Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — rapport

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2682, jista’ l-Ministru jgħid jekk finalment ġiex provdut ir-rapport mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien obbligat jipprovdi l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar mill-Bord ta' Governanza Lokali f'deċiżjoni datata l-14 ta' Settembru 2017 bir-referenza 001/2017, fejn f'punt numru 7 tad-deċiżjoni, qed jintqal hekk "7. Rigward l-allegazzjoni ta’ twaħħil ta’ diversi sinjali tat-traffiku llegali b’detriment għas-sewwieqa, hawn il-Bord ma jistax ma jikkundannax lill-Kunsill Lokali li għalkemm jaf li l-liġi qed tkun miksura, qed iħalli dan l-abbuż jibqa’ jseħħ. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi retifikata, il-Bord qed jitlob sabiex il-Kunsill Lokali, fi żmien xahar minn din id-deċiżjoni, jagħmel audit tas-sinjali tat-traffiku li hemm f’San Pawl il-Baħar u li dawk is-sinjali li saru bla permess tal-Awtorità kompetenti, u allura b’mod illegali, jitneħħew minnufih. Il-Bord qiegħed jordna li jingħata kopja ta’ dan l-audit kif ukoll rapport tal-passi li ttieħdu sal-31 ta’ Ottubru 2017."?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Bord ta’ Governanza Lokali li kien hemm komunikazzjoni imma sa issa r-rapport għadu ma wasalx. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 2600, fejn tlabt lill-Awditur Ġenerali jinvestiga r-rapport imħejji mill-Bord tal-Governanza Lokali, liema nvestigazzjoni għadha mhiex konkluża.

Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, mill-ewwel ta' Jannar tas-sena elfejn u tlettax sal-wieħed u tletin ta' Diċembru tas-sena elfejn u sbatax? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f’xi seduta ohra.

Kunsill Lokali Belt Valletta – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f’xi seduta ohra.

Kunsilli Lokali li gawdew minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u mill-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' liem Kunsilli Lokali gawdew minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jew il-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, li permezz tagħhom gawdew minn fondi addizzjonali li ma humiex parti mill-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsilli, bejn l-10 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2013? Jista’ jagħti dan ir-rendikont għal kull Kunsill Lokali għal kull sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Ta’ min jinnota t-tnaqqis drastiku fl-imsemmija fondi mill-bidu sa tmiem dik l-istess leġiżlatura u cioe l-legizlatura ta' bejn l-2008 u l-2013.

Kunsilli Lokali li qed iħallsu għat-toroq magħmula permezz tal-iskema Public Private Partnership

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' Kunsilli Lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull Kunsill Lokali, jekk applikabbli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f’xi seduta ohra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – radio advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u Media Events

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4885 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu. Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – miżuri/inizjattivi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-miżuri jew inizjattivi (jiġu elenkati waħda waħda b'mod separat) li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħa bejn l-2013 u l-2018 sabiex l-istess kunsill żamm mal-obbligi tiegħu b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-lokalità tal-Mellieħa u li kienu elenkati fir-rapport li kien ħareġ l-istess f'dokument (Żvilupp Sostenibbli fil-Mellieħa) fl-2009 - 2010 kif ukoll obbligi oħra li joħorġu mill-ftehim (Convenant of Mayors) li l-Mellieħa hija waħda mill-kunsilli madwar id-dinja firmatarji ta' dan l-istess ftehim?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – dokumenti għal żvilupp sostenibbli

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li kien nieda u kkummisjona l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2009/2010, liema dokument kien iffinanzjat minn skema tal-Gvern Ċentrali ta' dak iż-żmien u li kien jitratta dwar żvilupp sostenibbli fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, hekk kif provdut mill-istess Kunsill.

Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ – inizjattivi sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ tinsab sospiża u jekk allura għal din is-sena hux se jkunu allokati fondi u youth workers għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ li jixtiequ u jridu li jitwaqqfu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ – għotjiet ta’ fondi sospiżi

Question

Jekk l-għotjiet tal-fondi għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ġew sospiżi, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li waslu għal din id-deċiżjoni u kif din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lill-Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ – tibdil fuq inizjattivi

Question

Fir-riforma tal-Kunsilli Lokali li l-proċess tagħha għaddej f'dawn il-ġranet, jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel tibdil fuq l-inizjattiva Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ u jekk iva, jista' jindika minn kien involut fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar is-suġġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser isiru tibdiliet li jaffetwaw negattivament il-hidma tant tajba tal-Agenzija Zghazagh.

Kunsilli Lokali – ħruġ ta’ white paper dwar riformi

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistennija toħroġ il-White Paper dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali u kemm mistenni jingħata żmien għall-konsultazzjoni ġaladarba toħroġ din il-White Paper?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-White Paper dwar ir-Riforma tal-Gvern Lokali ser tkun qed toħroġ hekk kif jigu fi tmiemhom il-konsultazzjonijiet interni u ser ikun qed jingħata perjodu ta’ madwar 6 ġimgħat għall-konsultazzjoni pubblika.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — newspaper advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali ta’ San Ġwann – Tiswijiet fi Ġnien Karin Grech

Question

Jista' l-Ministru jindika x'xogħlijiet ta' tiswija saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann fi Ġnien Karin Grech sa minn Marzu 2013 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti wkoll l-ammonti ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet u jgħid jekk dawn l-ispejjeż tħallsux minn fondi ordinarji tal-Kunsill Lokali jew minn xi sors ieħor? Jekk ma sarux xogħlijiet ta' tiswija li kien hemm bżonn, jista' jindika fiex intefqu l-flus li suppost kienu indirizzati sabiex issir din it-tiswija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — spejjeż ta' media events

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4868 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu. Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.

Avukat Ġenerali – kopja ta’ ittra

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li l-Avukat Ġenerali ta lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament jew lill-Avukati tal-istess individwu u li permezz tagħha jingħad li l-imsemmi individwu mhux qed jiġi investigat?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onorevoli Membru huwa nformat illi t-tip tas-suppost ittra deskritta fid-domanda ma tinħarigx mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Jekk l-Onorevoli Membru għandu xi nformazzjoni li raġjonevolment wasslitu biex jemmen li teżisti tali ittra kordjalment nitolbu biex, jekk jidhirlu, jgħaddihieli.

Każini tal-banda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każin tal-banda f’Malta u f’Għawdex qiegħed għand il-kumitat jew l-għaqda tal-banda, taħt kirja jew enfitewsi u jindika liema huma?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor Interpellant hija mitluba tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat fejn jidhlu kirjiet jew enfitewsi fejn il-Gvern huwa s-sid. Fejn il-Gvern m'huwiex is-sid, allura nitlob lill-Onor Interpellant tirregola ruhha ma' dak li jridu l-Ordnijiet Permanenti.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — production costs għal TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.