Rabat Għawdex – Triq Varjinga — Arkivju Nazzjonali u l-Librerija – fire alarm
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5889 kollha u jgħid hux se jiġi stallat il-Fire Alarm System ġewwa l-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat? Peress li fil-binja għal dawn l-aħħar erba’ snin ma kienx hemm watchman, jista’ jgħid meta hu ppjanat li ssir Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li tiddaħħal sistema ta’ Fire Alarm fit-taqsimiet tal-Librerija Nazzjonali u l-Arkivji Nazzjonali ġewwa Għawdex. Preżentement qed isiru l-konsultazzjonijiet dwar dan. Minħabba li l-post jospita fih entitajiet u rwoli differenti jrid jiġi aċċertat li s-sistema tkun f’armonija ma’ l-operat kollu tal-post u għalhekk hemm proċess itwal biex dan isir. Fir-rigward tal-intruder alarm jien infurmat li l-proċess ser jingħalaq lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 520.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – każijiet ta’ dixxiplina
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5741 kollha u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu dwar każijiet ta' dixxiplina ta’ impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta' Ġunju 2018, f'seduta numru 124.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-taħriġ tal-Sheltered Employment? Kemm kien hemm persuni b’diżabilità li qed jirċievu dan it-taħriġ biex itejbu l-ħiliet tagħhom? X’għandha tagħmel persuna b’diżabilità biex tkun intitolata għal dan it-taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm Sheltered Employment Training, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’diżabilità l-aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi job coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu l-programm ta’ taħrig li jinkludi perjodu f’ambjent reali tax-xogħol. In-numru ta’ persuni b’diżabilità li rċevew dan it-taħriġ huwa indikat fit-tabella hawn taħt:
Sheltered Employment Training
MaleFemaleXTotal
20161723040
20172419043
201888016
Total4950099
Persuna b’diżabilità interessata tidħol fid-dinja tax-xogħol għandha tirreġistra ma’ Jobsplus biex tiġi rreferuta mill-professjonisti li jaħdmu ma’ Jobsplus jew mal-Lino Spiteri Foundation.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 718, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Job Bridge Training and Development Centre ? Kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jibbenefikaw minn dan iċ-Ċentru? X’tip ta’ taħriġ speċifiku jingħata lil min qed jagħmel użu minn dan iċ-Ċentru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Job Bridge Training and Development Centre huwa fergħa ta’ Jobplus ġewwa Pembroke li tipprovdi taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta' impjegabilità, komunikazzjoni, ħiliet soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Se jibda wkoll dalwaqt taħriġ addattat għall-persuni b’diżabilità u persuni oħra vulnerabbli biex il-parteċipanti jakkwistaw ħiliet bażiċi tal-uffiċċju u IT. Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. In-numru ta’ persuni b’diżabilità li rċevew dan it-taħriġ huwa indikat fit-tabella hawn taħt:
Pre-Employment Training
MaleFemaleXTotal
20164318162
20176029089
20181512027
Total118591178
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap? Jista’ applikant jagħmel użu minn din l-iskema biex jaħdem part-time? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskema Bridging the Gap (BTG) toffri opportunità ta’ prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’diżabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-bżonn). Matul il-perjodu miftiehem, Jobsplus tagħti allowance fil-ġimgħa lill-parteċipanti, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. Jekk il-persuna ddum aktar minn tnax-il ġimgħa f’din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tagħha. Min-naħa l-oħra min iħaddem ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħal sick leave.
Individwu għandu jirreġistra ma’ Jobsplus bħala persuna b’diżabilità, kif ukoll għandu jirreġistra għal xogħol full-time jew part-time biex jagħmel użu minn din l-iskema. Mill-2016 sal-lum ibbenefikaw minn din l-iskema 134 persuni b’diżabilità.
SportsMalta – manutenzjoni tal-open-air gym ta’ Ta’ Qali
Question
Jista' l-Ministru jitlob lil SportsMalta tagħmel il-manutenzjoni neċessarja fl-Open-air Gym ta' Ta' Qali għaliex hemm apparat, bħar-rota statika, li mhumiex jiffunzjonaw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li SportMalta se tkun qed tikkomunika mas-supplier oriġinali biex jiġu manifatturati żewġ roti statiċi biex jinbidlu dawk li mhumiex jiffunzjonaw.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min se jkun qed jitmexxa r-range tal-isparar f’Ta’ Kandja wara li jintemm il-World Cup tal-Isparar? Jista’ jgħid jekk il-Malta Shooting Sport Federation hiex se tingħata r-responsabilità tal-immaniġġar tal-faċilità tal-isparar f’Ta’ Kandja wara li tintemm il-World Cup tal-Isparar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta National Shooting Ranges jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ SportMalta b’mod konġunt mal-Pulizija ta’ Malta u l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati.
Fl-aħħar jiem dan il-kumpless state-of-the-art li investa fih il-Gvern ospita għall-ewwel darba t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar bil-parteċipazzjoni ta’ 61 pajjiż u 400 atleta. Kulħadd seta’ jinnota l-kummenti pożittivi li ngħataw pubblikament u li fissru dawn il-faċilitajiet bħala fost l-aqwa fid-dinja.
Issa li ntemmet din l-ewwel kompetizzjoni ta’ prestiġju internazzjonali, il-Gvern ser jibda diskussjonijiet ma’ dawk kollha involuti biex isir l-aqwa użu possibbli mix-Shooting Ranges, billi anke jiġu kkunsidrati mudelli oħra li diġà jeżistu fil-qasam sportiv. Il-prijorità tal-Gvern hija li jassigura li dan il-proġett iservi biex jogħla l-livell tal-isport u t-taħriġ f’pajjiżna, b’mod sostenibbli u b’opportunità li jinkisbu riżultati aħjar minn qatt qabel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat irriżenja minn SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm-il impjegat ġie impjegat ma' SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull każ jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa ta' applikazzjoni (u jagħti d-data rispettiva) jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mit-3 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Mejju 2018 kien hemm ħames (5) riżenji minn SportMalta.
Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm l-ingaġġ ta’:
102 Part-Time Coaches - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017
50 Part-Time Helpers - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017
1 Chief Executive Officer - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 29/01/2018
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lill-impjegati tal-Jobsplus u meta sar dan it-taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi dwar is-saħħa mentali kif se nsemmi:
- ħames servizzi varji matul Settembru u Ottubru 2017 li kienu jinkludu taħriġ ta’ kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali; taħriġ fuq kif wieħed iġib ruħu dwar stress fuq il-post tax-xogħol; taħriġ dwar
wellbeing
post-trauma
;
u attendenza għal żewg konferenzi.
- taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali. Dan it-taħriġ ingħata lill-impjegati tad-Diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità f’Jobsplus.
Servizz ta’ Taħriġ fil-Qasam tas-Saħħa Mentali — impjegati li jaħdmu mal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti? Meta sar dan it-taħriġ u fejn sar dan it-taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti mill-Institute for Education s'issa f'din il-Leġiżlatura kienu kif se nsemmi:
Isem u data tat-taħriġ
Deskrizzjoni tat-taħriġ
Numru ta' parteċipanti
Managing Stress Workshop
9, 16 u 23 ta' Marzu 2018
The objective of this workshop is to give educators who work with students with various challenges, coping strategies to help them deliver an effective programme
Service Manager Inclusion x 1
The Association for child & Adolescent Mental Health
19 u 20 ta' April 2018
Will focus on challenging behaviour and dissemination of information to become more empathic towards students with different behaviours.
Educational Support Practitioner (Counsellor) x 1
Left in the sideline illness in the family through the eyes of the 'Healthy' child
11 ta' Mejju 2018
To support children & adolescents experiencing the serious illness of a close family member.
Home Tuition Teacher x 3
EO Counsellor x 1
Guidance Teacher x 2
Hospital Teacher x 2
Principal Counsellor x 2
Psychologist x 2
Senior Social Worker x 1
Social Worker x 1
Ninforma wkoll lill-Onor. interpellant li l-Università ta' Malta organizzat erba’ servizzi ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti. Dan it-taħriġ sar minn Richmond Foundation u sar fl-Università ta' Malta fid-dati elenkati hawn taħt:
5, 7, 12 u 14 ta' Lulju 2017
3 u 6 ta' Novembru 2017
16 u 23 ta' Frar 2018
4 u 11 ta' Mejju 2018
L-Università estendiet is-servizzi professjonali lill-istudenti u l-istaff billi ingaġġat aktar counsellors tant li din is-sena ma kellniex waiting list. Hemm ukoll servizzi psikjatriċi u minn social worker fil-Health and Wellness Centre li l-Università għadha kemm inawgurat.
L-MCAST organizzat disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti. Dawn saru kollha fil-Kampus Ewlieni tal-MCAST f’Kordin f’dawn id-dati:
11 ta’ Lulju 2017
7, 12 u 13 ta’ Settembru 2017
11 ta’ Ottubru 2017
25 ta’ Jannar 2018
8 ta’ Frar 2018
15 ta’ Marzu 2018
12 ta’ April 2018
Dipartiment tal-Edukazzjoni – Korsijiet lill-ġenituri dwar id-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom matul din il-Leġiżlatura ? Meta saru dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa f'din il-Leġiżlatura saru 13-il sessjoni ta' taħrig għall-ġenituri dwar id-dyslexia. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta' dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ u t-tip ta' korsijiet li saru.
Attachments:PQ 6173 - Taħriġ għall-ġenituri dwar id-dyslexia.pdf
Dipartiment tal-Edukazzjoni – Korsijiet lill-għalliema dwar id-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-għalliema biex ikunu mħarrġa dwar id-dyslexia u kif jistgħu jgħinu aktar lil dawn l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tas-sessjonijiet ta' taħriġ li saru għall-għalliema dwar id-dyslexia.
Attachments:PQ 6174 - Taħriġ għall-għalliema dwar id-dyslexia.pdf
Jobsplus – skemi għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus għandhomx skema li tinkorpora miżuri mmirati għall-persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u li jixtiequ jsibu impjieg?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus tamministra diversi skemi li huma mmirati għall-persuni b’dizabilità inklużi dawk li għandhom problema ta’ saħħa mentali li jixtiequ jsibu impjieg. Biex persuni li għandhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali ikunu eliġibbli għal dawn l-iskemi/programmi irid ikollhom isimhom fir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabilità tal-Jobsplus. Dawn l-iskemi/programmi jinkludu:
Ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation li jipprovdi assistenza minn professjonisti inkluż sessjonijiet fuq livell personali mal-persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali.
Il-programm Sheltered Employment Training li jipprovdi taħrig assistit għal persuni b’diżabilità iktar severi bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi job coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu l-programm ta’ taħriġ.
Il-Job Bridge Training and Development Centre li huwa ċentru li jiffoka fuq taħriġ speċifiku fuq ħiliet soċjali u ta’ impjegabbilità kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti fost l-oħrajn.
L-iskema Bridging the Gap toffri opportunità ta’ prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’diżabilità għal numru ta’ ġimgħat. Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. Jekk il-persuna ddum aktar minn tnax-il ġimgħa f’din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tagħha. Min-naħa l-oħra min iħaddem ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħas-sick leave.
L-iskema Access to Employment (A2E), kofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti, tipprovdi sussidju ta €125 fil-ġimgħa għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg fultajm għal 156 ġimgħa. Fil-kaz ta’ impjieg part-time jingħata sussidju pro rata ta’ jew 20, 25 jew 30 siegħa fil-ġimgħa.
Fl-impjieg ta’ persuni b’diżabilità kumpaniji (mhux governattivi) jistgħu jitolbu biex:
- Jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’diżabilità.
- Jirċievu inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’diżabilità diġà impjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
Barra mill-iskemi/programmi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) li ġiet imwaqqfa bejn Jobsplus u min iħaddem, tgħin lill-persuni b'diżabilità kif ukoll lil min iħaddem biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli u aktar divers bl-għajnuna tal-job coaches. Il-Fondazzjoni għandha l-għan li ssib modi biex bihom tneħħi l-barrieri u tkabbar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'diżabilità. Il-Fondazzjoni tipprovdi servizz ippersonalizzat bi pjan t’azzjoni skont il-ħtieġa tal-persuni b'diżabilità inkluż lill-persuni li għandhom problema ta’ saħħa mentali.
Community Work Scheme – ħaddiema bi problema ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5785, jista’ l-Ministru jgħid kemm parteċipanti mit-total ta’ 839 persuni li qegħdin f’din l-iskema, għandhom xi problema ta’ saħħa mentali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation hemm 15-il persuna li għandha problema ta’ saħħa mentali.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — għajnuna finanzjarja lill-knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Appointments ġodda lil ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema f'kull Dipartiment u entità li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn Marzu 2013 sal-lum? X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments? F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments? Jista' jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena? Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm ħaddiema li ħadu iktar minn appointment wieħed bejn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li rigward id-Dipartimenti infurmat li t-tagħrif mitlub għandu jkun konkluż sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla. Sadanittant, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni dwar ħatriet ġodda li ngħataw ħaddiema fl-entitajiet u f’liema gradi kienu qabel ingħataw dawn l-appointments.
It-tagħrif dwar id-Dipartimenti jkun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali l-informazzjoni.
Attachments:5983 - Appointments ġodda lil ħaddiema.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett għat-tkabbir tal-librerija pubblika f’Birżebbuġa huwiex qed jiġi kkunsidrat u hemmx pjanijiet biex dan jitwettaq?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-entità Malta Libraries bħalissa qegħdha f’taħdidiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-possibiltà ta' tkabbir tal-librerija pubblika f’Birżebbuġa.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija – studenti barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jsir it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija meta n-numru ta’ studenti barranin fi skola jkun wieħed żgħir u jgħid x’riżorsi umani bħala għalliema huwa għandu lest, sabiex isir dan it-tagħlim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-implimentazzjoni qed issir skont ir-realtà ta’ kull skola u l-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fl-għalliema tal-Malti kif ukoll għalliema gradwati ġodda li jkunu kapaċi jkomplu jgħallmu dan il-programm b’mod effettiv.