Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzjar ta’ kuntratturi — Applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14019 dwar applikazzjonijiet marbutin mal-liċenzjar tal-kuntratturi, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kuntratturi li applikaw għal iktar minn liċenzja waħda? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kien l-ammont u għal liema liċenzji applikaw?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li kif jidher hawn taħt, kien hemm kuntratturi li applikaw għal iktar minn liċenzja waħda. L-ammont ta’ kuntratturi li applikaw għal aktar minn liċenzja waħda huma hekk kif ġej: Skavar u Twaqqigħ: 680 Skavar u Kostruzzjoni: 566 Twaqqigħ u Kostruzzjoni: 967 Skavar, Twaqqigħ u Kostruzzjoni: 523

Lista ta’ Ġurati

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif tiġi kkumpilata l-lista ta’ persuni li huma eleġibbli biex iservu bħala ġurat u kull kemm din tiġi aġġornata? Jista’ jgħid ukoll jekk persuni li jkunu ntgħażlu, u servew bħala ġurat, ikunux eżentati għal perjodu ta’ żmien milli jerġgħu jintgħażlu biex iservu għal darb’oħra, jew dawn immedjatament jerġgħu jkunu parti mil-lista ta’ persuni eleġibbli biex iservu bħala ġurat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ persuni li huma eliġibbli sabiex iservu bħala ġurat tiġi kkompilata u aġġornata skont dak li jipprovdi l-artikolu 605 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-eżenzjoni ta’ ġurat wara li jservi f’ġuri tiddependi mid-diskrezzjoni tal-ġudikant li jkun mexxa l-ġuri. Jekk ma tingħatax eżenzjoni l-istess ġurat jista’ jerġa’ jintgħażel fil-ġuri ta’ wara.

Persuni Maltin u Barranin li tressqu l-Qorti — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb kemm persuni Maltin u kemm barranin tressqu l-Qorti matul is-sena 2019, 2020, 2021 u 2022 u kemm minn dawn il-każijiet għad m'hemmx deċizjoni tal-Qorti fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.