Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23026 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra Għawdex – Trejqet Ġużeppi Sultana – wiċċ ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jagħti wiċċ ġdid lill-Trejqet Ġużeppi Sultana ġewwa x-Xagħra Għawdex flimkien mas-servizzi li hemm bżonn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23027 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija u Għajnsielem Għawdex – kawża tal-intiena ta’ drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi jew x'kienet il-kawża tal-intiena ta' drenaġġ li tinxtamm fl-inħawi ta' Triq l-Imġarr bejn ix-Xewkija u Għajnsielem?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23155 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16362, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16362.
Leg 13 PQ #23393 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — State aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21278 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex tinġabar din l-informazzjoni
Leg 13 PQ #23418 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati mediċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 22553 u jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22834 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Applikazzjoni PA/07131/21

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret reċentement mill-Ministeru għal Għawdex PA/07131/21 Location of development: Government Experimental Farm, Triq l-Imġarr c/w Triq il-Madonna tar-Rummiena and abutting, Triq San Leonardo, Xewkija Description of works: Construction of underground bi-partisan reservoirs, a feeder pump room and a fertigation (fertilizer/irrigation pumps) room at the Government Experimental Farm?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-applikazzjoni għall-permess hija biex jinbena ilqugħ għall-ilma (reservoir) li jkun maqsum f’żewg partijiet. Naħa minnhom se jilqa ilma tal-pjan (minn borehole) u n-naħa l-oħra se tkun tilqa New Water. Dawn iż-żewġ tipi ta’ ilma se jkunu qed jintużaw biex jiġu studjati u evalwati l-effetti fuq il-produzzjoni agrikola. Il-feeder pump room u il-fertigation system huma neċessarji għall-operat tal-Farm Esperimentali fix-Xewkija kif ukoll għal fini tal-proġett biex jissaqqew il-prodotti agrikoli f’dan il-proġett pilota. Dan huwa parti minn proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej taħt il-Life IPE.
Leg 13 PQ #23019 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti iffinanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista' l- Ministru kemm proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej taħt il-budget 2014 - 2020 saru f'Għawdex mill-2013 sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa f'fondi Ewropej għal kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23020 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ helicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem is-servizz ta' helicopter bejn Malta u Għawdex, liema servizz kien tħabbar mill-Gvern fl-2019?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22760.
Leg 13 PQ #23021 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – ħaddiema – vaċċin kontra l-Covid-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-Gozo Channel ħadu t-tilqima kontra l-Covid-19 u dan sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex iħeġġeġ biex il-ħaddiema kollha jkunu mlaqqmin, iżda m’hemmx lok li tiġi żvelata din it-tip ta’ informazzjoni li toħroġ mir-rekords mediċi tal-impjegati. Dan imur kontra l-Att dwar il-protezzjoni tad-Dejta.
Leg 13 PQ #23022 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — sideramps

Question

Wara li s-sideramp li tgħaqqad il-vapuri tal-Gozo Channel mat-terminals fil-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa għal numru konsiderevoli ta' drabi ma kinetx qed taħdem, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq dawk it-tiswijiet meħtieġa biex jara li l-imsemmiha sideramp tkun taħdem tajjeb dejjem? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il darba fl-aħħar sitt xhur minn meta titwieġeb din id-domanda ma kinetx qed taħdem din is-sideramp?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ma kien hemm l-ebda rapport li s-side ramps tal-Mġarr ma kinux qegħdin jaħdmu. Fir-rigward tas-side ramps taċ-Ċirkewwa, il-ħaddiema jaħdmu kontinwament fuq dawn il-ħsarat biex dawn jiġu rranġati minnufiħ. Apparti hekk, issir manutenzjoni kontinwa fuq is-side ramps tal-Mġarr u taċ-Ċirkewwa biex dawn il-ħsarat jiġu evitati.
Leg 13 PQ #23023 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala – Triq San Piju XII — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba kwantu mistoqsija parlamentari 22011, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għoti ta' wiċċ ġdid għat-triq in kwistjoni jaqax taħt ir-responsabiltajiet tiegħu? Jekk iva, jista' jgħid meta ser isir dan il-wiċċ ġdid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-gimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23024 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Employment Refund Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid dan li ġej kwantu l-Gozo Employment Refund Scheme: a. Kemm kien il-budget allokat għall-iskema għal kull sena li ilha teżisti; b. Kemm mill-budget allokat ma ġiex utilizzat; c. Kemm employers ibbenefikaw għal kull sena li ilha tezżsti l-iskema; u d. Kemm għajnuniet tħallsu jew se jitħallsu kwantu impiegi li nħolqu minn meta bdiet l-iskema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23311 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Triq Wied il-Lunzjata - crash barriers

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22724, jiste' l-Ministru jikkonferma li t-triq għerqet diversi drabi wara li saret l-istallazzjoni tal-crash barriers imsemmija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi il-mistqosija parlamentari lil Ministeru kkonċernat
Leg 13 PQ #22776 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kerċem — Triq Għajn Abdul u Ix-Xagħra - Triq Stellini - bini ta' triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u x'sar s'issa u x' fadal issir biex Triq Għajn Abdul ġewwa Ta' Kerċem u Triq ta' Stellini fix-Xagħra Għawdex jinbnew mill-ġdid peress li partijiet minnhom huma ta' periklu kbir għal minn jgħaddi minnhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn it-toroq hux ser isiru matul is-sena 2022 u jekk iva f’liema xahar mistenni jibda x-xogħol fuq dawn l-imsemmija toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nfurmat li dawn it-toroq qegħdin fi stat ħażin u li hemm bżonn isiru bħalma qed isiru diversi toroq f’diversi lokalitajiet.
Leg 13 PQ #22777 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Port tal-Imġarr — tender

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-'Tender for the Supply, Delivery, Testing and Commissioning of Five (5) Towed Amphibious Boat Trailers and Towing Vehicle (Terminal Towing Vehicle/RORO Truck) at Mġarr Fishing Port in Gozo' -CT3007/2020 li ġiet awarded fl-aħħar ta' Awwissu tas-sena 2020? Jista' jgħid jekk dak li kien hemm mitlub fit-tender inġabx u meta nġab Għawdex ġewwa l-Port ta' Mġarr u bedix jintuża, u jekk iva meta? Jista' jgħid jekk kienx hemm varjazzjonijiet f'din l-imsemmija tender u jekk iva fiex kienu jikkonsistu u kemm kienu jammontaw u min talab għalihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-'Tender for the Supply, Delivery, Testing and Commissioning of Five (5) Towed Amphibious Boat Trailers and Towing Vehicle (Terminal Towing Vehicle/RORO Truck) at Mġarr Fishing Port in Gozo' jinsab fl-aħħar fażi u qed isiru l-aħħar preparamenti sabiex jibda jopera fl-aħħar tas-sena. Kien hemm varjazzjoni waħda li kienet tikkonsisti f’akkwist ta’ Hydraulic Winch fuq wieħed mit-trailers u li kienet tammonta għal €5,500.
Leg 13 PQ #23013 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – fondi lill-Għaqdiet Volontarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi mqassma mill-Ministeru tiegħu sa mill-bidu tas-sena 2020 sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Jista' jagħti l-ammont li kull waħda mill-għaqdiet ingħatat? Jista' jispjega wkoll il-proċess tal-għażla applikat biex intgħażlu l-għaqdiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23014 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdxin li jaħdmu Malta — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi jeżistu biex Għawdxin li jaħdmu f'Malta f'kull settur, jingħataw l-opportunità biex jaħdmu minn Għawdex bit-teleworking? Jekk jeżistu, jista' jispjega kemm ibbenefikaw ħaddiema Għawdxin, sew fis-settur pubbliku u sew f'dak privat, u issa jinsabu jaħdmu bit-teleworking minn Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 73 il-ħaddiem mis-settur privat ibbenefikaw mill-iskema tat-teleworking.
Leg 13 PQ #23015 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex – ċentru tal-NGOs — MoU

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti kopja tal-Memorandum Of Understanding iffirmat ftit żmien ilu kwantu l-amministrazzjoni taċ-ċentru tal-NGOs ġewwa x-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn kopja tal-Memorandum of Understanding ikkonċernat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Leg 13 PQ #23016 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – il-Qala – Ċentru tal-ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sal-2021, kemm attendew studenti fiċ-ċentru tal-ITS ġewwa l-Qala Għawdex? Kemm minnhom kienu residenti f'Għawdex? Kemm minnhom temmew il-kors li kienu qed isegwu b'suċċess? Jista' jagħti wkoll lista tal-korsijiet li qed jiġu mogħtija llum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23017 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – siġar esotiċi

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk għadx hemm ħsieb li fil-farm tal-Gvern ġewwa x-Xewkija tiġi żviluppata nursery ta' siġar esotiċi? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandna l-ebda ħsieb li niżviluppaw xi nursery għat-tkattir ta` siġar eżotiċi għaliex ma għandna l-ebda intenzjoni li nkattru siġar li ma humiex indiġeni għal Malta. Pjuttost qegħdin naħdmu biex inkattru iktar siġar u arbuxelli indiġeni. Għaldaqstant qed issir ħidma biex insaħħu l-mixliet li għandna fid-Dawwara u Ġnien Censu Sciberras.