Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja — Naħħala reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il naħħal hawn reġistrat mad-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja, maqsuma skont il-lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3724.

Għawdex — Aġenzija Maltija għall-Ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Ministeru tiegħu, permezz tal-Aġenzija Maltija għall-Ikel, jibda jopera s-suq tal-bdiewa ġewwa l-gżira ta' Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin bħalma qed isir f'diversi postijiet f’Malta f'dawn l-aħħar snin?

Response (REFALO, ANTON)

Il-Malta Food Agency taċċetta kull talba li tiġi mill-Kunsilli kemm Maltin u anke Għawdxin. Jekk il-proġett tal-Farmers Market ikun wieħed sostenibbli, dan ikun jista’ jiġi organizzat bil-kollaborazzjoni tal-kunsill lokali rispettiv.

Bdiewa reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Luqa – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Is-Siġġiewi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

APH Limited — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13329 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti u l-ftehim li ġew iffirmati bejn il-Gvern u APH Limited (C 72130), u/jew mal-promoturi tal-istess soċjetà li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa għal reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12848 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-uffiċċju tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ġewwa Għawdex u f’liema grad huma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Animal Welfare Gozo – Rwol ta’ Manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex m'hemm ħadd jokkupa l-irwol ta' manager ġewwa l-Animal Welfare Gozo u x’qed isir biex dan l-irwol f’din l-entità jimtela?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13167.

Animal Welfare Gozo – Servizz għal annimali miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux qed jingħata attenzjoni u servizz mediku 24/7 lill-annimali li jinġabru mill-Animal Welfare Gozo u jindika liema kliniċi qed jagħtu dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jinżammu dawn l-annimali wara li jiġu misjuba?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13167.

Animal Welfare Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'din l-aħħar sena; a. kemm instabu annimali midruba ġewwa Għawdex; b. kemm minnhom ġew salvati; ċ. kemm minnhom ġew addottati; u d. kemm fondi ġew allokati għall-unit tal-Animal Welfare Gozo?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13167.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20996 tal-Leġiżlatura XIII.

APH Limited — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti u l-ftehim li ġew iffirmati bejn il-Gvern u APH Limited (C 72130), u/jew mal-promoturi tal-istess soċjetà li d-dettalji tagħhom qedin jingħataw separatament mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12782 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-Konsulenti fi Skala 7?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Skema 'Adopt a pet allowance'

Question

Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet imħaddma l-iskema 'Adopt a pet allowance' u kif ġew imqassma il-€55,280 allokati għal din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif riprodotta hawn taħt: Skema Benefiċjarju Ammont Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adopt a Pet Allowance Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali € 150.00 Adoptions through NGOs CSAF € 10,140.00 Adoptions through NGOs The Island's Sanctuary € 2,120.00 Adoptions through NGOs Love for Strays Malta € 140.00 Adoptions through NGOs CLAWS Malta € 14,420.00 Adoptions through NGOs National Cat Society € 8,810.00 Virement to Animal Welfare Initiatives N/A €18,000.00 Total € 55,280.00