Jista’ l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin, inkluż is-sena 2010 s’issa, kemm kienu l-każijiet imressqa quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet? Kemm minn dawn il-każijiet ingħataw raġun minn dan l-istess bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għandhiex medium u long term marketing plan ippjanata? Jekk għandha dan il-marketing plan, jista' jidentifika l-punti ewlenin tal-pjanijiet u fuq liema swieq qed issir jew se ssir l-enfasi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tesegwixxi l-marketing tagħha abbażi ta’ marketing plan annwali. Il-Pjan huwa bbażat fuq il-kunċett ta’ proċess li jinkorpora perjodu ta’ tliet snin: is-sena kurrenti u s-sentejn ta’ wara u kontinwament jiġi aġġornat sabiex dejjem ikopri tliet snin. Ovvjament il-Pjan huwa sensittiv għat-tibdil kontinwu li tgħaddi minnu l-industrija tat-turiżmu internazzjonali li saret dinamika ħafna u għalhemm qatt ma jħares aktar il-bogħod minn sentejn mis-sena kurrenti.
L-għan prinċipali tal-
Marketing Plan
huwa li jimmira għat-tkabbir fl-industrija turistika li jindirizza t-tliet pilastri ewlenin ta’ staġjonalità, diversifikazzjoni (ġejografika u motivazzjonali) u valur. Jindika fejn għandhom isiru l-akbar sforzi sabiex l-industrija tikber abbażi ta’ dawn il-kriterji u huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’
gap analysis
li permezz tiegħu jiġu identifikati dawk is-sorsi ta’ turiżmu addizzjonali li għandhom l-akbar potenzjal għal Malta.
Il-Pjan jiddistingwi bejn swieq prinċipali (
core markets
), li jinkludu r-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u Spanja; swieq sekondarji li huma magħmula mill-Belġju, l-Olanda, l-Awstrija, l-Isvizzera, l-Isvezja, n-Norveġja, d-Danimarka, l-Federazzjoni tar-Russja, u l-pajjiżi ta’ l-Ewropa ta’ Lvant; u swieq emerġenti li fosthom hemm Ċipru, l-UAE u l-Istati tal-Gulf, iċ-Ċina, l-Ġappun, l-Indja, l-Afrika t’Isfel, l-Awstralja u l-Istati Uniti u jorbot fuq l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-istrateġija ta’ aċċessibilità li jħaddnu l-Gvern u l-Awtorità sabiex jitkattar in-numru ta’ rotot diretti bl-arju bejn dawn is-swieq u Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, lokal b'lokal, fejn jinsab l-uffiċċju amministrattiv ta' kull kunsill lokali? Jista' jgħid għal kull każ, x'inhi l-kirja u jekk hemmx xi ftehim fuq it-termini tal-kirja lokal b'lokal? Mingħand min hu mikri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16384 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilli Lokali li qed iħallsu kera fuq l-Ufiċini tal-Kunsilli tagħhom.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ l-awtoritajiet hija annessa fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq ninfurmah ukoll li fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant it-Tabelli A u B dwar il-vetturi mixtrija u mikrija li għamlu użu minnhom l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq ninfurmah li fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Human resources tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — allowance
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux konformi mar-regoli tal-Human Resources tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali meta persuna sekondata ma' kunsill
tingħata 15% allowance mas-salarju tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi r-regoli ma jeskludux l-għoti ta’ xi allowance lil ħaddiem tal-gvern li jkun sekondat ma’ Kunsill. Sabiex Kunsill iħallas allowance, irid jagħmel talba għall-awtorizzazzjoni lid-Direttur għall-Gvern Lokali u jiġġustifika dan il-ħlas abbażi tan-natura tax-xogħol tal-uffiċjal fuq kriterji bħal sensittività, responsabbilitajiet jew ħinijiet żejda.
Kunsilliera li mhux qed jingħataw l-aġenda fil-ħin
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm xi kunsilliera li mhux qed jirċievu l-aġenda għas-seduti fiż-żmien stipulat qabel il-laqgħa, mhux biss, iżda l-minuti li jkunu jridu jiġu approvati qed jintbagħtu sigħat jew ġurnata qabel is-seduta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Artikolu 32 (3) ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363) jistipula illi: “Kull Kunsillier għandu għas-spejjeż tiegħu ikun obbligat li jkollu servizz ta’ posta elettronika fir-residenza tiegħu. Kull korrispondenza, minuti u dokumenti għandhom jintbgħatu lill-Kunsillieri permezz tal-posta elettronika u għall-finijiet ta’ notifika jitqiesu bħala notifika valida”
Jien infurmat li kull meta d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirċievi xi ilment fis-sens li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, il-
Monitoring Unit
tad-Dipartiment jinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill biex jirrimedja is-sitwazzjoni minnufih.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi bl-emendi li daħlu fl-Att dwar Kunsilli Lokali, kull Kunsillier issa għandu
account
uffiċjali li jista’ jaċċessa saħansitra mid-dar. Is-Segretarju Eżekuttiv irid jibgħat kull korrispondenza, minuti u dokumenti lill-Kunsilliera kollha permezz ta’ din il-posta elettronika. Għal finijiet ta’ notifika dan jitqies bħal notifika valida, allavolja għad hemm xi diffikultà billi ċerta kunsilliera għadhom ma humiex qed jużaw dan is-servizz.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtara materjal mid-detention service minn meta d-detention service ġie mwaqqaf? Kif inxtara, b'tender jew b'direct order? Lil min ingħata t-tender jew direct order? Fejn qiegħed dan il-materjal li sewa mijiet ta' eluf ta' liri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi kemm ilu mwaqqaf d-Detention Service inxtara materjal kemm b’tender kif ukoll b’direct order. Il-materjal imsemmi huwa elenkat sena b’sena kif deskritt fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vacancies għall-istudenti fis-sajf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn ser ikunu, xi kwalifiki ser ikunu mitluba u kemm ser jidħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fid-Dipartimenti, Aġenziji u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jkun hemm 75-il vacancy għall-istudenti li jkunu bil-vaganzi tas-Sajf.
Dipartiment/Entità
Numru ta’
Vacancies
Kwalifiki mitluba
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Direttorat tad-Difiża
1
Li qed jattendi / tattendi kors ta’
Degree
l-Universita fuq Relazzjonijiet Internazzjonali jew qed issegwi kors fil-Baċelorat fl-Istudji Ewropej.
Information Management Unit
2
Diploma fl-
Information Technology
Management Efficiency Unit
4
Li qed jistudjaw
Bachelor of Science (Statistics and Operations Research)
jew
Bachelor of Communications
jew
Bachelor of Commerce
Heritage Malta
20
10 li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fl-Storja, Arkeoloġija u Konservazzjoni
10 li jkollhom livell Ordinarju u Avvanzat tal-Matsec
Awtorità dwar il-Mediċini
9
8 li qegħdin fir-raba’ jew ħames sena tal-
Bachelor of Pharmacy
fl-Università ta’ Malta
1 li preferibbilment jattendi / tattendi kors Universitarju fl-istudji tal-Librerija, Informazzjoni u Arkivji jew kors fil-Kommunikazzjoni jew Kummerċ
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Servizzi Korporattivi –
Information Resources Unit
2
Li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fl -Arkitettura jew l-Ġeografija
Servizzi Korporattivi –
Information Communications Technology Unit
2
Li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fl-
Information Communication Technology
Servizzi Korporattivi –
Mapping Section
3
1 Li qed jattendi / tattendi kors ta’
Degree
l-Universita fil-Ġeografija jew
Geomathics
jew GIS
2 li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fil-Ġeografija jew l-
Information Technology
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Servizzi Korporattivi –
Support Services Section
4
Li qed jattendu xi kors l-Universita
Servizzi Korporattivi – Sezzjoni tar-Riżorsi Umani
1
Li qed jattendi / tattendi xi kors l-Universita
Servizzi Korporattivi –
Development Control Unit
2
Li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fl-Arkitettura
Servizzi Korporattivi –
Forward Planning Unit
1
Li qed jattendi / tattendi kors ta’
Degree
l-Universita fl-Arkitettura
Sezzjoni ta’ l-Ambjent –
Unit A
4
Li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fil-Ġeografija
Sezzjoni ta’ l-Ambjent –
Unit C
4
3 li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fix-Xjenza jew l-Ġeografija
1 li qed jattendi / tattendi kors ta’
Degree
l-Universita fil-
Librarianship
jew ikkatalogar
Sezzjoni ta’ l-Ambjent –
Unit D
1
Li qed jattendi / tattendi xi kors l-Universita
Sezzjoni ta’ l-Ambjent –
Unit E
4
Li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fil-Ġeografija jew l-Ekonomija
Sezzjoni ta’ l-Ambjent –
European Union and Multilateral Affairs Unit
3
2 li qed jattendu kors ta’
Degree
l-Universita fl-
International Relations
jew
Communications
jew
Diplomacy
jew
Environment
jew
Geography
1 li qed jattendi / tattendi kors ta’
Degree
l-Universita fil-
Management
Sezzjoni ta’ l-Ambjent – Uffiċċju ta’ l-Assistent Direttur
2
Li qed jattendu kors fil-Kummerċ jew Komunikazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
5
Mhux jintalbu kwalifiki ħlief li jkunu għażlu li jaħdmu fuq Plan (makkinarju) jew
Mechatronics
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
1
Li qed jattendi / tattendi kors ta’
Degree
l-Università fil-Komunikazzjoni jew fl-Arti
kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17233, 17011 u 16580 u jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa Power Station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni immedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-immaniġjar ta’ skart perikoluż (hazardous waste) huwa ggwidat mill-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart. Nixtieq nirrimarka li mhux kull skart perikoluż huwa skart tossiku u għalhekk wieħed irid joqgħod attent li ma jekwiparax iż-żewġ tipi ta’ skart.
Ninsab infurmat li bħalissa WasteServ Malta Ltd. tuża’ siti varji għall-immaniġġjar ta’ dan l-iskart. Dak li jiġi ġġenerat ġewwa d-djar jiġi miġbur ġewwa l-ħames
Civic Amenity Sites
mifruxin madwar Malta u Għawdex. Imbagħad l-iskart miġbur jittieħed għal siti oħra tal-kumpanija. Ġewwa l-Marsa, il-WasteServ Malta Ltd. għandha faċilità fejn jiġi miġbur tip ta’
hazardous waste
ieħor li jkun prodott b’kwantitajiet akbar. Eżempji ta’ dawn huma apparat elettroniku u batteriji, inkluż dak li jintużaw ġewwa l-vetturi jew f’apparat kummerċjali/industrijali. Dan l-iskart jiġi miżmum ġo din il-faċilità sakemm il-kwantità tkun tali li tista’ tiġi esportata għal trattament barra minn xtutna jew eventwalment anke trattament ġewwa faċilitajiet lokali li se jkunu jistgħu joffru servizz ta’ trattament minn xi ftit xhur ’l hawn.
Fl-inċinteratur tal-Marsa, il-WasteServ Malta Ltd. għandha l-faċilità li titratta tipi varji ta’
hazardous waste
ieħor inklużi mediċini, ippakjar ikkontaminat, żebgħa u anke xi tipi ta’
sludges
.
Fil-futur, WasteServ Malta Ltd. għandha pjanijiet li tiżviluppa faċilità ċentrali għal ħażna u l-itrattar ta’
hazardous waste
ġewwa l-Magħtab Waste Management Complex. Anke hawn, il-pjanijiet huma li parti mill-iskart li jiġi miżmum ġewwa l-faċilità sakemm il-kwantità tkun biżżejjed biex dan jiġi trattat ġewwa faċilitajiet kemm lokali u kemm barra minn xtutna. WasteServ Malta Ltd. għandha applikazzjoni pendenti queddiem il-MEPA għal din il-faċilità.
Jiena nfurmat li meta ntfew il-
precipitators
fil-Power Station tal-Marsa ma kienx hemm ksur tal-liġi in vista tal-artikolu 4 tal-
Large Plant Combustion Directive (2001/80/EC)
jistipola li impjanti li kienu joperaw qabel Lulju 1987 setgħu jagħżlu li jkunu eżenti mill-obbligi tad-Direttiva jekk jidħlu għall-inkarigu li ma joperawx dan l-impjant għal aktar minn 20,000 siegħa bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2015. L-Enemalta għażlet li l-
power station
tal-Marsa tieħu din id-deroga.
Ninsab infurmat li dawn il-livelli ta’ emissjonijiet stipulati mill-Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC)
permit
għal dan l-impjant qed ikunu osservati minn meta ħareġ u sar vinkolanti.
Għar-rigward tal-immaniġġjar tal-
flyash
, ninsab infurmat li qed ikkunsidrat x’passi jistgħu jittieħdu skont il-liġi dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-imsemmi persuna mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17297 u jikkonferma li sal-lum hemm kumpanija waħda biss li hija awtorizzata u liċenzjata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex topera skema ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart f'Malta? Liema hi? Kemm ilha fis-seħħ din il-liċenzja? Hemm xi applikazzjonijiet oħrajn pendenti? Ta' min huma? Meta intefgħu? Hemm xi applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Jekk iva, liema huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bħalissa (għas-sena 2010) hemm kumpanija waħda biss li hija awtorizzata u liċenzjata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex topera skema ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart f'Malta u din hija Green Dot Malta Ltd. Din l-iskema ila topera mis-sena 2006 u l-permess attwali għas-sena 2010 ilu fis-seħħ minn Jannar ta’ din is-sena.
Hemm ukoll applikazzjoni pendenti tal-Green MT Ltd. li f’Marzu 2010 talbu biex iġeddu l-permess tagħhom, li permezz tiegħu kienu qegħdin joperaw fl-2009.
Il-Green Skip Services Ltd. liema applikazzjoni intefgħat f’Marzu ta’ l-2006 u Enviroserve Ltd. li intefgħat f’Mejju 2007 huma applikazzjonijiet oħrajn pendenti.
Ma kien hemm l-ebda applikazzjoni li ġiet rifjutata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġi approvat l-istudy leave għall-ħaddiema tal-gvern? Kemm kien hemm ħaddiema li ħadu ġranet ta' study leave matul is-sena 2009? Minn liema dipartimenti u f'liema grad kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji li jiġi approvat l-istudy leave għall-ħaddiema tal-gvern huma skont l-Staff Development Manual li jinsab fuq is-sit http://www.sdo.gov.mt/StaffDevelopmentManual.htm - hard copy qed tiġi mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-i
study leave
jiġi approvat mill-Ministeru kkonċernat skont il-kriterji tal-Manual. Dan it-tagħrif ikun miżmum fil-Ministeri rispettivi.
Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ — xogħol infrastrutturali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar xogħol infrastrutturali mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ f’dan it-term (jiġifieri minn April 2008 sal-lum)? Jista' l-Prim Ministru jgħid f’dan il-perjodu kemm sar xogħol ta’ resurfacing mill-istess kunsill, liema toroq saru u kemm ġew jiswew? Jista' jgħid tul dan il-perjodu kemm intnefqu flus f’patching ta' toroq? Jista' jgħid jekk sarx xogħol infrastrutturali ieħor tul l-istess perjodu, u jekk iva kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, minn April 2008 sallum, għamel xogħol infrastrutturali ta’ resurfacing fuq tmien (8) toroq fil-lokalità li huma Triq il-Qubbjat (€45,000), Triq il-Kurkanta (€42,000), Triq Tumas Dingli (€21,000), Triq Għasfura u Triq Adeodato Gatt (€106,000), Triq l-Innu Malti (€22,000), Triq l-Għanja Maltija (€16,000) u Triq Dun Karm Psaila (€80,000), b’valur totali ta’ € 332,000. Matul dan l-istess perjodu saru b’madwar €85,000 xogħlijiet ta’ patching fil-lokalità. Intant ninsab infurmat li ma sar l-ebda xogħol infrastrutturali ieħor f’dan il-perjodu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb itella' festivals oħra apparti l-Eurosong biex il-kantanti lokali jkollhom iktar opportunitajiet biex jesebixxu t-talent tagħhom? Meta se jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-Kanzunetta Maltija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Festival tal-Eurosong ma għadux jiġi organizzat mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Kunsill jagħti l-opportunatijet lil bosta kantanti ta’ ġeneru differenti.
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura qed jiddiskuti mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti l-possibilità li jerġa’ jibda jittella Festival għall-Kanzunetta Maltija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-kjosk tal-Promenade tal-Qbajjar ilu sentejn ma jinfetaħ u qed jitħalla jiddeterjora ruħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet ilu għal dan l-aħħar snin joħroġ sejħa għall-offerti għal kiri ta’ dan il-kjosk, wara li l-kerrej li kien hemm qabel ma kienx interessat li jżomm iktar dan il-kjosk. Fil-fatt mis-sena 2007 ’l hawn nħarġu 5 sejħiet għall-offerti għall-kiri ta’ dan il-kjosk, bl-aħħar waħda tkun dik ta’Jannar 2010. Għalkemm ħarġu dawn l-offerti, dan il-kjosk baqa’ ma nkeriex għall-fatt li jew ma ntefgħet l-ebda offerta, nkella għax l-offerent m’aċċettax il-kera li ffissa d-Dipartiment. Id-Dipartiment qiegħed jikkunsidra li joħroġ sejħa għall-offerti oħra għall-kiri ta’ dan il-kjosk.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkollna mużew tal-arti kontemporanja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jagħraf il-ħtieġa li pajjiżna jkollu mużew kemm għall-arti moderna kif ukoll għall-arti kontemporanja. Għalkemm l-ewwel prijorità ser tingħata għall-mużew tal-arti moderna, il-Gvern u Heritage Malta qegħdin iħarsu lejn numru ta’ proprjetajiet li jistgħu jservu bħala sit għal mużew tal-arti kontemporanja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkollna mużew tal-arti moderna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Heritage Malta qegħda tlesti proġett li jestendi l-Mużew tal-Fine Arts biex jinkorpora fih arti moderna sa ċertu epoka. Bħalissa qed jinħadmu l-budgets għal dan il-proġett.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk avviż tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar reġistrazzjoni ta' persuni li jimportaw vetturi fil-fatt ifissirx li kulmin, ukoll b'mod individwali, jimporta vetturi għandu jirreġistra bħala importatur minħabba l-kwestjoni tal-end of life tal-istess vetturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviż tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar reġistrazzjoni ta' persuni li jimportaw vetturi jolqot lil min jimporta vetturi fuq bażi professjonali biss. Jiġifieri meta wieħed jimporta vettura għalih inniffsu dan ma jkunx qed jagħmel dan fuq bażi professjonali u allura ma jkunx meħtieġ li jirreġistra mal-MEPA, filwaqt meta persuna timporta karozza/i għal ħaddieħor dan ikun meqjus li qed isir fuq bażi professjonali.
Kunsilli lokali — sindki, kunsilliera u segretarji eżekuttivi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15672, jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk kienx hemm kunsilliera/sindki/impjegati tal-kunsilli u tal-Gvern ta' Malta li ġew investigati, liema investigazzjoni hija magħluqa mid-Dipartiment tal-Pulizija, mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u/jew mid-Dipartiment tal-VAT mill-2008 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid:
a) min huma l-kunsilliera/sindki;
b) lil liema kunsill jappartjenu;
c) ir-raġuni tal-investigazzjoni;
d) x'kienet il-konklużjoni; u
e) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport konklużiv tal-istess investigazzjoni?