Legislature:
Category:
Reset
Active:

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28124 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Far — Trakka l-Kbira - Titolu tal-art

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27408, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il biċċa art għadha qed tiġi użata minn terzi mill-art li trid tintuża għat-Trakka l-Kbira f’Ħal-Far? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jaħseb li ser idum dan il-proċess?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MFA — Devoluzzjoni ta’ art

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27409, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra t-talba li saret mill-Malta Football Association (MFA) għal devoluzzjoni ta' art u t-tweġiba ta’ SportMalta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Inteprellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS — Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27505, jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, tkunx ħarġet is-sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u jekk iva, meta tagħlaq? Jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-applikazzjoni tkun għalqet, jista’ jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina għal din il-pożizzjoni? Jista’ jagħti s-sess u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS — Għaqdiet sportivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26334, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel tal-Istat — Għaqdiet volontarji - Kiri ta’ binjiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26228 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25631, fejn ġie mwieġeb li f’April tal-2024 ġew maħruġa linji gwida lill-iskejjel tal-Istat dwar il-kiri ta’ binjiet lil terzi persuni fejn ġie stabbilit li l-għaqdiet volontarji li għandhom VO number, ir-rati jiġu mnaqqsa bi skont ta’ massimu ta’ 75%, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet volontarji li bbenefikaw minn dan l-iskont bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u t-28 ta’ Frar 2025, u kemm kien l-ammont li tħallas u għal kemm sigħat f’kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull għaqda volontarja tista’ tibbenefika mill-użu tal-iskejjel fejn hu neċessarju. Għal fini ta’ privatezza, informazzjoni interna mhux ser tiġi ppublikata.

Bormla – Ground tal-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ground li l-Iskola Primarja ta’ Bormla għandha preżentement, huwiex ser jiġi garantit fil-kostruzzjoni futura li ser issir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST — Wellness Hub - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24287 u jgħid x'inhi l-lista ta’ stennija tas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Wellness Hub fl-MCAST: a) Therapy; b) Addiction-related issues; ċ) Mental Health Services; d) Educational Psychology; e) Nutrition; f) Sexual Health Clinic; u g) Tobacco Cessation Support?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bħalissa hemm 7 individwi li qed jistennew servizz ta’ Therapy u 46 individwu/a li qed jistenna s-servizz ta Educational Pyschologist.

MCAST — Wellness Hub - Referrals

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24288 u jgħid x'inhi l-iktar data antika ta' referral jew self-referral li għadhom pendenti għas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Wellness Hub fl-MCAST: a) Therapy b) Addiction-related issues; ċ) Mental Health Services; d) Educational Psychology; e) Nutrition; f) Sexual Health Clinic; u g) Tobacco Cessation Support?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27114.

Sigurtà taż-żgħażagħ u tfal online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-gvern se jaħdem biex jiżgura s-sigurtà taż-żgħażagħ u tfal online fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jieħu diversi miżuri biex jiżgura sigurtà akbar għaż-żgħażagħ u t-tfal online, b’mod partikolari fuq il-midja soċjali. Dawn jinkludu; 1. Promozzjoni tal-eSafety – Skont il-Pilastru “Inrawmu Ċittadini Diġitali Globali” tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030, qed jitrawmu ħiliet ta’ sigurtà online minn età bikrija. 2. Żvilupp ta’ Kompetenzi Kritiċi – Żgħażagħ qed jiġu mgħallma kif jidentifikaw riskji, inkluż fake news u kontenut ta’ riskju, permezz ta’ inizjattivi bħall- Fake News Manifesto li għadna kif nedejna flimkien mat- 3CL Foundation . 3. Linji gwida Ewropej fuq l-AI u d-Data – Qed jiġu applikati gwidi etiċi għall-użu ta’ teknoloġiji ġdida sabiex jiġi żgurat l-użu responsabbli ta’ data personali u AI, b’sensibilizzazzjoni partikolari dwar il-privatezza. 4. Proġetti Ewropej u Sensibilizzazzjoni – Permezz ta’ programmi bħal eTwinning u kampanji ta’ edukazzjoni diġitali, qed jinħoloq ambjent edukattiv aktar sigur u konxju għall-użu tal-midja soċjali. Dawn l-inizjattivi qed jikkontribwixxu sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jgawdu b’mod sigur u responsabbli mid-dinja diġitali.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627 u 27873 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600, 26816, 27626 u 27872 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625 u 27871 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624 u 27870 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623 u 27869 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Educational psychologist — Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24258 u jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-educational psychologist? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.