Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karta r-Roża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni jinsabu fuq il-Karta r-Roża mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni fuq il-Karta r-Roża mis-sena 2014 sa Frar 2024 hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb jingħad illi l-istatistika qiegħda tiġi provduta mis-sena 2014, għaliex kienet propju f’din is-sena li bdiet tinżamm tali statistika fuq is-sistema teknoloġika.

Kummissarju għat-Tfal – Investigazzjonjijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni bdiet il-Kummissarju għat-Tfal minn jeddha għall-perjodu 2013 u 2023 maqsuma sena b'sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni homeless — Statistika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13093 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm persuni kienu rikonoxxuti bħala homeless fil-perjodu 2013-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Telefonati ġenwini fuq in-numru 179 fejn il-problema prinċipali kienet homelessness 158 173 180 226 236 308 376 645 526 507 Total ta’ telefonati ġenwini fuq 179 10068 10929 10262 9370 8895 9010 13567 13906 13565 12515 % ta’ telefonati ġenwini dwar homelessness 2% 2% 2% 2% 3% 3% 3% 5% 4% 4%

Ħal Għaxaq – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Irġiel Nisa Total ĦAL GHAXAQ 19 57 76

Single parents – Servizzi soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fuq is-servizz soċjali bħala single parents mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu s-servizz soċjali bħala single parents bejn l-2013 sa Frar 2024 huwa skont kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt. F’din it-tabella wieħed jista jinnota kemm kienet suċċess is-sistema ta’ Tapering, bejn 2013 u 2023 l-ammont ta’ benefiċċju (SUP) Għajnuna Socjali single parent, naqas kważi b’terz. Benefiċċju Persuna fuq l-SUP (Għajnuna Socjali single parent) 2013 3,166 2014 3,100 2015 3,074 2016 2,876 2017 2,598 2018 2,392 2019 2,241 2020 2,279 2021 2,174 2022 2,047 2023 1,952 Frar 2024 1,966

Drug Addict Assistance — Benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu d-Drug Addict Assistance mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Allowance li titħallas lil residenti ta’ komunità terapewtika (DAD) bejn is-sena 2013 sa Frar 2024 huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Benefiċċju Persuni li kienu qed jirċievu l-Allowance li titħallas lil residenti ta’ komunità terapewtika (DAD) 2013 12 2014 15 2015 18 2016 18 2017 9 2018 14 2019 22 2020 19 2021 26 2022 32 2023 29 Sa Frar 2024 34

Severe Intellectual Disability Assistance — Benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jirċievu s-Severe Intellectual Disability Assistance Allowance mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb illi jingħad li, sa mis-sena 2015, id-dħul minn xogħol beda jiġi njorat fl-assessjar tal-pagament ta’ din l-assistenza. Barra minn hekk mis-sena 2022, tneħħa għal kollox t-test tal-mezzi. Inżid li, n-numri mogħtija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jirreferu għal dawk kollha li kienu qed jirċievu din l-assistenza, irrispettivament mit-tip ta' diżabilità.

Visual Impairment Assistance — Benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirċievu l-Visual Impairment Assistance mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Visual Impairment Assistance bejn l-2013 sa Frar 2024 huwa skont kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Benefiċċju Persuni fuq l-Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta 2013 211 2014 277 2015 277 2016 308 2017 315 2018 345 2019 379 2020 391 2021 406 2022 414 2023 416 Frar 2024 423

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17286 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 16926, 16927 u 16928, jista’ l-Ministru jgħid, x’qed isir biex tiġi indirizzata ż-żieda allarmanti tan-numru ta’ persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Arbitru dwar is-Sigurtà Soċjali – Salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-salarju tal-Arbitru dwar is-Sigurtà Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-salarju tal-Arbitru huwa kif jidher hawn taħt: Isem tal-Bord Honoraria /Renumerazzjoni Arbitri *€5,062 fis-sena u €45 kull seduta * Massimu tal-2024 SS 2 f’Level 2 i.e. 15% ta’ €46,947 = €7,042

Żejtun – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fiż-Żejtun? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalita' Irġiel Nisa Total ŻEJTUN 29 139 168

Marsaxlokk – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Marsaxlokk? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalita' Irġiel Nisa Total MARSAXLOKK 12 23 35

Wied il-Għajn – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Wied il-Għajn? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalità Irġiel Nisa Total Wied il-Għajn 63 138 201

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15423, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17073.

Ħal Tarxien – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti Ħal Tarxien? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella t’hawn taħt. Lokalita' Irgiel Nisa Total TARXIEN 33 87 120

Il-Gudja – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fil-Gudja? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalità Irgiel Nisa Total GUDJA 7 14 21

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Baġit 2024 – Inċentiv għal ħaddiema tas-servizz li jibqgħu jaħdmu

Question

Filwaqt li ssir referenza għal inċentiv tal-Baġit 2024 li permezz tiegħu dawk il-persuni tas-servizz li mill-2024, jagħżlu li jagħtu servizz lil hinn minn 29 sena, jista’ l-Ministru jgħid, jekk hemmx il-lok illi din il-miżura tiġi applikata retrospettiva u ċjoè li kull persuna li llum diġà qiegħda tagħmel perjodu addizzjonali tas-servizz tkun eleġibbli, u dak iż-żmien ta’ servizz oltre li tat diġà, ikun jgħodd f’din l-iskema u jkun jista’ jibbenefika mill-inċentivi, minflok dawn jibdew jgħoddu mill-2024 ’il quddiem biss? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux ser ikun hemm diskriminazzjoni u jagħti r-raġuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Traffikar ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni: i. kienu nisa/irġiel marbuta ma' massage parlours; ii. kienu nisa/irġiel fis-settur tal-kostruzzjoni; u iii. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 16395.