Kura tas-saħħa mentali — Pjan għal sptar temporanju
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pjan biex isir sptar temporanju għall-kura tas-saħħa mentali, għall-perjodu sakemm isir dak ġdid ippjanat mill-Gvern, li għadu lanqas beda u ser jieħu fit-tul biex jitlesta, ġie mwarrab u b’hekk qed ibati l-pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-Tender għall-kiri ta’ bini bil-għan li jintuża bħala sptar temporanju li jospita pazjenti akuti bi problemi ta’ saħħa mentali inħareg f’Marzu 2022. L-Ebda waħda mis-sottomessjonijiet minn naħa tal-offerenti ma leħqet ir-rekwiżiti. Bħalissa għaddej il-proċess biex joħroġ tender ġdid.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sala fl-Isptar Mount Carmel ġiet rinnovata kompletament fl-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid liema huma dawn is-swali?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin Sala Tabiba Maria Sciberras u Dar Sebħ Ġdid ġew renovati kompletament. Kif ukoll is-sezzjoni tal-Isolation tas- Sala San Ġorg Preca u hemm xogħlijiet li għadhom għaddejjin.
¯ewġt iswali (Block 1) – xogħolijiet strutturali waslu fi stadju avvanzat. Meta dawn jitlestew jibdew M&E u l-finishes.
FW8 : għaddejjin xogħolijiet strutturali
FW7 : qed isiru diskussjonijiet rigward pjanar u disinn tas-sala skond il-b¿onnijiet tal-pazjenti.
FW2 : xogħolijiet strutturali tlestew u għaddejjin xogħolijiet ta’ M&E u finishes.
Block 6 : tlesta d-disinn ta’ dawn iz-¿ewġt iswali u ġiet sottomessa l-applikazzjoni l-Awtorita tal-Ipjanar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sala fl-Isptar Mount Carmel għaddejja minn rinnovazzjoni, liema huma u f’liema stat ta’ rinnovazzjoni waslu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 5288
Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni tas-swali – trasferiment tal-pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ġew trasferiti l-pazjenti mill-Isptar Mount Carmel waqt li qed isir ir-rinnovar tal-iswali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peres li l-istrateġija tas- Servizzi tas-Saħħa Mentali tħaddan il-prinċipju li l-kura l-aħjar li tingħata fil- kommunita’, waqt li qed isir ir-rinnovar tal-iswali, l-pazjenti ġew trasferiti għal Hostels, djar tal-anzjani u San Vincenz de Paule. Pazjenti bi problemi ta’ disabilita’ intelletwali ġew transferiti għal Casa Nuovo.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qegħdin jinxtraw dawn il-mediċini bħalissa mill-ispiżeriji u kemm kien il-prezz tagħhom f'Jannar 2022: Actifed, Keral, Broncho/Influtuss, Flodol Heat/Ice, Paracetamol, Hysan, Muciclar syrup, Solpadiene caps (30 tabs), Medofed Syrup u Ventolin inhaler?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1367, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kienx hemm progress fid-dħul Brolucizumab (Beovu), Aflibercept (Eylea) u/jew Ranibizumab (Lucentis) fuq il-formolarju tal-mediċini?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat tekniku li jirrakkomanda dawk il-mediċini li jiġu approvati biex jidħlu fil-formularju tal-gvern alloka l’fondi meħtiega għalihom biex jiġu mixtrija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ġie aġġornat il-formolarju tal-mediċini?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Formolarju jiġi aġġronat kontinwament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm robots tal-mediċini fl-Isptar Mater Dei? Kemm minnhom qed jintużaw u kemm minnhom mhux qed jintużaw imma mimlijin bil-mediċini li nħarġu mill-pakketti tagħhom u għaldaqstant issa mhux possibbli li tkun magħrufa l-iskadenza ta’ din il-mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 2 robots ċentrali fl-Ispiżerija u 6 oħra fis-swali. Id-data ta’ skadenza ta’ mediċini f’dawn ir-robots hija magħrufa. Hemm ukoll 21 smart cabinets fis-swali tal-operazzjonijiet li jintużaw regolarment.
Direttorat tal-Informazzjoni tas-Saħħa — Rapport annwali tal-imwiet f’pajjiżna
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-imwiet f’pajjiżna maħruġ mid-Direttorat tal-Informazzjoni tas-Saħħa u tar-Riċerka għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li r-rapporti tas-snin 2020, 2021 u 2022 qegħdin jinħadmu, qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokument bl-informazzjoni mitluba minnha tas-snin 2018 u 2019.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete — pubblikazzjoni
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4561, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’se jiġri mill-punti mill-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) li ma twettqux? Dawn se jidħlu bħala parti mill-Istrateġija l-ġdida jew qed isir xi tip ta’ eżerċizzju biex jiġi identifikat dak li ma sarx u ssir ħidma parallela mal-istrateġija l-ġdida biex din il-ħidma ssir?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija 2016-2020 biex tara liema azzjonijiet ġew implimentati u liema le u biex jibdew it-tħejjijiet għall-istrateġija li jmiss.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4560, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm fil-fatt hemm ħaddiema speċjalizzati fl-Orthotics u l-Prosthetics Unit (OPU)? Kemm hemm persuni ġodda qed jitħarrġu biex jaħdmu f’dan id-dipartiment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi hemm għaxar ħaddiema speċjalizzati fl-Orthotics u l-Prosthetics Unit. Sitta minn dawn huma Technicians u dawn kontinwament jirċievu taħrig professjonali minn Prosthetics by MCOP International Orthotics by Ottobock UK u Aliotta Orthopaedic Centre Sicily
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3290, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien għaddej biex jiġi ppubblikat tender bi specifications sabiex jinxtara apparat addizzjonali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm żewġ tenders għand id-Dipartiment tal-Kuntratti, li jikkorċennaw id-Dipartiment tal-Sleep Lab.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-professjonisti li jaħdmu fiċ-ċentri tal-komunità jew il-bereġ humiex assenjati full-time għal dan ix-xogħol/lokazzjoni, jew jinqalgħux mix-xogħol tagħhom fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex jagħtu servizz hemmhekk?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-professjonisti li jaħdmu fiċ-Ċentri tal-Komunità huma kollha impjegati tal-Primary HealthCare assenjati ‘full time’ għall-dan ix-xogħol specifiku.
Ministeru għas-Saħħa – baġit għal Stewards/Vitals għall-Orthotic u Prosthetic Unit
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-baġit min-naħa tal-Ministeru għas-Saħħa u Stewards/Vitals (separatament) għall-Orthotic u Prosthetic Unit f’dawn l-aħħar għaxar snin, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed impoġġi fuq il-medja tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Infermiera, allied health professionals u tobba li rriżenjaw minn xogħolhom
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw infermiera, Allied Health Professionals u tobba minn xogħolhom mas-Servizz Pubbliku f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm minnhom ma kinux?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx transfers interni ta’ infermiera biex jaħdmu fid-daycare tar-residenza tal-anzjani San Vincenz De Paul li qed jistennew li jiġu proċessati? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ilhom u jekk sarux xi transfers ta’ infermiera biex jaħdmu f’dan id-daycare f’dawn l-aħħar disa’ snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru konċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pultruna barjatrika (li tiflaħ nies ta’ piż għoli) hemm preżentement fl-Isptar Mater Dei u fejn huma allokati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei hemm żewġ pultruni barjatrika, u dawn jinżammu fid-dipartiment tal-Biomedical Engineering biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ minn ikollu bżonn fl-iswali.
Sptar Mater Dei – Antibiotic Augmentin u Clindamycin
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Jannar 2023 fl-Isptar Mater Dei ma kienx hemm antibiotiċi tat-tip Augmentin u Clindamycin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-antibiotiċi Co-Amoxiclav u Clindamycin kienu disponibbli f’Mater Dei fid-dati msemmija minnha.
Sptar Mater Dei – Canteen li qed tintuża bħala Ward
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-ispazju li kien jintuża bħala canteen tal-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei u sar ward għal żmien il-peak tal-pandemija tal-COVID-19, reġa’ beda jintuża bħala ward fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Jannar 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi spazji fl-isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar snin ġew attrezzati bħala swali , inkluz l-ispazju li semmiet hi, sabiex jiġi evitat illi pazjenti jiġu trattati fil-kuruturi kif kien jiġri taħt amministrazzjoni oħra.