Harbour Region and Lascaris Wharf, Grand Harbour, Port of Valletta Malta'
Question
B' referenza għat-Tender IMT007/2022 'Tender for the Provision of an HVSC and LVSC Onshore Power Supply (OPS) system in the South Harbour Region and Lascaris Wharf, Grand Harbour, Port of Valletta Malta', jista’ l-Ministru jgħid minn min huma fformati ż-żewġ Consortium (isem il-kumpaniji, jew persuni) li ssottomettew (ibbiddjaw) għal din l-imsemmija tender?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx consortia li tefgħu offerti fit-tender indikat minnu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1242, peress li huwa evidenti li s-servizz ċirkolari b’vetturi tat-trasport pubbliku minn u lejn iż-żona ta’ Wied iż-Żurrieq biex tiġi evitata konġestjoni fil-parkeġġ ta' Wied iż-Żurrieq falla, jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jiġi kkunsidrat il-bini ta' multi-level parking f’Wied iż-Żurrieq fl-istess post fejn illum hemm il-parkeġġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellat illi l-Awtorita tat-Trasport u l-Infrastructure Malta qegħdin f’diskussjonijiet biex jiġu ndirizzati l-issues li hemm f’din iż-żona.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034 u 4251 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra
Infrastructure Malta – tenders, direct orders u konċessjonijiet lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders, direct orders u konċessjonijiet oħra li Infrastructure Malta tat lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u/jew kumpaniji/joint ventures jew partnership li fiha kien involut (inkluż imma mhux limitat għal dawk mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ukoll)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’konnessjoni mal-istudji li ġew ippubblikati fuq il-Metro, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar:
a. il-mod u d-data tal-individwi/ditta/soċjetà/għaqda li ġie/ġew ingaġġati jagħmlu l-istess studju; u
b. il-kopja tat-termini ta’ riferimenti/ingaġġar tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u/jew xi kumpaniji/ditta/individwi hekk ingaġġati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consiglii, Fgura, u meta previsti li ser jintemmu kompletament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4293 qed jirreferi għall-parti ta’ biswit il-playground, bħalissa għaddejjin bix-xogħlijiet fuq tiswijiet tal-main tad-drenaġġ b’kollaborazzjoni mal-Water Services Corporation. Dawn mistennija li jitlestew sal-ġimgħa d-dieħla, bix-xogħol tal-asfalt ikompli immedjatament wara.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1253 u 2976, jista’ l-Ministru b'rispett lejn ir-residenti li joqogħdu wara l-Mini ta' Ħal Kirkop jieħu in konsiderazzjoni li titwessa’ ftit Triq Ħal Far - li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa – mill-Kappella ta’ Sant’Agata sal-fdalijiet tal-Bakkari, peress li f’partijiet minnha t-triq tant hi dejqa li ma jgħaddux żewġ karozzi maġenb xulxin, u dan peress li din it-triq hija alternattiva għall-mini ta’ Ħal Kirkop?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nintlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2976.
Infrastruttura Malta – investiment f’bini ta’ rotot ġodda għar-roti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-€35 miljun li se jiġu investiti minn Infrastructure Malta fuq medda ta’ ħames snin sabiex jinbnew rotot ġodda għar-roti, biex b’hekk kull min irid jagħmel użu minn dan it-trasport alternattiv ikun jista’ jagħmel dan b’mod sigur, se jiġu investiti fil-gżira ta' Għawdex matul il-ħames snin li ġejjin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment indikat minnu huwa għal Malta. Għal kull investiment simili, fejn hu possibbli, fil-gżira Għawdxija għandha ssir il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-sena li ġejja huwiex ser isir ix-xogħol li kien previst fi Triq il-Kampanella, Fgura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq beda fix-xahar ta’ Novembru. Ix-xogħlijiet minn Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid din it-triq ser jinkludu bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ, ilma, telekomunikazzjoni u bini ta’ bankini ġodda. Wara jibda x-xogħol ta’ tqaxxir tal-wiċċ l-antik tat-triq sabiex isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Diskors tal-Baġit 2023 – diskussjoni biex servizzi jingħataw wara d-9.00 a.m.
Question
Peress li fid-Diskors tal-Baġit 2023 il-Ministru għall-Finanzi f’paġna 75 qal li “niftħu diskussjoni wiesgħa mal-istakeholders konċernati biex numru ta’ servizzi fit-toroq tagħna ma jingħatawx qabel id-9.00 a.m.”, jista’ l-Ministru jgħid min huma dawn l-istakeholders? Huwa konxju li din kienet miżura li fil-passat kienet tneħħiet mill-Gvern preżenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istakeholders huma s-service providers stess u l-entitajiet li jirrapreżentawhom fil-fora tal-pajjż, inkluż l-imsieħba soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-mina taħt l-art mis-Swieqi/Pembroke għal Paceville li kienet marbuta bħala kundizzjoni għall-ħruġ tal-permessi għall-bini ta’ lukanda/żvilupp massiv ġewwa Paceville?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom qegħdin isiru studji fuq proposti preliminari għal Triq Sant’Andrija biex jiġu analizzati soluzzjonijiet li jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq l-inħawi inkwistjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730 u 4034 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2053, 3729 u 4035 u jelenka l-istakeholders u/jew NGOs li ġew ikkonsultati għall-pjan ta' Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ta' 76 paġna? Dawn kienu jinkludu xi wħud mill-istakeholders preżenti li qed jokkupaw il-port?
Response (FARRUGIA, AARON)
Il-pjan tagħna biex jiġi riġenerat il-port il-kbir huwa wieħed ‘ħaj’ u kontinwu, li se jgħolli l-livell tal-Port il-Kbir biex isir ċentru ta' attivita ekonomika, soċjali u kulturali. Dan jinkludi numru ta' proġetti li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru qegħdin iwettqu jew qed jipjanaw li jwettqu. Fl-aħħar xhur saru diversi laqgħat mal-shipowners f'dawn l-inħawi. L-entitajiet ukoll għaddejin b'diskussjonijiet diversi. Dwar id-dokument li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, infurmat li dan ukoll ġie ppreparat abbażi ta’ konsultazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3309, peress illi l-karozzi tal-linja kollha għandhom sistema ta’ GPS li turi l-pożizzjoni tagħhom f’ħin reali waqt li jkunu qed joperaw, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-location f’ħin reali ma tintweriex fuq il-mappa b’mod viżwali u tiġi aġġornata kull ftit sekondi, l-istess bħal kif jagħmlu fuq applications ta’ taxis kummerċjali u pjattaformi diġitali għall-konsenja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l, bħalma spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 3309, bħalissa l-informazzjoni fuq l-app tiġi aġġornata b’mod frekwenti, waqt li l-operatur tat-trasport pubbliku wkoll se jkun qed jaġġorna s-sistema.