Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19010 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19011 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta' Villa Rundle — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19012 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta’ Wied il-Mielaħ — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19167 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar applikazzjoni, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li daħlet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Mejju li għadda b’rabta ma’ żvilupp ġdid ta’ kostruzzjoni fl-Isptar Mater Dei? Fejn fl-Isptar Mater Dei, huwa l-ħsieb li jsir ix-xogħol in kwistjoni? Hemm xi mira ta’ meta għandu jibda u jispiċċa x-xogħol in kwistjoni? Kemm se jiġi jiswa? Għaliex dan ix-xogħol ma sarx meta kien għadu qed jinbena l-Isptar Mater Dei ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19168 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji tal-Online Gaming

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid jekk hux konxju tal-fatt li meta ħaddiema li jaħdmu f’kumpaniji ta’ online gaming iċemplu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali għal gwida u għajnuna rigward ħinijiet ta’ shift, sick leave u kwistjonijiet oħra simili, jintqal lilhom li dawn il-kumpaniji ma joperawx fil-qafas tal-liġi industrijali? Jista’ jikkonferma li mhux il-każ li l-kumpaniji tal-online gaming ma joperawx barra minn dan il-qafas u li l-liġijiet industrijali jgħoddu ukoll għal kumpaniji f’dan il-qasam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kapitolu 452 u l-leġislazzjoni sussidjarja li joħorġu minnu jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-impieg tal-ħaddiema fis-setturi differenti tal-industrija, u li anke jinkludu ħaddiema mpjegati ma’ kumpaniji ta’ online gaming. Uħud mil-leġislazzjoni sussidjarja, dawk li huma magħrufin bħala ‘ Wage Regulation Orders’ , jirregolaw kundizzjonijiet minimi partikolari, fosthom – ħin normali tax-xogħol, paga minima, rati ta’ overtime , u intitolament ta’ leave għall-mard u leave speċjali ieħor. Fejn ma tapplikax waħda minn dawn il-‘ Wage Regulation Orders ’, (kif inhu l-każ ta’ kumpaniji ta’ online gaming ) japplikaw ir-regolamenti ta’ Avviż Legali 432 tal-2007 – Regolamenti ta’ l-2007 dwar Dritt Minimu ta’ Leave Speċjali, fejn hemm provdut intitolament minimu ta’ leave għall-mard.
Leg 11 PQ #19169 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija tal-Online Gaming — ħaddiema - drittijiet tas-sick leave

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk waslux rapport għand id-Dipartimenti konċernati dwar kumpaniji ta’ online gaming li ma jagħtux lill-ħaddiema drittijiet ta’ sick leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn 01.01.09 sal-lum id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet u ta’ l-Impieg investiga rapporti dwar tliet każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sick leave f’kumpaniji ta’ betting u online gaming. F’każ minnhom ma rriżultawx irregolaritajiet. F’każ ieħor l-irregolarità ġiet irranġata, fil-waqt li t-tielet każ għadu qed jiġi nvestigat.
Leg 11 PQ #19172 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Airshow

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-possibilità li l-airshow jerġa' jsir fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalma jista’ japprezza l-Onorevoli Interpellant, l-Airshow li qiegħed jirreferi għalih m’hijiex inizjattiva mtella’ mill-Gvern jew minn xi aġenzija statali. Madankollu ninsab infurmat illi l-organizzaturi ta’ dan l-Airshow diġà avżaw pubblikament minn żmien ilu, saħansitra qiegħed imniżżel fil-ktejjeb The Maltese Islands – Events Calendar Highlights 2010, maħruġ f’Jannar mill-Awtorità tat-Turiżmu, illi l-attività ta’ din is-sena se ssir bħas-sena l-oħra, jiġifieri fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Leg 11 PQ #19210 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender Aspect from a Legal Perspective

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iż-żewġ għanijiet tal-proġett ESF/No.46 The Gender Aspect from a Legal Perspective kif indikati hawn taħt: a) To embed the principle of gender mainstreaming in the selected Codes and Acts of Maltese Legislation; u b) To align Maltese legislation with the principles laid down in the EU Directives; kienux gew zviluppati taħt forma ta’ rapport? Jekk iva, dan ir-rapport kien ġie ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? X’follow up sar minn meta sar ir-rapport sal-lum biex jiġu indirizzati l-punti li tqajmu bħala riżultat ta’ din ir-riċerka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19219 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Emissjonijiet serra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19019 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm irnexxielu inaqqas il-pajjiż mill-emissjonijiet serra bejn 2000 u 2010 meta ikkomparat ma' livelli tas-sena 1990? Jista' jagħti ukoll il-livelli għas-sena 1990?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Emissjonijiet gross nazzjonali ta’ gassijiet serra fl-1990 ammontaw ghal 2.047 miljun tunellata ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju. Emissjonijiet gross nazzjonali ta’ gassijiet serra fl-2008 ammontaw ghal 2.952 miljun tunellata ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju, jigifieri zieda ta’ madwar 44.2 fil-mija fuq il-livelli fl-1990.
Leg 11 PQ #19238 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maternity leave

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19036 u oħrajn simili, li fiha l-Ministru tal-Finanzi qal li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni u l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika ma jzommux informazzjoni dwar kemm nisa jieħdu maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u mil-liema setturi ekonomici ġejjin, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entita’ governattiva zzomm xi tip ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19237.
Leg 11 PQ #19263 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Market Correctivity

Question

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 19117, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fuq bordijiet tal-gvern li jitħallsu permezz tal-mekkaniżmu tal-market correctivity, min huma u kemm huwa l-ħlas li jirċievu permezz ta’ dan il-mekkaniżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18797 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — deficit fis-sena finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill għalaq is-sena finanzjarja tiegħu b'deficit sa l-aħħar ta' Diċembru 2009? Liema huma? Kemm hemm kunsilli li ilhom jkollhom deficit aktar minn sena? X'passi qed jieħu d-Dipartiment għal Gvern Lokali sabiex il-kunsilli li jinsabu b'deficit jiġu konformi mal-liġi finanzjarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-audited financial statements tal-Kunsilli Lokali kien hemm seba’ (7) Kunsill Lokali li għalqu s-sena finanzjarja tagħhom b’deficit sal-aħħar ta’ Diċembru 2009. Dawn kienu l-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Qormi, ir-Rabat Għawdex, Birkirkara, Ta’ Kerċem, l-Imġarr, Ta’ Sannat u x-Xagħra. Intant mill-unaudited financial statements jirriżulta li kien hemm ħames (5) Kunsilli Lokali oħrajn li għalqu s-sena finanzjarja tagħhom b’deficit sal-aħħar ta’ Diċembru 2009. Dawn kienu l-Kunsilli Lokali tal-Birgu, in-Naxxar, Pietà, ir-Rabat Malta u San Ġwann. Ninsab infurmat wkoll li hemm ħames (5) Kunsilli Lokali li nstabu b’ deficit għal aktar minn sena. Dawn huma l-Kunsilli Lokali tar-Rabat Għawdex, il-Birgu, Birkirkara, San Ġwann u x-Xagħra. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jimmoniterja lill-Kunsilli Lokali kollha b’mod regolari permezz tal- Monitoring Unit li fost bosta affarijiet jiskrutinja l-operat finanzjarju tagħhom u jiġbed l-attenzjoni kif meħtieġ. Fil-fatt jirriżulta li uħud minn dawn il-Kunsilli Lokali, f’dawn l-aħħar sitt xhur, dawru d- deficit tagħhom f’bilanċ pożittiv.
Leg 11 PQ #18798 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna finanzjarja minħabba ħteġijiet speċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw minn għajnuna minħabba li għandhom bżonn ħteġijiet speċjali għat-tip ta' attivitajiet nazzjonali li jsiru fil-lokalitajiet tagħhom? Kemm applikaw kunsilli għal din l-għajnuna ? Liema kunsilli applikaw u ma ġewx magħżula ? Kemm hu il-fond għal din l-iskema? Kemm hu l-ammont li kull kunsill se jibbenefika? X'inhi r-realtà tal-lokalitajiet u l-komunitajiet ta' kull kunsill li applikaw għal din l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-iskema ta’ għajnuna tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali li tul is-sena jilqgħu fihom Attivitajiet fuq Skala Nazzjonali u li jkunu organizzati esklussivament mill-Gvern Ċentrali, liema skema tnediet permezz ta’ Memo 32/2010 li ħarġet fit-8 ta’ Frar 2010. Il-fond għal din l-iskema ammonta għal € 193,400 u kienet maqsuma f’żewġ partijiet: Parti A tal-iskema kienet intiża sabiex il-Kunsilli Lokali japplikaw biex jingħataw għajnuna sabiex jagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa fiż-żoni jew it-toroq affettwati minn dawn l-attivitajiet fuq skala nazzjonali. Parti B tal-iskema kienet intiża sabiex il-Kunsilli Lokali japplikaw sabiex itejjbu ż-żoni u t-toroq affettwati minn dawn l-attivitajiet fuq skala nazzjonali. Il-flus iddedikati għal din il-parti (B) tal-iskema jikkonsistu fil-flus li kien fadal wara li kienu ġew allokati l-għotjiet lill-Kunsilli Lokali li applikaw għall-ewwel parti (A) ta’ l-iskema. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #18799 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali responsabbli minn bjar u ġibjuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom responsabilità li jieħdu ħsieb il-bjar u l-ġibjuni li jinsabu fil-lokalitajiet tagħhom? Meta saret id-devoluzzjoni ta' kull bir u ġibjun li jinsab f'dik il-lokalità? Kemm jesa kull bir u ġibjun? X'użu qed isir mill-ilma ta' dawn il-bjar u ġibjuni f'dik il-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18859 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dumping illegali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18578 u 18126 u ċioe: B’referenza għall–mistoqsija parlamentari 17643, billi huwa mifhum li f’Għawdex hemm livell ferm ogħla proporzjonalment ta’ enforcement notices li ma ġewx attwati, jista’ jgħid x’sar mill-enforcement notices dwar l-allegati msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mill-MEPA datata 5 ta’ Lulju 2010 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li fiha l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #18860 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EIA dwar l-Għallis

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesments dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18879 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — Finanzjament għall-attivitajiet

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17815, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħareġ kull kunsill lokali li organizza dawk l-attivitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17815 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #19003 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Mielaħ — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18643 jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022 )iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19006 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tempji tal-Ġgantija u ta' Tarxien — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19125 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-bidu tas-sena s’issa, kull xahar, kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali f’kull lokalita’ f’Malta u Għawdex?Kemm minn dawn kienu kontestati quddiem it-tribunali lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru: a) il-kontravvenzjonijiet kollha li ħarġu mill-Gwardjani Lokali bejn l ta’ Jannar 2010 u it-30 ta’ Ġunju 2010, xahar b’xahar u skont il-lokalità; u il-kontestazzjonijiet minn Jannar sa Ġunju xahar b’xahar u skont it-tribunal.