Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16559 u ċioe: B'referenza għall-kawżi li l-Unjoni Ewropea għamlet lil Malta rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern Malti kemm fl-ispejjeż li kellu jħallas lill-Qorti Ewropea, kif ukoll dawk l-ispejjeż lill-avukat barrani u spejjeż b'konnessjoni ma' biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni lid-delegazzjoni Maltija?
White Rocks and Leisure Village — Outside Developement Zone
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-area li hija f'Outside Developement Zone fil-proġett tal-White Rocks and Leisure Village?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit oriġinali tal-White Rocks kien suġġett għall-Development Brief li ġie approvat fl-1995 u huwa kopert b’permess PA 810/01.
Is-sit tal-proġett White Rocks and Leisure Village ikopri medda ta’ 221,174 sq m.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta jaħseb li se jiġi rranġat il-ġnien fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla, quddiem il-Cospicua Rangers, wara ħafna snin ta' telqa? Ma jaħsibx li għaddew wisq snin sabiex għal sajf ieħor ir-residenti f'dik l-akwata jridu jħabbtu wiċċhom ma' dak it-tħarbit? Jista' għallinqas jagħti data, nittama finali, ta' meta se jibda u jitlesta dan ix-xogħol li l-permessi tiegħu huma approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, għadha kemm ħarġet il-permess meħtieġ fuq il-proġett fl-area msemmija fit-8 ta’ Ġunju 2010. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla kkomunika dwar il-ħruġ tal-permess mal-Project Design & Engineering Directorate fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Dan peress li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla daħal fi ftehim dwar dan il-proġett mal-Ministeru msemmi fejn, waqt li l-Kunsill Lokali jieħu ħsieb il-proċess ta’ l-ippjanar ix-xogħol se jsir mill-Project Design & Implementation Department. Dax-xogħol huwa mistenni li jinbeda hekk kif jiġu fi tmiemhom il-proġetti mibdija li bħalissa għandu l-Ministeru kkonċernat.
In vista ta' dak li ġara fil-Golf tal-Messiku u fid-dawl tal-fatt li l-istess kumpanija konċernata se tkun qed tesplora fil-Mediterran u in vista tal-fatt li dan se jkun qed isir qrib ix-xtajtijiet tagħna, tenut kont tal-fatt li l-Mediterran huwa major trading route u anki fid-dawl tal-fatt li oil spill f’baħar magħluq bħall-Mediterran jista' jkollu konsegwenzi diżastruzi, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet immedjati u effettivi beħsiebu jieħu l-gvern kemm bħala kontinġenza kif ukoll f’fora internazzjonali sabiex jevita li l-baħar tal-Mediterran ma jgħaddix mill-esperjenzi tal-Gulf of Mexico?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta għandha l-Maritime Pollution Contingency Plan li għadu kemm ġie aġġornat permezz ta’ fondi mill-EEA Norwegian Grants Mechanism. Bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha wkoll aċċess għal għadd ta’ pollution response vessels li huma on stand by mal-European Maritime Safety Agency; tnejn minn dawn il-vapuri huma bbażati f’Malta. Fil-kuntest tal-Maritime Pollution Contingency Plan, Transport Malta, l-enti ko-ordinatur ta’ dan il-pjan ta’ kontinġenza, ser takkwista apparat (offshore booms u salvage pumps) biex itejjeb il-kapaċità ta’ pajjiżna f’każ ta’ inċident.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex l-payslip tal-paga mingħand il-gvern qed tasal ġimgħat tard? X’inhi r-raġuni li meta jiġu mistoqsija l-uffiċjali tas-salarji f’Għawdex, dawn minflok jagħtu spjegazzjoni jheddu lill-impjegati li jkunu talbu sodisfazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala parti mill-proċess biex ħaddiema Għawdxin jitilgħu jaħdmu Għawdex, it-taqsima tas-salarji tal-Gvern illum topera minn Għawdex. Din it-taqsima, skont A.L. 327 ta’ 2009, issa taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tiegħi.
Għalkemm il-proċess hu li l-
payslips
jiġu stampati Għawdex, id-Dipartimenti jiġbru l-
payslips
rispettivi tagħhom mid-Direttorat tal-
HR Systems and Data Management
fil-
Management and Personnel Office
ġimgħa qabel id-data tal-pagament, sabiex dawn jitqassmu lil-impjegati.
Ir-responsabbilità li jitqassmu l-
payslips
minn dejjem kienet u għadha tad-Dipartiment fejn jaħdem l-individwu. Għalhekk, l-uniku post fejn persuna għandha ċċempel f’każ ta’ dewmien bħal dan hu lit-taqsima tas-salarji tad-Dipartiment jew Ministeru kkonċernat.
Għalkemm ma jirriżultax li d-Dipartiment tal-
HR Systems and Data Management
irċieva xi lmenti tax-xorta li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex ilmenti ta’ din ix-xorta jkunu jistgħu jiġu nvestigati sostanzjalment.
Billi xi żmien ilu kien hemm diskussjoni dwar xi programm li permezz tiegħu jitneħħew l-aerials tat-TV li għandna fuq il-bjut tagħna madwar Malta u Għawdex, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp dwar dan il-programm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità Maltija għal Komunikazzjoni fuq kif l-aħjar li tiġi implimentata din l-iskema li hu maħsub li toħroġ aktar tard din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18246 u jgħid x’xogħol qed isir mill-entitajiet tal-wirt kulturali biex jiġi evalwat u inċentivat is-sehem ta’ dan il-qasam għall-ħolqien tal-ġid fil-gżejjer tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18784.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18244 u jgħid x’inizjattivi hemm il-ħsieb li jittieħdu mill-entitajiet tal-wirt kulturali biex flimkien mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tiżdied il-viżibilità ta’ dan is-settur fl-istatistika nazzjonali ta’ pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura bħalissa għaddej f’eżerċizzju ta’ riċerka permezz tal-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Ekonomija Kreattiva. Dan l-eżerċizzju jinkludi evalwazzjoni tal-kontribut tal-attivitajiet kulturali u kreattivi (inkluż dak li ġej mis-settur tal-wirt storiku) lejn l-ekonomija. Qed issir ħidma wkoll bejn dan il-Grupp ta’ Ħidma u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex tinġabar informazzjoni u statistika diretta mingħand l-operaturi kulturali (inklużi dawk tal-wirt storiku (supply) u mingħand l-udjenzi li jattendu dawn is-siti u l-attivitajiet (demand) sabiex tkun tista’ tiġi kkwantifikata u inċentivata l-attività ekonomika u l-ħolqien ta’ ġid u impiegi f’dan is-settur. Dan l-eżerċizzju għadu fil-fażi ta’ ġbir ta’ data u r-riżultati tiegħu se jkunu qed jiġu mħabbra matul ix-xhur li ġejjin.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Rigward l-informazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ninfurmah li din għadha qed tinġabar u tingħata fil-futur.
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi?
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu?
proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates — -Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001)?
proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032 )?
proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039?
residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18767, 18449 u 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEPA kienet infurmata minn perit b'xogħolijiet fl-inħawi ta' Ħal Dragu fil-Bidnija permezz ta' e-mail fit-28 ta' Mejju. Il-perit ġie nfurmat mill-Enforcement Manager illi fil-fatt l-Enforcement Officer tad-distrett kien diġà innota x-xogħolijiet u waqqafhom ġurnata qabel, jiġifieri fis-27 ta' Mejju. Saru spezzjonijiet oħra wara mill-MEPA u fil-fatt irriżulta li x-xogħolijiet ma tkomplewx.
Fil-frattemp inħareġ
Enforcement Notice
ECF 336/10 fuq il-każ. Dan hu ddatat 31 ta' Mejju u maħruġ fit-2 ta' Ġunju. Dejjem ikun hemm ftit ta' ġranet sakemm jinħareġ
Enforcement Notice
minħabba raġunijiet amministrattivi, sakemm jinbena l-
file
, jiġu
plotted
il-każijiet u eventwalment wara jkun hemm ftit ta' żmien sakemm id-
data
tiġi
exported
fuq il-
website
tal-MEPA u ftit wara imbagħad tkun tidher għall-pubbliku.
Essenzjalment, l-importanti hu li x-xogħol illegali kien twaqqaf u baqa' wieqaf.
Intant, ECF 336/10 fil-fatt kien muri fuq il-
website
tal-MEPA ftit wara.
Horizons Terminals Ltd — negożjati fuq proġett ta' ħażna taż-żejt
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17859 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Issa li huwa magħruf li l-kumpanija Horizons Terminals Ltd temmet in-negozjati mal-Gvern ta' Malta biex isir proġett ta' ħażna taż-żejt, jista' l-Ministru jgħid x'kuntatt sar mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk u l-kunsilli tal-madwar rigward dan il-proġett? X'tip ta' konsultazzjonijiet saru mill-Gvern ta' Malta mal-kunsilli lokali li jinsabu madwar dan il-proġett tal-ħażna taż-żejt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dan huwa proġett privat u li dwaru tressqet applikazzjoni quddiem il-MEPA. Il-konsultazzjoni pubblika hija parti integrali mill-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm community workers fil-preżent assenjati mal-kunsilli lokali? Kemm hu n-numru f'kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm total ta’ tmienja u sebgħin (78) community worker f’sebgħa u għoxrin (27) Kunsill Lokali f’Malta u f’Għawdex kif elenakt fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bidlitx il-policies tagħha dwar il-ħruġ ta' permessi għall-kmamar tan-nar (fireworks factories)?
Jista' jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-policies applikati biex jevalwaw applikazzjonijiet futuri għall-kmamar tan-nar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5597 u Mistoqsija Parlamentari Numru 15711.