Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba fix-xahar issir tisqija tas-siġar u arbuxelli li tħawlu reċentament fit-toroq Maltin? Tista’ tindika hemmx differenza fl-ammont ta’ tisqija bejn ix-xhur tas-sajf u xitwa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ż-żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża huma dawk indikati fil-ftehim viġenti bejn il-Gvern u l-Environment Landscapes Consortium (ELC). B’mod ġenerali l-frekwenza fit-tisqija hija dipendenti fuq il-kundizzjoni tat-temp u l-istaġjonalità, speċjalment fuq it-temperaturi u x-xita, iżda bħala medja din issir darbtejn fil-ġimgħa fix-xhur tas-sajf li tiżdied għal tlieta fil-ġimgħa meta t-temperaturi jogħlew aktar min-normal u minimu ta’ darba fil-ġimgħa fix-xitwa li tiżdied skont it-temp u l-ħtieġa.
Fi kwalunkwe każ it-tisqija dejjem issir skont il-bżonn u hija dejjem relatata mat-temperatura u mal-ammont ta’ xita tul il-perjodu.
Żona tal-Imbordin – ilma lewn safrani fil-5 ta’ Ottubru
Question
Tista’ l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għalfejn l-ilma fiż-żona tal-Imbordin kien ta' lewn safrani, fil-5 ta' Ottubru, 2022? Tista' l-Ministru tikkonferma li t-tiswijiet neċessarji tlestew u li l-provvista tal-ilma reġgħet ġiet lura għan-normal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fit-3 ta’ Ottubru 2022, kien hemm ħsara fuq mejn tal-ilma li jissupplixxi din il-parti u kellu jingħalaq l-ilma biex tissewwa din il-ħsara. Il-provvista tal-ilma reġgħet ġiet għan-normal minnufih.
Buġibba, San Pawl il-Baħar – żbroff ta’ drenaġġ taħt il-pjazza
Question
Tista’ l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għalfejn id-drenaġġ reġa’ żbroffa taħt il-Pjazza ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar? Tista' tinforma x'passi qegħdin jittieħdu biex dan l-iżbroff ta' drenaġġ ma jibqax iseħħ? Tista' tagħti tagħrif jekk tfassalx jew jekk hux qed jitfassal pjan komprensiv għas-sistema kollha tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Burmarrad, Buġibba, Qawra, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar u fil-madwar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi l-iżbroff tad-drenaġġ taħt il-pjazza ta’ Buġibba ġie kkawżat minn bankina li ġġarrfet fuq il-mejn tad-drenaġġ. Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1683 fejn aċċenajt li huwa ppjanat li fit-tliet snin li ġejjin il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tinvesti direttament 'il fuq minn 10 miljun ewro biex issaħħaħ l-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-distribuzzjoni ta’ dawl elettriku f’żoni rurali tistax titwassal permezz ta’ cables fuq arbli tad-dawl jew ġo trinka taħt l-art? Min irid iħallas għall-ispejjeż sija tal-arbli tad-dawl, cables u/jew trinka, l-entità li tipprovdi s-servizz tad-dawl elettriku jew il-klijent li jitlob il-provvista tad-dawl elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li d-distribuzzjoni ta’ dawl elettriku f’żoni rurali hija soġġett għall-permess tal-AwtoritÀ tal-Ippjanar fejn ikun hemm bżonn arbli tad-dawl. Fir-rigward tal-ħlasijiet, dawn huma regolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi sussidjarja 545.01.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-proċedura li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) hu marbut li jsegwi, meta jrid jimpjega uffiċjali ġodda miegħu tenut kont ta’ dak li jingħad fl-artikoli 16 u 17 tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap. 545? Tista’ tgħid jekk hemmx bżonn ta’ approvazzjoni mill-Gvern fir-rigward tar-rimunerazzjoni, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ uffiċjali fi ħdan ir-REWS stabbiliti mill-istess REWS?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li r-REWS jattjeni ruħu mad-direttiva 7 tas-servizz pubbliku, flimkien mad-dispożizzjonijiet fl-artikolu 16 u l-artikolu 17 tal-Att dwar ir-REWS.
Iż-Żejtun/Marsaxlokk – Triq Xrobb l-Għaġin — xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jitkompla u jitlesta x-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin bejn iż-Żejtun u Marsaxlokk? X’inhu x-xogħol li fadal li jsir u meta se jitkompla?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li x-xogħlijiet bħalissa jinsabu għaddejjin u qed isiru mejnijiet ġodda. Ser ikun qed isir ukoll l-aħħar saff ta’ asfalt fil-jiem li ġejjin. Ix-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Qawra — Dawret il-Qawra - Arblu numru 5 - bozza
Question
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex il-bozza li qiegħda fuq arblu numru 5 li qiegħed f'Dawret il-Qawra, Qawra terġa' tibda tixgħel wara li din ilha għal numru ta' ġimgħat mitfija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li sad-data ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Enemalta ma kienet irċeviet l-ebda talba fuq xi bozza li tieħu ħsieb hi fit-triq in kwistjoni.
Għaddejt l-ilment biex isiru t-tiswijiet neċessarji.
Impjant tal-Produzzjoni tal-prodotti tax-xorb — ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2011 sal-2021 kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-produzzjoni tal-prodotti tax-xorb, inklużi dawk li jibbottiljaw l-ilma għax-xorb, u b'liema rata, medja għal kull sena, dan inxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra, peress li tirrikjedi ż-żmien biex tinġabar.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'azzjoni qed tittieħed biex tissolva s-sink hole fi Triq il-Wied ta’ Ruman il-Mellieħa, u tgħid jekk din taqax taħt Infrastructure Malta jew Water Services peress li s-sitwazzjoni saret perikoluża għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq iż-Żafran, Wied-il-Għajn tul dawn is-sentejn u kemm kien l-ammont li ntnefaq fl-istess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li saru fit-triq imsemmija matul dawn l-aħħar sentejn saru primarjament mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Dawn kienu jikkonsistu f’ħidma sostanzjali fuq 300 metru fi Triq iż-Żafran, fejn tqiegħdu mains ġodda ta’ New Water u sleeves bi preparazzjoni għall-cables tal-fibre optic, u punt ta’ distribuzzjoni.
Wara li tlesta dan ix-xogħol, ingħata il-wiċċ kollu tat-triq bit-tarmac u għaldaqstant dan ix-xogħol kollu ġie jiswa madwar €100,000.
Dan ix-xogħol hu parti minn proġett ikbar fejn qed isir network ġdid ta distribuzzjoni tal-ilma għall-agrikultura.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1696, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm djar intitolati li jirċievu ċ-ċekk tal-Enerġija tal-Good Neighbourhood Scheme u kemm hu l-ammont komplessiv li tħallas jew se jitħallas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li hemm 8,011 id-dar intitolata għal din l-iskema. L-ammont komplessiv li tħallas din is-sena huwa ta’ €373,086.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1697, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bl-eżitu, jekk kien hemm, tal-investigazzjoni li ttieħdet mill-Enemalta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-investigazzjoni li saret irriżulta li kien att deliberat ta’ terzi li wassal għal qtugħ ta’ dawl wara li saret ħsara intenzjonata fuq cables f’arbli tad-dawl.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx appuntati l-membri għan-Noise Control Commission? Jekk iva, min huma u għal kemm hi l-ħatra ta’ kull wieħed mill-membri ta’ din il-Kummissjoni? Tista’ tgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti minħabba allegat ksur ta’ Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġar ta’ Ħsejjes fl-Ambjent (L.S. 549.37 tal-Liġijiet ta’ Malta) mill-2018 s’issa, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta’ Ħsejjes fl-Ambjent (LS549.37) jimponu obbligu fuq l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi biex tistabbilixxi metodi biex jiġu evitati, issir prevenzjoni u jkunu mnaqqsa ħsejjes fl-ambjent fosthom permezz ta’ mapep tal-ħsejjes. Dan ir-regolament mhux intiż biex jindirizza ħsejjes fuq livell individwali, u għalhekk sa fejn l-awtorità hija nfurmata ma kien hemm l-ebda każ quddiem il-Qrati abbażi ta’ dan ir-regolament.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba sena b’sena mill-2017 s’issa, ġew diskussi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra, l-infiq u d-dħul tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li r-REWS qatt ma ntalbu biex jidhru quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi.
San Pawl il-Baħar: ·Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin – tqegħid ta’ mains tal-ilma tan-new water
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta mistenni jitkompla x-xogħol ta’ tqegħid tal-mains tal-ilma u tan-new water fl-inħawi ta’ Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin, San Pawl il-Baħar u meta hu ppjanat li dan jitlesta? Tista’ tara li n-new water jitwassal ukoll saż-żoni tal-Wardija (San Pawl il-Baħar) u saż-Żebbiegħ (Mġarr)? Tista’ tara x’inhi l-possibilità li l-istess new water jitwassal sal-inħawi tat-Telliera, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tqegħid tal-mejnijiet fl-inħawi msemmija ser jitkompla f’Novembru u ippjanat jitlesta sa l-aħħar tas-sena.
In-NewWater network ser tiġi estiża minn Triq Għajn Tuffieħa lejn iż-żona ta’ San Martin u l-inħawi tat-Tilliera fid-direzzzjoni tal-Wardija u z-Żebbiegħ sa fejn tippermetti l-pressa.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi m’hemmx każijiet ta’ persuni li se jirtiraw fil-futur qrib. Fi kwalunkwe każ l-operat tal-entitajiet ma jiddependix eżklussivament fuq is-CEO biss imma fuq teams magħmula min-nies kompetenti li jassiguraw li l-entita’ rispettiva titmexxa ‘l quddiem fi kwalunkwe ċirkostanza.
Qawra, San Pawl il-Baħar: Triq il-Ħamra – bozoz maqtugħin
Question
Billi fi Triq il-Ħamra, Qawra, San Pawl il-Baħar hemm żewġ bozoz li sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari kienu ilhom maqtugħin jew iteptpu għal bosta ġimgħat, tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex dawn il-bozoz jixegħlu mill-ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li dawn il-bozoz li qed tirreferi għalihom ma sarux skond il-proċedura u tqabbdu mal-linji tad-dawl tal-EneMalta b’mod abbużiv mingħajr ma saret applikazzjoni għal tqabbid ta’ dwal tat-toroq ġodda hekk kif suppost. Għal din ir-raġuni l-EneMalta ma tistax tagħmel it-tiswijiet fuq dawn iż-żewġ bozoz.
Il-kunsill lokali ġie nfurmat b’dan u ntalab idaħħal l-imsemmija applikazzjoni mal-ARMS.