Proċess ta’ esproprjazzjoni tat-triq li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ esproprjazzjoni sabiex it-triq li diġà hi schemed u li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tinfetaħ, u dan qabel issir il-parti l-ġdida li diġà ġiet iffurmata, u liema triq, meta tinfetaħ, se tkun qed tagħti aċċess aħjar lir-residenti u lill-poplu inġenerali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li din l-esproprjazzjoni għadha ma bdietx.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Ministerjali tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar hemm tliet persuni li huma impjegati skont il-manwal tal-Ministri li diġa’ kien tpoġġa fuqil-Medja tal-Kamra, huma eletti fil-kunsilli lokali, tnejn huma kunsilliera u wieħed viċi-sindku.
Rapport tal-Ombudsman — Vetturi abbord bastimenti tal-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20083 u jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2023 fir-rigward ta’ vetturi abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vetturi kollha li jkunu abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel, qed ikollhom il-magna mitfija. Min-naħa l-oħra, il-passaġġiera mhux jitħallew joqgħodu fil-garaxx tal-vapur matul it-traġitt tal-vjaġġ.
Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-proġett tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-Heliport kif ukoll il-Helipad u r-Runway fix-Xewkija u fiex waslu t-tħejjijiet biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol meħtieġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-proġett qiegħed fl-istadju li jinġabu l-permessi meħtieġa mill-Awtoritá tal-Ippjanar.
Sejħa biex issir Geological Investigations fuq żewġ bajjiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat ħarġet is-sejħa 'SPD3/2024/046 - Tender For The Commissioning Of Detailed Geological Investigations And Surveys At Ħondoq Ir-Rummien, Qala And Daħlet Qorrot, Nadur' u x'hemm ippjanat li jsir f'dawn iż-żewġ bajjiet wara li jitlestew dawn il-'Geological Investigations'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-bajjiet f’Ħondoq ir-Rummien u Daħlet Qorrot hemm ippjanat li jiġu mtejba l-landing sites.
Il-Fontana, Għawdex – Triq Mons. Mikiel F. Buttigieg — xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8739 li ġiet imwieġba fl-24 ta' Mejju 2023 dwar meta se jsir ix-xogħol fi Triq Mons. Mikiel F. Buttigieg fil-Fontana Għawdex, peress li parti sostanzjali minn din it-triq għadha sal-lum bla wiċċ, fejn kien ġie mwieġeb "li l-Ministeru qed jistenna d-deċiżjoni tal-PCRB fuq sejħa għall-offerti għal xogħlijiet fuq toroq biex ikun jista' jkompli x-xogħlijiet fuq din it-triq kif ukoll spjegat fil-mistoqsija parlamentari numru 8732", jista' l-Ministru jgħid kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol? Jista’ jgħid f'liema xahar se jitkompla u meta se titlesta minn kollox din it-triq u kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet fuq din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq ser isiru fiż-żmien li ġej.
Għawdex — Kunsilli Lokali -Skema ta' fondi SPI/SCI/1/2024
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14985, jista’ l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar jaġġorna lill-Kamra dwar skema miftuħa għall-Kunsilli Lokali Għawdxin sabiex jibbenefikaw minn fondi biex jintużaw għar-restawr ta’ strutturi jew monumenti ta’ importanza storika jew artistika u tkun ukoll tkopri fondi li jistgħu jintużaw ukoll biex itejbu, isebbħu u jħaddru sqaq(ien) fil-lokalità tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din l-iskema applikaw disa’ kunsilli lokali u li bejniethom ipproponew 14-il proġett. Minn dawn, 7 minnhom kienu marbuta ma’ restawr ta’ monument t’importanza storika jew artistika, u s-7 l-oħra kienu marbuta ma’ tisbiħ ta’ sqaqien. Bħalissa dawn il-proposti qed jiġu evalwati skont il-kriterji tal-iskema.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20462 u jgħid kemm hemm fondi tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) għand l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement, maqsuma lokalità lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm hemm fondi taħt skemi oħra għand l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement, u taħt liema skema, maqsuma lokalità lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara d-demerger tal-MEPA fl-2016, il-mod kif jiġu mmaniġjati l-fondi tal-Awtorità, in-nomenklatura, kif ukoll l-iskop tal-fondi preċedenti ġie mibdul, u dan ġie rifless ukoll fiċ-Ċirkulari PA1/17.
Ir-rendikont li qed jintalab fuq il-fondi l-oħra tal-Awtorità jinsab fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4246 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 261 ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2024)
Attachments:PQ 20762 Circular 1_17 - FAR & LC Funding.pdf04246.pdf
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati centralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar- Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19678.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19678.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19678.
San Pawl il-Baħar — Permessi għal crusher waqt xogħlijiet ta' tqattigħ jew skavar
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar matul l-aħħar ħames snin fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jippermettu li jkun hemm crusher fuq is-sit waqt li jkun għaddej xogħol ta' tqattigħ jew skavar? Jista' jgħid ukoll x'inhuma r-raġunijiet għal dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika permess għall-żvilupp fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar li hemm marbut miegħu ‘Construction Management Plan’ li jinkludi fih ‘Mobile Crushing Unit’ huwa dak bir-referenza PA6747/18 (Redevelopment of Mistra Village). Dan il-‘Mobile Crushing Unit’ - li huwa ta’ natura temporanja - hu marbut ma’ żvilupp approvat, fejn il-perit responsabbli jagħmel talba biex dan il-makkinarju jkun jista jitpoġġa fuq is-sit għal magħtul il-fażi ta’ skavar. B’hekk ikunu jistgħu jiġu evitati traġitti żejda bl-inġenji tal-kostruzzjoni fit-toroq. Dan id-dokument jiġi riferut lill-Awtorita’ tal-Ippjanar wara li l-perit responsabbli jkun ottjena l-awtorizzazzjonijiet neċessarji minn għand l-ERA u l-BCA.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19955
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ir-Rabat Malta — Wied ta’ Santa Katerina - Xogħol ta’ tindif
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20241 u 20464 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid meta se tibda tiġi mnaddfa l-muntanja ta' terrapien li ffurmat fiż-żona tal-Wied ta' Santa Katerina, fir-Rabat, fejn hemm il-barriera?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sustainable Urban Development Fund — Pjanijiet u proposti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet u l-proposti magħżula li se jiġu proposti għall-kofinanzjament mis-Sustainable Urban Development Fund?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentement għaddejjin ix-xogħolijiet fuq l-proposti li se jkunu mressqa għall-konsiderazzjoni tal-kofinanzjament mis-Sustainable Urban Development Fund u l-pjanijiet rispettivi tagħhom. Dan ix-xogħol għandu jitlesta fil-gimgħat li ġejjin.