Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10029 u 9906 u cioè: Billi mill-programm "Irrid Nistaqsi" mxandar fuq Radju RTK ta' 23 ta' Ġunju, 2009 ħareg ċar li t-tnaqqis fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ sar mid-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jintbagħat separatament, u billi l-istess Direttur diversi drabi jsemmi riforma li se jagħmel fil-qasam tas-saħħa primarja, fosthom fil-bereġ, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tnaqqis ta' ġranet u ħinijiet tal-bereġ kollha f'Malta beda mill-ġimgħa ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali u ma tħalliex għal meta ssir din ir-riforma?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li t-tibdil fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ daħal fis-seħħ wara analiżi ta’ attività fid-diversi bereġ li f’ħafna każi wriet nuqqas ta’ attendenza. Il-ħin ta’ kuntatt żdied f’disgħa (9) bereġ fejn irriżulta li l-attività kienet żdiedet.
Permezz ta’ dan it-tibdil, ir-riżorsi umani setgħu jiġu mqassma aħjar u t-tobba u l-infermiera li kienu jattendu f’dawn il-bereġ bdew jagħtu s-servizzi tagħhom ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa fejn l- attività hija aktar qawwija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9471, 9262, 8657 u 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinsab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Procurement tad-Diviżjoni tas-Saħħa kien xtara 1,104,000 oseltamivir phosphate (Tamiflu) 75mg capsules fis-snin 2005,2006,2007. Il-prezz tagħhom kien €1,656,000 u l-expiry date tagħhom huma Mejju 2010, Ġunju 2010, Awwissu 2010 u Ġunju 2011. Bħalissa id-Dipartiment qiegħed ukoll f'negozjati biex jixtri 480,000 kapsola oħra bil-prezz ta' €585,000. Id-delivery period huwa ta' bejn 4 u 6 ġimgħat. L-expiry date ta' din il-konsenja hija April 2014.
Fis-sena 2006 id-Dipartiment xtara wkoll 14Kgs oseltamivir powder, li minnu wieħed jista' joħroġ il-mistura għat-tfal. Din inxtrat bil-prezz ta' €107,799 u l-expiry date tagħha hija Marzu 2011.
Informat ukoll li kors normali ta' kura bit-Tamiflu capsules huwa ta' 10 kapsoli jiġifieri għandha biżżejjed għal 158,400 persuna, apparti l-mistura għat-tfal.
Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek:
a) Kemm-il spiżerija kienet applikat biex tipparteċipa oriġinarjament?
b) Kemm-il spiżerija qiegħda fil-fatt tieħu sehem f'din l-iskema?
ċ) Kemm-il spiżerija bdiet iżda talbet biex ma tkomplix f'din l-iskema?
d) Meta hu maħsub li se jkunu integrati l-ispiżeriji kollha li applikaw lokalità b'lokalità?
e) Għaliex kellu jdum daqshekk biex jitkompla l-proċess?
f) Kemm intnefqu flus xahar b'xahar mill-introduzzjoni ta' din l-iskema?
g) Kemm-il persuna b'karta roża hi inkluża diġà f'din l-iskema lokalità b'lokalità?
ġ) Kemm-il persuna b'karta safra hi inkluża diġà f'din l-iskema lokalità b'lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li oriġinarjament applikaw 207 spiżerija, inkluż dawk f'Għawdex. Bħalissa l-Iskema hija fil-fażi ta' proġett-pilota u tkopri 68 spiżerija. Kien hemm spiżerija waħda li ddeċidiet li tieqaf jumejn biss wara li bdiet. Hemm roll-out plan strateġiku li jkopri l-ispiżeriji kollha matul mhedda ta' xhur, u dan mistenni jidħol fis-seħħ ma jdumx. L-Iskema bdiet bħala proġett-pilota. Għaldaqstant bilfors kellhom jgħaddu numru ta' xhur biex wieħed ikun jista jevalwa l-proċess u jasal għal deċiżjonijiet f'waqthom. Matul dan il-perjodu sar analiżi ntensiva ta' l-andament tal-Iskema, li ġab miegħu diversi inizjattivi u miżuri ġodda li riedu jiddaħħlu sabiex ikun aċċertat servizz effiċċjenti u effettiv li jaqdi l-pazjenti, filwaqt li jissalvagwardja l-akkontabilità u r-responsabilità tal-immaniġjar tal-Iskema.
L-ammonti li tħallsu lill-ispiżeriji għas-servizz mogħti huma hekk :-
Settembru 2008 (jkopri minn Diċembru 2007 sa Settembru 2008) - €112,256.45
Diċembru 2008 (jkopri minn Ottubru 2008 sa Diċembru 2008) - €126,986.40
Marzu 2009 (jkopri minn Jannar 2009 sa Marzu 2009) - €135,984.80
Ġunju 2009 (jkopri minn April 2009 sa Ġunju 2009) - €148,509.97 (qiegħed fil-proċess li jitħallas)
Informat ukoll li hemm 7,112 persuna li għandha l-Kartuna r-Roża, 25,481 li għandha l-Kartuna s-Safra u 3,117 persuna li minn dawn għandha iż-żewġt Kartuniet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk żdiedx l-użu tat-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel seba' xhur tas-sena 2009? Jekk iva, x'kienu r-riżultati miksuba permezz ta' din iż-żieda? Kemm żdiedu l-interventi minħabba f'hekk?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet iseħħ il-wegħda tal-Gvern fil-baġit li persuni li jirċievu l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-irtirar mix-xogħol ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu? Kemm kien hemm individwi li kull sena gawdew minn din l-inizjattiva?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li llum qed jirċievu l-pensjoni ta’ l-Irtirar u l-pensjoni tar-Romol jammonta għal 71,357 u li minn dawn 8,829 għadhom jaħdmu skond l-informazzjoni li għandha d-Diviżjoni mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi u Taħriġ.
Sptar Mater Dei — Statistika ta' kemm ġie jiswa l-bini ta' l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika finali ta' kemm gie jiswa' finalment l-bini tal-iSptar Mater Dei ? Jekk dawn l-ispejjeż humiex kollha imħallsin jew jekk inkella għadx fadal dejn x'jiġi imħallas? Kemm kienet originarjament l-ispiża u jekk sarx studju li identifika fejn kellhom jitħallsu iktar flus għal dak li kien proġettat li ghandu jsir b'irħas? Għaliex kien hemm differenza bejn dak li kien maħsub li sejjer jsir u fil-fatt dak li sar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8764 u jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni oħra li jkollhom jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru ġewwa l-isptar Mater Dei? Jaħsibx li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-isptar Mater Dei imma f’dawn iċ-ċirkustanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibagħtuhom fl-isptar Mater Dei?
Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet u kemm minnhom ġew milqugħa għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul dawn l-aħħar tlett snin daħlu 50 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali u ġew milqugħa (aċċettati) 46 applikazzjonijiet minn Għawdex.
Awtorità tad-Djar — Applikazzjonijiet għal units f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Awtorità tad-Djar minn Għawdxin għal units f'Għawdex għal kull skema disponibbli f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Sena Ħarġa Applikazzjonijiet Validi minn Applikanti Għawdxin
2007 LN3SO 12
2008 - -
2009 LN 74 1
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni li ħafna Għawdxin għamlu lill-Awtorità tad-Djar rigward il-units f'San Lawrenz, Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed nitkellmu fuq sitt familji li applikaw għal units ġewwa San Larwenz. Dawn il-familji ġew infurmati bl-aħħar żviluppi. L-applikanti jiġu nfurmati meta jkun hemm żviluppi ġodda.
Pembroke — għeluq tar-resource centre tal-persuni b'diżabiltà
Question
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni r-resource centre tal-persuni b'diżabiltà f'Pembroke ser jingħalaq? Jista' inoltre jgħid x'ser jiġri mill-klijenti u mill-istaff ta' dan iċ-ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li wara konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni kontrattwali kif ukoll tal-faċilitajiet li joffri iċ-ċentru f’Pembroke - li mhumiex aktar addattati għall-bżonnijiet tal-klijenti kif mixtieq, ġie deċiż li dan iċ-ċentru jingħalaq. Ġie mfassal program ta’ kif il-klijenti u l-impjegati jiġu allokati f’ċentri oħra. Il-proċess ta’ transizzjoni diġà qed jiġi attwat.
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm kien hemm persuni residenti f’Malta u Għawdex separatament li kienu qed jirċievu benefiċċji mhux kontributorji bħala:
· Pensjoni/
allowance
ta’ diżabilita’
· Assistenza soċjali
· Assistenza medika?
Jista’ jagħti l-ispiża relattiva għal kull benefiċċju għal Malta u Għawdex separatament?
Dipartiment tas-saħħa — Gozo Channel - aspett sanitarju
Question
Irrespettivament minn kull eżitu li jista' jirriżulta mill-inkejsta li qal li ser jordna il-Ministru tal-Finanzi dwar l-allegazzjonijiet serji li saru f'protest Ġudizzjarju kontra l-operat tas-servizz tal-Gozo Channel mill-aspett sanitarju u tas-saħħa ta' dawk kollha li jistgħu jirkbu fuqu, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta saru xi rapporti dwar dawn l-allegati nuqqasijiet lid-Dipartiment tas-Saħħa u lill-Organisational Health and Safety Authority? Jekk iva, meta saru x'investigazzjonijiet dwarhom preferibbilment billi jagħti dettalji dwar l-eżitu tagħhom? Kien hemm xi awtoritajiet oħra kkonċernati li għamlu spezzjonijiet biex jiżguraw li l-passiġieri ma jkunux kontaminati u li l-ħaddiema jaħdmu f'ambjent san? Jekk iva, liema kienu u meta għamlu dan?