Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16393.

Imtarfa – Drama Group

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Imtarfa Drama Group jerġa' jkollhom post allokat għalihom mill-ġdid, wara li fl-2018 dawn tneħħew mill-eks sptar militari minn fejn kienu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Imtarfa – Drama Group

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jinstab post fejn l-Imtarfa Drama Group, ikunu jistgħu jiltaqgħu fih u jagħmlu l-laqgħat tal-kumitat wara li dawn spiċċaw mingħajr post stabbilit għalihom, liema post ikun tagħhom fil-lokalità tal-Imtarfa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Birżebbuġa – Malta Freeport – Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-tender li għadu kif ħareġ għall-immaniġġjar tal-car park il-ġdid biswit il-Malta Freeport m’hemmx rati preferenzjali għar-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li r-rati li se jitħallsu (inkluż dawk vantaġġużi) se jkunu stabbiliti bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntrattur magħżul.

Malta Freeport – Tender – parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema entità pubblika ser ikunu riservati l-parkeġġi kif indikat fit-tender li għadu kif ħareġ għall-immaniġġjar tal-car park il-ġdid biswit il-Malta Freeport?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-parkeġġi indikati ser ikunu riżervati f’ħinijiet partikolari biss għall-Kumpanija Wasteserv Malta Ltd.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jimpiega advisors skont il-PSMC (Public Service Management Code).

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2761 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba li tkopri sa’Q3 tas-sena 2023, tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Entità Ammont Festivals Malta €13,157 Heritage Malta €5,456.16 National Archives € 882.64 Teatru Manoel €2,625.78 Fondazzjoni Centru Kreattivita €4397 Malta Philharmonic Orchestra €350.45 Local Government Division €3,175.6

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2928, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li qed jaħdmu id f’id sabiex fl-aħħar il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, tiġi rranġata kompletament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi, permezz ta' ħidma da parte ta' Infrastructure Malta, x-xogħolijiet relattivi ġew konklużi.

Kunsilli Lokali – kunsillier nisa u rġiel

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi dettalji dwar ir-rappreżentenza femminili li hemm fil-Kunsilli Lokali wara l-elezzjoni ta' Mejju 2019? Jista’ jgħid kemm hemm membri eletti fil-Kunsill Lokali li huma nisa, irġiel u t-total ta' membri li huma eliġibbli għal kull lokalità li jiġu eletti fil-kunsill, maqsuma lokalità lokalità għat-68 kunsill lokali? X’inhu t-total ta' kandidati nisa u rġiel li kkandidaw ruħhom imqabbel mat-total ta' kandidati nisa u rġiel li ġew eletti għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2019? Jista’ jagħti informazzjoni dwar is-sess, l-età u l-lokalità ta' dawk eletti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15815.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex l-informazzjoni tinġabar.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata’? Jista’ jgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li l-frott tas-siġar taċ-ċitru li jinsabu fi Ġnien Dante Aligheri inqata’ s-sena li għaddiet minn entità non-governattiva li talbet lill-Kunsill biex tagħmel dan, li iżda mbagħad ikkonfermaw ma kienx tajjeb biex jittiekel. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv ukoll illi dawn is-siġar ġew miżbura l-aħħar meta l-ġnien kien responsabbiltà tal-ELC, iżda fil-ġranet li ġejjin ser ikun qed jiġi ffirmat kuntratt ġdid mill-Kunsill ma’ kuntrattur li ser jieħu ħsieb iż-żamma tal-ġonna, inkluż dawk li kienu responsabbiltà tal-ELC.

Fgura – Triq l-14 ta’ Diċembru 1945 — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu l-Kunsill tal-Fgura jitlob lill-Infrastructure Malta sabiex issir Triq l-14 ta Diċembru 1945, fil-Fgura?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għar Dalam National Park — masterplan u interpretation strategy

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta l-masterplan u l-interpretation strategy li tħejjew għal Għar Dalam National Park u jgħid il-baġit li hemm imħejji għat-twettiq ta’ dan il-proġett u jippreżenta skeda tal-programm ta’ ħidma li huwa maħsub li jiġi segwit biex jiġi implimentat dan il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi s’issa m’hemm l-ebda baġit speċifiku fuq il-proġett, madanakollu Heritage Malta għaddejja b’diversi xogħolijiet permezz ta’ fondi ġenerati mill-operat tagħha. Dawn jikkonsistu minn tindif ta’ Wied Dalam minn pjanti invażivi, anke b’koperazzjoni minn entitajiet oħra, li ġie segwit minn tħawil ta’ siġar u pjanti indiġeni. Infurmat ukoll li sar xogħol ta’ restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-wied u taħt Għar Dalam u bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fuq in-naħa ta’ Kaċċatura. B’koperazzjoni ma’ entitajiet oħrajn sar ukoll tindif u ftuħ ta’ sqaq pubbliku u restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, bejn Wied Żembaq u ta’ Kaċċatura. Intant Heritage Malta wkoll akwistat artijiet fuq in-naħa ta’ Borġ in-Nadur sabiex ittejjeb l-aċċesibiltà għas-siti arkeoloġiċi li tamministra hi fuq din ix-xaqliba tal-Park. Saru wkoll disinni għal ċentru ta’ viżitaturi ġdid għall-Park fejn Għar Dalam u fil-ġimgħat li ġejjin ser tiġi sottomessa applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar. Finalment infurmat illi huwa pjanat ukoll li fix-xhur li ġejjin jsiru skavi arkaeoloġiċi kemm fil-Villa ta’ Kaċċatura kif ukoll fid-daħla ta’ Għar Dalam. Intant, il-Management Plan li kien ġie approvat fl-2016 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kaħwiela – Bankina ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16958 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser issir mill-ġdid il-bankina fi Triq il-Kaħwiela, f’Ħaż-Żabbar speċifikament bejn numru 39-61, hekk kif l-istat li tinsab fiha huwa perikoluż u ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 16959.

Kalkara — Triq San Leonardu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet reġgħu qed isiru fi Triq San Leonardu fil-Kalkara u meta hemm il-ħsieb li jkunu konklużi billi qed jikkaġunaw diffikultà u inkonvenjenza?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li l-istess Kunsill ma jirċeviex rapporti persistenti dwar rwejjaħ fiż-żona ta’ Santa Ubaldeska.

Fleur de Lys — Triq il-Passju - iBins

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iBins li tqiegħdu fi Triq il-Passju fi Fleur de Lys għandhomx l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill għamilx konsultazzjoni mar-residenti tal-akkwata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-iBiNs ġew installati bl-approvazzjoni tal-istess Kunsill Lokali. Intant infurmat mill-istess Kunsill li r-residenti ma ġewx ikkonsultati minhabba li ġew pożizzjonati ’l bogħod minn żoni residenzjali.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15168 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Ministeru li jinkludi DCS, IMU, PDPI, Office of the PS, PDPI, Parliamentary Secretary, Minister’s Secretariat, Restoration and Culture Directorate Restoration Irġiel Nisa Total Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 149 56 205 Part-Time 0 3 3 Flexitime 17 16 33 Flexiweek 6 1 7 Reduced Hours 0 1 1 Extended Remote Working 8 10 18 Remote Working 15 25 40 Entitajiet fi ħdan l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Irġiel Nisa Total Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 537 344 881 Part-Time 11 11 22 Flexitime 194 134 328 Flexiweek 0 0 0 Reduced Hours 6 22 28 Extended Remote Working 7 11 18 Remote Working 121 130 251 Department of Local Government Irġiel Nisa Total Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 28 35 63 Part-Time 2 2 4 Flexitime 0 6 6 Flexiweek 0 2 2 Reduced Hours 0 1 1 Extended Remote Working 3 7 10 Remote Working 1 0 1