Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19268 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista' ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 19115, 18865, 18514, 18085, 17707, 17386 u 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-informazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ninfurmah li din għadha qed tinġabar u tingħata fil-futur.
Leg 11 PQ #19269 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — xogħol f'barrieri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar responsabbli mill-Minerals, li l-aktar li għandhom x’ jaqsmu ma’ xogħol f’barrieri, ġiex trasferit għall-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta? Xi rwol se jkollu dan il-unit fl-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont kif kien ġie rrapurtat fid-Dokument tar-Riforma tal-MEPA il-Minerals Unit li kienet fi ħdan il-MEPA ġiet integrata fil-ġimgħat li għaddew fil-Malta Resources Authority. Ix-xogħol relatat mal-barrieri issa qed isir min din il-Unit fi ħdan l-MRA.
Leg 11 PQ #19271 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali t'Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka x-xogħol ta' tarmac kollu li sar mill-kunsilli lokali kollha ta' Għawdex? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur, jagħti d-dettalji tat-tender, ta' meta sar ix-xogħol u kemm dam? Kemm sewa x-xogħol? Jista' jgħid għaliex il-belveder ta' Triq Ħamri Għajnsielem tħalla fi stat ta' żdingar bi problemi ta' aċċesssibilità kbar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant tifhem li l-informazzjoni mitluba hi mill-aktar estensiva u għaldaqstant nitlobha tispeċifika l-perjodu taż-żmien tal-informazzjoni li qed titlob.
Leg 11 PQ #19272 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-perjodu li l-kunsilli lokali ilhom jiftħu s-Sibtijiet, kemm inqdew nies f'din il-ġurnata kunsill b'kunsill? Kemm ġew imħallsa flejjes f'overtime is-Sibtijiet (għall-istess perjodu li nbeda minn Ottubru 2009)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 99/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19273 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas overtimeminn kull kunsill għas-snin 2007, 2008 u 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 100/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17780 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema bil-flexihours

Question

Jista' l-Prim Ministru kemm kien hemm persuni miċ-Ċivil li ħadu flexi hours matul is-sena 2009? F'liema dipartiment jaħdmu dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 3921 persuna li ħadu flexi-hours matul 2009. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17781 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

nies bil-parental leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li ħadu l-parental leave matul is-sena 2009? Kemm minnhom kienu irgiel u kemm nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistqosija Parlamentari Numru 17040.
Leg 11 PQ #17782 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħaddiema taċ-Ċivil bir-reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li jaħdmu maċ-Ċivil li matul is-sena 2009 ħadmu bir-reduced hours? Kemm kien hemm irgiel u kemm kien hemm nisa? Jista' jgħid jekk din is-sistema titħaddimx ukoll fil-privat u kemm kien hemm allura każijiet fil-privat li kienu bl-istess kundizzjonijiet fl-istess perjodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li 842 mara u 45 raġel ħadmu bir-reduced hours fis-Servizz Pubbliku matul l-2009. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk din is-sistema titħaddimx fil-privat.
Leg 11 PQ #17783 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħaddiema fiċ-Ċivil — full complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-full complement għall-ħaddiema fiċ-Ċivil, dipartiment, dipartiment u kemm hemm ħaddiema neqsin f'kull dipartiment u ta' liema grad huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-full complement għas-Servizz Pubbliku, fil-Ministeri, id-Diviżjonijiet, id-Dipartimenti u d-Direttorati, m’huwiex xi ħaġa statika iżda eżerċizzju kontinwu li jħares il-ħtiġijiet tas-Servizz u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni, minn żmien għal żmien, hekk kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 14135 tal-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18696 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

GRTU — interessi ta' dawk li jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-GRTU tirrappreżenta l-interessi ta' dawk li jaħdmu għal rashom u l-SMEs fuq il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u għaldaqstant tagħmel parti minn dawk l-għaqdiet ta' min iħaddem rappreżentati fuq l-istess Kunsill filwaqt li jikkonferma wkoll li l-istess GRTU hija rappreżentata fuq grupp 1 (għaqdiet ta' min iħaddem) tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li inċidentalment hija s-Segretarja Eżekuttiva tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, filwaqt li jgħid min se jkunu ż-żewġ rappreżentanti li se jirrappreżentaw lill-Malta Hotels and Restaurants Association, liċ-Chamber of Commerce, Enterprise and Industry, lil General Retailers and Traders Union u lil Malta Employers Association fuq l-istess Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minn Settembru 2010 'l quddiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta tat-Tnejn 30 ta’ Lulju 2001 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u nirreferi wkoll għall-Att Nru XV tal-2001 fejn tinstab l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nikkonferma li s-Segretarja Eżekuttiva tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali rriżenjat mill-General Retailers’ and Traders’ Union meta aċċettat il-kariga l-ġdida tagħha fl-MCESD u mhux se terġa’ tkun riappuntata fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-nomini tal-Gvern Malti għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-adozzjoni formali ssir mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea fil-jiem li ġejjin, biex il-membri l-ġodda jidħlu fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2010.
Leg 11 PQ #18780 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà skedata — valur ta' wirt kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18243 u jgħid kemm għandna proprjetà skedata s’issa f’pajjiżna għax meqjusa ta’ valur ta’ wirt kulturali? Kemm jonqos li tiġi skedata minn din il-proprjetà u liema proprjeta` hemm il-ħsieb li tiġi skedata matul is-sena li ġejja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA skedat total ta’ 2072 sit ta’ wirt kulturali (bini u arkeoloġija) bejn l-1994 u l-2010. Il-MEPA qed tkompli tiġbor inventarji dettaljati dwar siti li jimmeritaw protezzjoni. Mhux prattika li l-MEPA issemmi liema huma l-proprjetajiet proposti għall-iskedar minħabba ħsara li tista’ ssir lil din il-proprjetà qabel jiġu skedati u ppubblikati u s-sidien infurmati kif provdut fil-liġi. Hemm madwar 220 sit li għandhom jiġi preżentati għall-approvazzjoni sal-aħħar ta’ din is-sena. Minbarra dan, hemm 283 siti ta’ valur naturali li wkoll ġew skedati bejn l-1994-2010 u hemm 3 siti b’total ta’ sitt kilometri kwadrati ta’ proposti għal din is-sena wkoll.
Leg 11 PQ #18781 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konvenzjonijiet tal-wirt kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18241 u jgħid kemm iffirmajna konvenzjonijiet tal-wirt kulturali s’issa tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Ġnus Magħquda? Liema huma dawk il-konvenzjonijiet li għadna ma ffirmajniex? Għaliex? Meta hemm il-ħsieb li niffirmawhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista ta’ konvenzjonijiet tal-wirt kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Ġnus Magħquda iffirmati jew ratifikati minn Malta hija spjegata fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-gvern qed jeżamina liema konvenzjonijiet għandhom prijorità biex jiġu ffirmati jew ratifikati.
Leg 11 PQ #18782 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

atti ta’ kurazija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18253 u jgħid kemm atti ta’ kurazija ġew ifformati s’issa ma’ kunsilli lokali u ma’ għaqdiet non-governattivi? Liema huma l-proprjetajiet koperti b’dawn l-atti? X’atti pendenti hemm matul is-sena li ġejja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18881 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — green wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokalikemm għandu green wardens assenjati miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 96/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kif appuntu jaf l-Onorevoli Interpellant peress li jirċievi kopja ta’ kull Memorandum li joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18882 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet tal-karnival

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18007, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokali li barra mill-ispejjeż indikati u in konnessjoni mal-attivitajiet tal-karnival kienx hemm spejjeż oħra, għajr dawk pubbliċi, bħalma huma sponsors eċċ, li ntefqu f'dawn l-attivitajiet? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-kunsilli, min huma l-isponsors, l-ammont ta' flus mogħtija u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li peress li d-Dipartiment ma jkollux din it-tip ta’ informazzjoni għandu, l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 98/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kif appuntu jaf l-Onorevoli Interpellant peress li jirċievi kopja ta’ kull Memorandum li joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18885 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Organizzazzjoni ta' barbeque

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mponew miżura biex fil-lokal tagħhom ma jiġux organizzati barbeques? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mponew taxxa/mizata u jew liċenzja eċċ biex min irid jorganizza barbeque fil-lokal tagħhom irid iħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 97/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kif appuntu jaf l-Onorevoli Interpellant peress li jirċievi kopja ta’ kull Memorandum li joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18954 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18993 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tourism intensity figures

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tourism intensity figures applikati għal pajjiżna, r-ratio stabbilita bejn l-għadd ta’ tourist related beds għal kull resident tal-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin, liema figuri pajjiżi oħrajn jippublikaw regolarment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Tourism Intensity Figure għal pajjiż jew destinazzjoni jiġi kkalkulat billi wieħed jiddividi n-numru ta’ ljieli li jqattgħu t-turisti fuq il-popolazzjoni lokali. Fil-każ ta’ Malta, fl-2008 skont ċifri ppublikati mill- Eurostat u li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, f’Mejju ta’ din is-sena, Malta rreġistrat Tourism Intensity Figures ta’ 19,297.
Leg 11 PQ #19008 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19009 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.