Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett Car2Go — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-proġett "Car2Go" u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim mal-kumpanija jew kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ Transport Malta tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Billboards – azzjoni ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Planning Authority din il-ġimgħa wettqet azzjoni ta’ infurzar kontra tliet billboards b’messaġġi ta’ Occupy Justice bl-iskuża li kienu llegali meta llum (20 ta’ Frar 2018) fit-Times of Malta hemm storja li hawn iktar minn 100 billboard illegali u li ilhom hekk illegali, għal sentejn u iktar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet diversi azzjonijiet diretti madwar Malta u Għawdex fl-2016 u 2017 sabiex jitneħħew billbords illegali wara li dawn kienu servuti b’avviżi ta’ infurzar, irrispettivament mill-kontenut tar-reklami. L-Awtorità kompliet tikkontrolla n-numru ta’ billbords illegali fit-toroq. L-Avviż Legali li ħareġ fit-2 ta’ Frar 2018 għen lill-Awtorità sabiex taġixxi b’mod aktar effettiv. Għalhekk setgħu jsiru serje ta’ azzjonijiet diretti oħra fl-2018 sabiex jitneħħew il-billbords illegali li kien fadal. Fis-16 ta’ Frar 2018 inqalgħu sitt billbords li kienu illegali peress li kienu servuti b’avviżi ta’ infurzar li nħarġu u ġew aġġornati fix-xhur qabel. Mhux minnu li kien hemm 100 billbord illegali fi Frar 2018, tant hu hekk li bl-azzjonijiet diretti li ttieħdu fil-ftit ġimgħat ta’ wara ġie żgurat li r-regolamenti rigward billbords u reklamar jiġu segwiti u l-billbords illegali tneħħew kollha.

Għawdex – flus tal-Unjoni Ewropea għat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw flus tal-Unjoni Ewropea fuq toroq f'Għawdex sal-lum matul is-sena 2018 u jgħid liema toroq saru b'dawn il-fondi Ewropej mill-Ministeru tiegħu jew minn Transport Malta? Jista' jgħid kemm-il triq saret f'Għawdex minn Infrastructure Malta matul is-sena 2018 u liema kienu dawn it-toroq? Liema toroq f'Għawdex hemm ippjanati li jsiru minn Infrastructure Malta ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjonijiet mill-flus Ewropej normalment isiru fuq toroq li huma parti minn network tat-Ten-T. It-toroq f’Għawdex li huma fuq din in-network kienu saru xi snin ilu (2011) u għaldaqstant ma kienx hemm allokazzjonijiet ta’ fondi fit-2017. Fl-istess ħin huwa ta’ sodisfazzjon li fl-aħħar l-Oppożizzjoni tidher qed tibda tappoġġja t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, minkejja li f’Lulju li għadda, f’dan l-istess Parlament, ivvutat kontra din l-istess entità, u kontra l-investiment bla preċedent li l-Gvern qed jibda jwettaq fit-toroq ta’ pajji¿na permezz tagħha. Infrastructure Malta bdiet il-ħidma tagħha fis-sajf u mill-ewwel qabdet ritmu ta’ xogħol mgħaġġel ħafna, b’għadd ta’ proġetti ta’ titjib u bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali. Fl-istess waqt qed tiffinalizza l-pjanijiet tagħha biex fix-xhur li ġejjin u s-sena d-dieħla żżid din il-ħidma b’ferm aktar proġetti ta’ titjib ta’ toroq arterjali u bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali f’Malta u Għawdex. Il-ħidma ta’ Infrastructure Malta f’Għawdex qed tiġi ppjanata wkoll b’kollaborazzjoni mal-Ministeru t’Għawdex u l-kunsilli lokali tal-lokalitajiet konċernati. L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati.

L-Imdina – proprjetajiet li għandu l-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt tal-Imdina mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetà? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti:- PQ 7358 - L-Imdina – proprjetajiet li għandu l-Gvern numru ta' propjeta' Triq L-Imhazen Mdina Residential / non-residential / commercial 16 Lease Strada Lunga Mdina Residential 3 Perpetual Emphyteusis Misrah Il-Mina Tal-Griegi Mdina Residential / non-residential / commercial 4 Lease / Encroachment Telgha Tas-Saqqajja Mdina commercial 1 Triq L-Infetti Mdina Non-Residential 1 Triq Mesquita Mdina Residential 3 Lease Pjazza San Publiju Mdina Non-Residential 4 Lease Triq Inguanez Mdina Residential 5 Perpetual Emphyteusis / lease Triq San Nikola Mdina Residential 6 Lease Triq is-Salib Imqaddes Mdina Residential 2 Lease Triq Santu Rokku Mdina Residential 1 Lease Triq Notabile Mdina Non-Residential 1 Encroachments Triq Santa Sophia Mdina Residential 1 Perpetual Emphyteusis Mdina Gate Mdina Non-Residential 4 Encroachment / lease Bastion Square Mdina Residential 1 Perpetual Emphyteusis Il-Mina Principali Mdina Residential 1 Triq Il-Muzew Mdina Non-Residential 4 Lease / Encroachment Mdina Ditch Mdina Non-Residential 2 Lease Triq is-Salvatur Mdina Residential 1 Perpetual Emphyteusis Villegaignon Str Mdina Residential 1 Lease Misrah il-Kunsill Mdina Non-Residential 1 Encroachment Il-Giardin Tas-Sindku Mdina Commercial 1 Lease It-Tafal il-Kbir Mdina Residential 1

Portijiet Maltin — Dħul ta’ bastimenti Ċiniżi

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7048, jista' l-Ministru jgħid f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett basitimenti imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 7048 daħlu fil-Port tal-Belt Valletta.

Siti mogħtija għall-bini – skavar ta’ ħamrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex hekk kif tiġi skavata l-ħamrija minn sit mogħti għall-bini, din titħares u tintefa’ f’postijiet ta’ ħażna jew fuq art qasbija? Kemm inqabdu kuntratturi jarmu ħamrija flimkien ma’ skart tal-kostruzzjoni fis-sena 2017 u fis-sena 2018 sa Settembru?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru responsabbli mill-ambjent.

Il-Qrendi/l-Imqabba — barriera

Question

Peress li għal diversi drabi r-rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni, u possibbilment anke ħamrija, qed kontinwament jintrema+ f’barriera li qiegħda bejn il-Qrendi u l-Imqabba fl-inħawi ta’ Misraħ is-Sinjura u tal-Għariex, u peress li l-barriera li r-ritratt tagħha qed jingħata separatament ilha ferm li mtliet u faret tant bit-terrapin li ħasret id-dehra tal-madwar, jista’ l-Ministru jgħid x’permessi għandha l-barriera biex dan isir? Jekk ma hemmx permessi, x’enforcements ħarġu mill-Awtorità għall-Ippjanar u meta? Kemm hu l-caping tal-multa jekk ħareġ l-enforcement? Il-multa tħallset? X’se jsir biex is-sit tal-barriera jirritorna għal-livelli aċċettabbli ta’ rimi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-barriera in kwistjoni hija kolpita b’żewġt azzjonijiet ta’ infurzar waħda ħarġet fl-2005 u oħra fl-2016, li kollettivament qed iġorru multa ta’ mitt Ewro kuljum li jaslu sa massimu ta’ mitt elf Ewro, u li sal-lum għadha tiddekorri. L-Awtorita’ se tuża l-mezzi disponibbli fil-ligi biex din il-barriera tirritorna għal livelli aċċettabli. Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-aħħar li saret spezzjoni fuq dan is-sit mill-uffiċjali tal-infurzar kien fit-18 ta’ Ottubru 2018 fejn ma ġietx innotata xi attivita’ ta’ tfieh ta’aktar materjal.

Il-Marfa – art pubblika

Question

Peress li hu nnotat li art pubblika quddiem il-lukanda Riviera fil-Marfa, ġiet meħuda, billi tneħħa t-tarmak tat-triq u tqiegħdet art imħaġra, jista’ l-Ministru jgħid x’permess ingħata mill-Awtorità tal-Artijiet biex sar hekk? X’kien l-akkwist tal-poplu Malti?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika b’mod iktar preċiż għal liema biċċa art qed jirreferi.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti. Nixtieq inżid li l-maġġoranza assoluta tan-nefqa kienet relatata mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dipartiment / Entità / Agenzija: Marzu 2013 - Diċembru 2013 Jannar - Diċembru 2014 Jannar - Diċembru 2015 Jannar - Diċembru 2016 Jannar - Diċembru 2017 Jannar - Settembru 2018 € € € € € € Transport Malta 1,903 5,722 7,303 6,826 30,842 5,113 Infrastucture Malta 0 0 0 0 0 0 Planning Authority 3,602 2,947 4,095 127 2,742 300 Lands Authority 0 0 0 0 483.2 0 Land Registry 0 0 0 0 0 0 BICC 0 757.8 1,057.23 1,057.70 1,075.45 550 BRO 0 0 0 2,970.40 0 0 Property Malta 0 0 0 0 0 0

Xarabank li jintużaw kuljum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ xarabank li bħalissa qed jintużaw ta’ kuljum bħala trasport pubbliku f’Malta? Kemm-il xarabank minn din il-flotta nxtrat ġdida fis-sena 2017 u kemm fis-sena 2018 s’issa? Kemm-il xarabank minn din il-flotta ġiet skrepjata fis-sena 2017 u fis-sena 2018 s’issa? Kemm jaħdmu sewwieqa tax-xarabank mat-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li: • Fil-preżent hemm 407 karozzi tal-linja li qegħdin reġistrati bħala vetturi li qed jagħmlu is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda; • Fl-2017 l-operatur tat-trasport pubbliku żied 28 vettura ġdida mal-flotta tal-vetturi li joperaw fuq is-servizz. Fl-istess sena ġew skrepjati total ta’ 7 vetturi; • Fl- 2018, s’issa, l-operatur tat-trasport pubbliku żied vettura waħda ġdida mal-flotta tal-vetturi li joperaw fuq is-servizz. Mill-bidu ta’ din is-sena s’issa ma ġiet skrepjata l-ebda xarabank. Mill-informazzjoni miġbura mingħand l-operatur tat-trasport pubbliku jirriżulta li hemm total ta’ 1,075 sewwieqa tax-xarabank u li minnhom hemm 850 impjegati fuq bażi full-time filwaqt li l-kumplament huma fuq bazi part-time.

Twessigħ ta’ Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li għaddej f’pajjiżna fejn dan il-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta’ triq? Jista’ jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b’direct order jew kienx magħżul b’tender? Jista’ jgħid ukoll għal kull parti ta’ triq li hija parti minn dan il-proġett ta’ twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta’ twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Proġett ta’ twessigħ ta’ toroq – raba’

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista’ l-Ministru jgħid, fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mal-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum); a. kemm-il biċċa raba’ ġiet mittiefsa bħala numru f’kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru; b. jgħid ma’ min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba’ li qed tiġi mittiefsa; c. jgħid x’kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?

Response (BORG, IAN)

Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Trasport Pubbliku – Tibdil fir-rotot 81, 84 u 206

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk reċentement kienx hemm tibdil fir-rotot 81, 84, u 206 tat-Trasport Pubbliku, marbut mal-passaġġ tal-istess rotot mil-lokalità tal-Fgura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-preżent fi Triq Bormla (Ta’ Ċawsli) iż-Żejtun, ir-rotot 81, 84 u 206 fi triqthom mill-Belt Valletta jew l-Isptar Mater Dei qed jaslu sa bus stop li jġib l-isem “San Xmun” fi Triq San Anard fejn wara jiġu devjati għat-triq tal-Barrani. Il-vjaġġi fuq dawn ir-rotot fid-direzzjoni opposta m’humiex qegħdin jiġu affettwati. Dawn id-devjazzjonijiet fuq dawn ir-rotot huma temporanji u mistennija li jerġgħu jiġu għan-normal ġaladarba ix-xogħolijiet fl-inħawi msemmija jippermettu li l-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jgħaddu.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema se jkunu l-160 triq li Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjin, liema ammont saret referenza għalih minn diversi esponenti tal-Gvern inkluż l-istess Ministru responsabbli?

Response (BORG, IAN)

Jekk l-Onor. Cutajar qed jirreferi għall-akbar sejħa għall-offerti għall-bini mill-ġdid ta’ toroq li qatt ħarġet f’Malta, u li ħabbarna u tkellimna dwarha fil-ġimgħat li għaddew, it-tagħrif mitlub jinsab fil-mezzi tal-media u media soċjali u jista’ faċilment jinkiseb mill-artikli ppubblikati. L-istess tagħrif jinsab ukoll f’aktar dettal fid-dokument pubbliku tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet meħtieġa biex is-sena d-dieħla jitwettaq dan l-akbar investiment ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt sar f’pajjiżna. It-tagħrif mitlub jinsab f’din il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ħ’Attard – Bypass – Central Link Project

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irreveduti l-pjanti tal-bypass ta’ Ħ’Attard (Central Link Project)? Jekk ir-risposta hija iva, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq hekk kif proposta hux se tkun street level jew taħt il-livell tat-triq fiż-żoni ta’ Triq Oliver Agius, Triq Ferdinand Inglott (li tinkludi wkoll il-parti li tgħaqqad ma’ Triq Żebbuġ) kif ukoll Triq Tumas Chetcuti, Ħ’Attard? Fil-każ li se tkun taħt il-livell tat-triq, jista’ l-Ministru jagħti kemm-il metru se tkun ‘l isfel fit-toroq imsemmija hawn fuq u jekk hemmx il-ħsieb sabiex l-istess triq ipproġettata tkun mgħottija sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tar-residenti li joqogħdu fil-viċin u dan hekk kif se jsir fi proġett separat f'Santa Venera fejn se titgħatta parti minn Triq Reġjonali hekk kif imħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima?

Response (BORG, IAN)

Il-pjan ta’ Bypass f’Ħ’Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti. Dan il-pjan kien jinkludi Bypass sħiħa b’erba’ jew sitt korsiji. Permezz ta’ Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok Bypass sħiħa ta’ erba’ jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b’żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida lil hinn minnha, b’diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti. Central Link Project jinkludi disinn ġdid tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, r-Rabat u l-Imġarr. Permezz tiegħu ser jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta’ Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta’ Qali u r-Rabat jkollhom jgħaddu minn lembut ta’ korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat. Ser jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta’ Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu is-central strips. Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali u¿ata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivjaġġar. Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b’aktar riskji ta’ aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ 10 kilometri ta’ bankini u passaġġi għall-mixi, mas-7.6 kilometri ta’ korsiji għar-roti u aktar minn 19,000 metru kwadru ta’ żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas). Mill-ewwel riżultati tal-istudji tekniċi li għaddejjin bħalissa, nistqarr li l-proġett ser iwassal għal tnaqqis drastiku ta’ 50% fil-ħin tal-ivvjaġġar bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali, li jfisser tnaqqis kbir fid-diffikultajiet tar-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara. L-istudji jħarsu wkoll lejn xenarji tal-futur, u jikkonfermaw li jekk l-infrastruttura tal-inħawi tibqa’ kif inhi, il-ħin tal-ivvjaġġar f’dawn l-inħawi ser jiżdied b’250% Fost it-tagħrif tekniku li qed jinġabar bħala parti mit-tħejjija għal dan l-investiment, sar magħruf li l-proġett ser iwassal għal titjib ta’ madwar 13% fil-kwalità tal-arja fl-inħawi ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, bi tnaqqis kbir fl-emissjonijiet tal-vetturi li bħalissa jqattgħu aktar ħin fl-inħawi mwaħħlin fit-traffiku. Fost oħrajn, il-proġett ser iwassal għal tnaqqis ta’ 13% fl-emissjonijiet tat-trabijiet fini (particulate matter), 16% fl-emissjonijiet tad-diossidju tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u 67% fl-emissjonijiet tal-volatile organic compounds. Dawn l-emissjonijiet jikkaw¿aw diversi diffikultajiet tas-saħħa u oħrajn ambjentali. Fl-istess waqt, l-emissjonijiet tad-diossidju tal-karbonju, li jikkawżaw it-tibdil fil-klima, mistennija jonqsu sa tunnellata fis-siegħa. L-istudji jikkonfermaw ukoll li permezz ta’ Central Link Project, it-tniġġis tal-arja mill-karozzi ser jonqos bi 13%. Jekk ma jsir xejn, fi-snin li ġejjin it-tniġġis ser jittripplika, b’żieda ta’ 300%. Tajjeb jiġi ċċarat li ma kienx hemm għalfejn jiġu riveduti l-pjanti sabiex isir dak li qed jissemma f’din il-mistoqsija. Dan hekk kif il-pjanti ta’ Central Link Project minn dejjem kienu jinkludu l-karreġġjata ġdida (żewġ korsiji minflok erba’ jew sitta kif oriġinarjament propost minn amministrazzjonijiet preċedenti) lilhinn mit-tliet toroq residenzjali indikati diversi metri taħt il-livell tal-istess toroq residenzjali. Il-qisien ta’ kemm it-triq ġdida ser tkun aktar baxxa mit-toroq residenzjali jvarjaw minn post għal ieħor, skont diversi esiġenzi tekniċi kif ukoll skont il-livelli eżistenti ta’ toroq oħra fl-inħawi. Fl-istess waqt, fejn huwa possibbli, bejn it-toroq residenzjali u t-triq il-ġdida ser ikun hemm żona ta’ siġar u pjanti sabiex tkompli tisseparahom. Infrastructure Malta għadha għaddejja bil-konsultazzjonijiet u l-istudji meħtieġa sabiex tkompli ttejjeb il-benefiċċji ta’ dan l-investiment li tant ilhom jistennew ir-residenti ta’ Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, kif ukoll eluf ta’ persuni li ta’ kuljum jivvjaġġaw f’din ir-rotta. L-aġenzija ser tibqa’ tilqa’ proposti u suġġerimenti teknikament fattibbli u sostenibbli li jistgħu jsaħħu l-pjanijiet ta’ Central Link Project, sakemm jintemm il-proċess tal-applikazzjoni għall-permessi tal-iżvilupp fix-xhur li ġejjin, u jkun jista’ jibda x-xogħol biex dan il-proġett jitwettaq.

Ħ’Attard – bypass – Central Link Project – fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea hux se tagħti xi tip ta’ fondi biex issir il-bypass ta’ Ħ’Attard (Central Link Project)?

Response (BORG, IAN)

B’riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7365, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ppreżentat applikazzjoni lill-Planning & Priorities Coordination Division biex jiġu parzjalment iffinanzjati numru ta’ proġetti, fosthom is-Central Link Project, mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa, din l-istess applikazzjoni qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Project Selection Committee for Cohesion Policy 2014-2020.

Naxxar – applikazzjoni għall-bini ta’ appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni ta' bini ta' appartamenti u aktar (PA 2284/16) fiż-żona ta' fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ipprocessar tal-applikazzjoni (PA5909/17) preżentament qiegħed sospiż jistenna nformazzjoni meħtiega f’dawk li huma emendi ta’ pjanti kif ukoll kompilazzjoni ta’ studji neċessarji. Matul il-konsultazzjoni pubblika l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar irċeviet 37-il rappreżentazzjoni.

Kalkara – local plans

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plans tal-Kalkara li juru kjarament it-toroq preżenti u dawk proposti?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy maps tal-Pjan Lokali tal-Kalkara li jindikaw toroq eżistenti/proposti. Dawn il- policy maps ma jurux emendi fil-linji tat-toroq li jkunu ġew proposti minn sidien privati.