Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul din is-sena u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21906, jista' jagħti l-informazzjoni mitluba maqsuma sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont statistika dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC), l-istimi rigward ir-rata ta’ persuni li kienu f’riskju ta’ faqar (ARP) matul dawn l-aħħar għaxar snin huma pprezentati fit-tabella t’hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
%
15.8
15.8
16.6
16.5
16.7
16.8
17.1
16.9
16.9
16.7
16.6
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx involut f'xi diskussjoni dwar il-bejgħ tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalha Ministru fuq perjodu regolari ikolli laqgħat mat-top management tal-banek ewlenin f’pajjizna fejn jiġu diskussi diversi materji.
Fuq il-mistoqsija in kwistjoni, mhux kompitu tiegħi bħalha Ministru li nkun involut, la direttament u anqas direttament, f’tali diskussjonijiet, jekk u meta jsiru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm prodotti li jaqgħu fil-basket tal-COLA sabiex iżommu l-prezzijiet stabbli?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-mekkaniżmu tal-COLA huwa bbażat fuq il-base wage u s-social wage li ġew iddeterminati fil-mekkaniżmu maqbul fl-1991. Dan jiġi miżjud bir-rata tal-inflazzjoni kif maħduma fuq l-indiċi tal-prezzijiet (RPI) li jiġi maħdum mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.:
Il-lista ta’ prodotti li jagħmlu parti min dan l-indiċi tal-prezzijiet u l-importanza tagħhom f’dan l-indiċi qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Prodotti li għandhom ‘Weight’ għoli jikkontribwixxu aktar għall-valur finali tal-indiċi tal-prezzijiet u b’konsegwenza fuq il-COLA.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21905 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jgħid kemm hawn persuni f’Malta li m’għandhomx saqaf fuq rashom (homeless)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fiċ-Ċensiment, persuni mingħajr dar (homeless) ġew ikkategorizzati f’zewġ gruppi:
1. Persuni li m'għandhomx dar fejn jgħixu (bla saqaf) –
primary homeless
; u
2. Persuni li joqogħdu f'diversi akkomodazzjonijiet temporanji izda li m'għandhomx residenza fissa –
secondary homeless
.
Oħrajn ikklassifikati bħala persuni mingħajr dar fissa kienu joqogħdu f'istituzzjoni fiz-zmien taċ-Ċensiment, u l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-amministrazzjoni tal-istituzzjoni partikolari.
Primary homelessness:
Il-ġbir taċ-Ċensiment kien b’mod tradizzjonali, fejn l-enumeraturi kienu responsabbli biex jiġbru l-informazzjoni għal zona ġeografika partikolari. L-enumeraturi rreġistraw sitt (6) individwi li ma kellhomx saqaf fuq rashom matul l-enumerazzjoni.
Dawn il-figuri huma bbazati fuq dak li raw u nnutaw l-enumeraturi waqt il-ġbir tal-informazzjoni għaz-zona ġeografika assenjata lilhom
Secondary homelessness:
L-għadd totali ta’ persuni li rrappurtaw li ma kellhomx indirizz permanenti fiz-zmien taċ-Ċensiment, iġifieri li jalternaw minn dar għal oħra, kien ta' 366.
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija mill-persuni nfushom meta mmarkaw li m’għandhomx indirizz fiss waqt il-mili tal-kwestjonarju taċ-Ċensiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi li ngħataw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u kemm kien il-valur ta' tali multi, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi kif dejjem jiġi ippubblikat fir-rapport annwali tal-FIAU, it-tabella hawn taħt qegħda tirriproduċi l-ammont u l-valur tal-multi pekunarji li nħarġu mill-FIAU mill-2020 sal-ġurnata ta’ dina r-risposta:
Sena
Ammont
Valur
2020
170
€4,651,311
2021
176
€12,376,089
2022
145
€3,355,443
2023
144
€3,360,814
2024 (sal-31 ta’ Ottubru)
63
€616,400
Ai fini
ta’ kjarezza, jingħad ukoll illi l-FIAU ma timponix biss multi pekunarji izda toħroġ ukoll numru ta’ azzjonijiet amministrattivi u direttivi.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Sħubija fl-Unjoni Ewropea — Rendikont annwali ta' kemm Malta ħallset flus
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22539, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet referuta lilu u jagħti rendikont annwali ta' kemm Malta ħallset flus lill-Unjoni Ewropea mid-data tas-sħubija sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22543 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innoazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jipprovdi skeda li turi n-numru ta' tfal li annwalment attendew iċ-childcare b'xejn mill-bidu tas-servizz sas-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati preċiżi ta' meta saru l-pagamenti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jipprovdi kull invoice preżentata in konnessjoni ma' dawn il-pagamenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament impjegax segretarja u xufier fi żmien li għamel bħala Gvernatur. Jekk iva, jista’ jgħid għadhomx fuq il-payroll tal-Bank Ċentrali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mal-ħatra tiegħu fl-2021, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kien talab, u ingħata mill-bord, xufier sabiex jissostitwixxi dak li kien hemm qabel, u li kien ġie ssekondat mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jagħti s-servizzi tiegħu lill-Kumissarju Speċjali għal Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji, u Kummerċ mar-Renju Unit.
Mal-ħatra tiegħu, il-Gvernatur kien ukoll talab, u ingħata mill-bord, assistent personali, li ssostitwixxiet it-tnejn li kien ikollhom Gvernaturi preċedenti.
Dawn iz-zewġ persuni għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom fil-Bank Ċentrali permezz ta’ kuntratt li kien approvat fil-11 ta Jannar tal-2021, u li ġie mġedded fil-21 ta Novembru 2023 għal sentejn oħra sal-31 ta Diċembru 2025. Is-servizzi tal-assistent personali għadhom meħtieġa sabiex, flimkien ma assistent personali oħra, tgħin l-Aġent Gvernatur fil-funzjonijiet ġodda tiegħu, flimkien ma dawk ta’ Deputat Gvernatur, filwaqt li s-servizzi ta x-xufier baqgħu jintuzaw għall-bzonnijiet tal-Bank.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20944, jista’ l-Ministru jgħid f’kull istanza x’kienet is-sanzjoni li imponiet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? Fil-każ fejn din kienet tikkonsisti f’xi penali amministrattiva, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet u jekk ġietx imħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-MFSA.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20943, jista’ l-Ministru jgħid f’kull istanza x’kienet is-sanzjoni li imponiet il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)? Fil-każ fejn din kienet tikkonsisti f’xi penali amministrattiva, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet u jekk ġietx imħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20943, wieħed irid jiċċara li l-FIAU ma’ għandux ġurisdizzjoni sabiex jimponi sanzjonijiet fuq entitatijiet legalment stabbiliti oltre l-ġurisdizzjoni Maltija u għalhekk it-tweġiba hija li le, l-FIAU ma’ ħa u ma jista jieħu l-ebda azzjoni.
Pero jekk entita qegħda tiġi interpretata bħala ‘entita suġġetta ġewwa Malta’ imma legalment inkorporata barra minn Malta, l-FIAU iva imponiet (4) sanzjonijiet fuq entatijiet suġġetti Maltin li huma legalment inkorporati oltre l-ġurisdizzjoni Maltija kif indikat hawn:
· Multa amminsitrattiva pekunarja ta €8,000, illi ġiet imħallsa
· Multa Amminsitrattiva pekunarja ta €4,000, illi ġiet imħallsa
· Multa Amminsitrattiva pekunarja ta €6,080, illi ġiet imħallsa
· Multa Amminsitrattiva pekunarja ta €11,750, illi ġiet imħallsa
Ministeru għall-Finanzi — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Kif l-Onorevoli Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjez oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintuzaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal perezempju kif inhu l-kaz f’kampanji li jtulu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7442 u 20550 u jagħti lista tal-Konsulenti ingaġġati mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari W313.