Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18954 u jgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 19268 nhar it-13 ta’ Lulju 2010, Seduta 254. Nixtieq ninfurmah li t-tweġiba mogħtija ma tinkludiex l-informazzjoni mitluba dwar il-MEPA minħabba li l-awtorità għadha qed tiġbor l-informazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19210 u jgħid jekk iż-żewġ għanijiet tal-proġett ESF/No.46 The Gender Aspect from a Legal Perspective kif indikati hawn taħt:
a)
To embed the principle of gender mainstreaming in the selected Codes and Acts of Maltese Legislation; u
b) To align Maltese legislation with the principles laid down in the EU Directives;
kenux ġew żviluppati taħt forma ta’ rapport? Jekk iva, dan ir-rapport kien ġie ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? X’follow up sar minn meta sar ir-rapport sal-lum biex jiġu indirizzati l-punti li tqajmu bħala riżultat ta’ din ir-riċerka?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-NCPE Ħadet kunsiderazzjoni tal- ‘outcomes’ ta’ kull attivitali saret taħt il-kappa ta’ dan il-proġett u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha wżat l-informazzjoni miġbura u s-suġġerimenti li saru min dawk li ħejjew ir-rapport u l-manwali sabiex tkompli trawwem kuxjenza u tkabbar l-għarfien fuq dan il-prinċipju. B’hekk l- NCPE mhux biss użatt tali informazzjoni fit-taħħriġ li hija tagħti lil oqsma kemm privati kif wkoll fis-settur pubbliku, iżda wkoll faslet proġġeti oħra sabiex tkun tista twassal għal implimentazzjoni aktar qawwija tal-istess prinċipju u sabiex taghti taħriġ dwar it-tfassil ta’ policies u liġijiet li jkunu ġew ikkunsidrati wkoll taħt skrutinju ta’ ‘gender mainstreaming’. Fosthom l-NCPE wettqet il-proġetti; ‘Affriming Gender Mainstreaming’- ESF 48, ‘Living Eqaulity’ u faslet il-proġett ‘Gender Main streaming In Practice’.
Proġett ta' tisbiħ tal-iskola primarja f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jassigura li x-xogħol marbut mal-proġett ta' tisbiħ bejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar u l-area ta' ħdejn il-Menqa jinbeda kmieni kemm jista' jkun biex dan il-proġett ikun lest qabel is-sajf 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat –tender li jwassal għal proġett imsemmi fil-mistoqsija tal- Onorevoli Interpellant tlesta kompletament u il- kuntratt għax-xogħolijiet ġie iffirmat
applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA rigward kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar liema politika (policies) hu mistenni li jiġu użati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tevalwa l-applikazzjonijiet pendenti li hemm bħalissa quddiemha għal dak li hu bini ta' kmamar tan-nar? Liema huma l-applikazzjonijiet għall-kmamar tan-nar li għandhom pendenti bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ipproċessar u deċiżjonijiet tal-Awtorita`, fil-każijiet ta' applikazzjoni għall-kmamar tan-nar, il-policies li jiġu użati huma prinċipalment dawk tal-Pjan ta' Struttura u l-Pjanijiet Lokali li jiddeterminaw l-użu tal-art fejn qed jiġi propost li jinbnew dawn il-kmamar tan-nar. L-Awtorita` tieħu wkoll konsiderazzjoni ta' dawk il-providimenti u constraints li jirregolaw l-art, bħal skedar u impatt ambjentali, kif ukoll dawk il-preċentazzjonijiet li l-istess Awtorita' tirċievi waqt il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Importanti wkoll il-konsultazzjonijiet neċessarji mingħand Awtoritajiet u Dipartiment li jistgħu jiggwidaw lill-Awtorita` fid-deċiżjoni ta' dan it-tip ta' applikazzjonijiet.
B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata li tinkludi s-sitt (6) applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar li huma pendenti sad-data tal-lum.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19196, li oriġinarjament saret lil-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-United Nations Convention against Corruption?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta irratifikat il-Konvenzjoni tal-Ġnus maqgħuda dwar il-Korruzzjoni nhar il-11 t’ April, 2008 wara li fit-12 ta’ Mejju 2005 kienet iffirmat l-istess konvenzjoni.
Din ir-ratifika saret possibbli wara li bl-Att III tal-2004 kienu saru diversi emendi leġislattivi dwar reati li jinsabu fis-Sub-Titolu IV tat-Titolu III fit-Tieni Taqsima tal-Kodiċi Krimina, li jittratta
“Fuq l-Abbuż
ta’ l-Awtorità Pubblika” ,
inter alia
“Fuq Uffiċjali jew Impjegati Pubbliċi li Jesiġu Flus jew Ħwejjeġ oħra Kontra l-Liġi, fuq l-Estorsjoni, u fuq il-Korruzzjoni
”. Sussegwentement bl-Att XXXI tal-2007 kienu saru emendi oħrajn, fosthom dawk dwar ir-reati ta’ “
embezzlement
” u “
trading in influence
.
Fost in-notifikazzjonijiet li għamlet Malta ai termini tal-istess Konvenzjoni wieħed issib li hija l-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja li għandha l-obbligu li tassisiti Stati Firmatarji f’dak li jirrigwarda żviluppar u implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi intiżi biex jikkumbattu l-korruzzjoni, filwaqt li l-Uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali hu l-awtorita` ċentrali responsabbli għall-assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri. Dikjarazzjoni oħra li għamlet Malta mar-ratifika tal-Konvenzjoni kienet li din il-Konvenzjoni ma għandhiex isservi bhala bażi legali għal finijiet ta’ estradizzjoni bejn Stati Membri.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a) Kemm-il applikazzjoni għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru saru lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Kemm inħarġu permessi għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
ċ) Kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
d) Kemm-il enforcement notice inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru u li ma kenux koperti b’permess tal–Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hiex il-politika tal-kunsilli lokali li jħadnu politika etnika li tipprojbixxi residenti ta' villaġġi viċini milli jużaw toroq ta' villaġġ speċifiku? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għalfejn is-sindku ta' Ħal Safi qed jiġi permess li jħaddan din il-politika u dan kif manifest fl-azzjoni tiegħu li għalaq Triq Żurrieq min-naħa taż-Żurrieq u Triq San Pawl tiela lejn iż-Żurrieq bl-intenzjoni diretta li ż-Żrieraq ma jkunux jistgħu jgħaddu għaż-Żurrieq min-naħa ta' Ħal Safi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif persważ li jaf l-Onor. Interpellant la l-Gvern u lanqas il-Kunsilli Lokali ma jħaddnu xi tip ta’ politika etnika li tiddiskrimina bejn il-persuni.
Dwar il-każ partikolari li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant din ma hi xejn kwistjoni ta’ etniċità.
Jien infurmat li hemm diversi raġunijiet, totalment lill’hinn mill-insinwazzjonijiet etniċi tal-Onor. Interpellant, għaliex saru l-arranġamenti tat-traffiku li ssemmew. Jirriżulta li Triq iż-Żurrieq saret
one-way
xi snin ilu wara diffikultajiet li kien hemm fl-immaniġġjar tat-traffiku fid-dawl tas-servizz tat-trasport pubbliku u parkeġġi fiha. Infurmat li meta t-triq imsemmija kienet għadha
two-way
diversi vetturi kien ikollhom jitilgħu fuq il-bankina sabiex jipproċedu fi triqthom. Dan a skapitu tal-istess Kunsill Lokali, li kien ikollu joqgħod isewwi l-ħsarat illu jsiru kawża tal-vetturi li jgħaddu minn fuq il-bankina, u fuq kollox b’periklu kbir għal min ikun għaddej minn fuq il-bankina. Infurmat ukoll li hemm toroq alternattivi għal din it-triq.
Intant dwar Triq San Pawl jien infurmat li din saret
one-way
sabiex il-qalba tar-raħal tiskansa l-ammonti kbar ta’ vetturi li qabel kienu jgħaddu mill-qalba tar-raħal. Dawn il-karozzi mhux biss kienu l-kawża ta’ emissjonijiet ta’ dħaħen fil-qalba tar-raħal iżda jirriżulta wkoll li ċertu xufiera rresponsabbli kienu qed jikkawżaw sfreġju ma’ diversi binjiet konsegwenza ta’ inċidenti li jkollhom fis-satra tal-lejl.
Jirriżultalu l-Prim Ministru, li l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, f'Ottubru tal-2009 l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet avviz ta' nfurzar kontra tagħha bħala wieħed mis-sidien tal-fond fi Triq it-Torri Tas-Sliema li d-dettalji eżatt tas-sit qed jintbagħtu separatament? Jirriżultalu li din l-istess persuna hija membru fil-Bord tad-DCC tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u li din il-ħatra ta' din l-istess persuna saret minnu stess ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-infotrmazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hija skorretta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari datata 28 ta' April 2010 dwar persuna li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, li qed jopera mingħajr permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar konness ma' produzzjoni ta' silencers, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħaditx l-passi meħtieġa biex jieqaf dan l-abbuzz u dan stante li sal-lum dan għadu għaddej mingħajr ma żammu ħadd?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jgħati n-numru tal-Mistoqsija Parlamentari li qed jirreferi għalija ħalli nkun nista ngħatih l-informazzjoni koretta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni valida ta' kif meta tħejja il-pjan lokali tan-Nofsinhar ta' Malta, is-sit fi triq il-Belt Valletta, Għaxaq (kopert b'applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġiex ikkunsidrat bħala committed area of containment meta fl-istess triq erba' siti oħra (koperti bil-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li qed jintbagħtu separatament) ġew ikkunsidrati tali fl-istadju tat-tħejjija tal-pjan lokali? Jafx li s-sit in kwistjoni li tħalliet barra kienet ġiet committed ferm qabel ġew committed l-erba' siti l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-eżerċizzju sabiex jiġu identifiakti numru ta’ Areas of Containment twettaq waqt il-proċess tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta u pjanijiet lokali ohra li ġew approvat fl’ 2006.
F’dan il-proċess il-MEPA kkunsidrat diversi siti, fejn skond ir-records tagħha, fl-inħawi kien hemm xi tip ta’ permessi jew licenzji għal xi tip ta’ użu definit u
clusters
ta’ użi. Fil-proċess ġew aggrupati dawn il-
clusters
, u ngħataw parametri tal-ippjanar permezz tal-Policy SMCO 05 fil-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta (2006). Ma kenitx l-intenzjoni ta’ dan il-proċess li joħloq żoni ġodda ta’ żvilupp industrijali f’art ODZ imma li jiġu rikonoxxuti zoni ta’ attivita li ħafna minnhom jafu il-bidu tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-liġi ta’ L-ippjanar ta’ l-iżvilupp tal-1992. L-iskop ewlieni kien li jiġi kontenut u rregolat aħjar l-iżvilupp li diġa kien qed iseħħ. Dan huwa ukoll konformi mal-kunċett ta’ “committed areas” li huwa indikat fil-Pjan ta’ Struttura eżistenti.
Is-sit in kwistjoni li jikkonċerna l-applikazzjoni PA 6318/06, kien suġġett għal diversi applikazzjonijiet ta’ żvilupp u Appelli, li fil-maġġoranza tagħhom ġew rifjutati. Skond ir-
records
tad-Direttorat tal-MEPA, jidher illi ma’ hemm ebda permess approvat għall-użu rikjest ta’
Open Storage Area
jew liċenzja tal-pulizija kemm qabel kif ukoll wara l-proċess tal-Areas of Containment. L-uniku permess fuq is-sit huwa għal garage ta’ daqs ta’ 40 metru kwadru u ħajt biex idawwar is-sit.
Ta’ min jirrimarka li dan is-sit ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-
Policy Areas for Open Storage Guidelines
(2005) għall-possibilta ta’ użu bħala
Open storage
. Għaldaqstant l-iżvilupp propost fl-applikazzjoni msemmija ma jissodisfax l-imsemmija
policies
ezistenti.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti din l-informazjoni għall-perjodu bejn l-1999 sa 2010 sa 31 ta’ Awissu;
a) in-numru ta’ turisti sena b'sena;
b) in-numru ta’ bednights sena b'sena;
ċ) dħul (revenue) mit-turiżmu sena b’sena; u
d) nefqa per capita sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li fiha l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4736 u ċioe: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skont din l-Awtorità kien mibni bla permess. Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4736
Jista' l-Prim Ministru tgħid jekk tafx li hemm kumpaniji li jagħtu servizz ta' carers, anke lill-Gvern, li qed iħaddmu carers b'56 siegħa fil-ġimgħa u ma jingħatawx la overtime għas-sigħat fuq l-40 siegħa u anqas xi forma oħra ta' kumpens? Jista' jgħid jekk id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali hux konxju ta' dan? Jekk huwa konxju għaliex qiegħed jittollera din l-esplojtazzjoni ta' ħaddiema? Jekk mhux konxju, jekk għamilx inspections biex jassigura li ma jkunx hemm din l-esplojtazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali u uffiċjali tal-gvern dwar il-proposta tal-estenjsoni tal-maternity leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li huwa prematur li wieħed jieħu pożizzjoni fuq estensjoni tal-maternity leave, għaliex il-prposta tal- Kummissjoni Ewropea għadha fi stadju ta’ diskussjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li ngħataw lill-PBS għall-produzzjoni tal-programmi li jaqgħu taħt il-Public Service Obligation bejn Ottubru 2009 sa Awwissu 2010?
Jista’ jaghti d-dettalji ta’ kif dawn tqassmu skont il-lista tat-tipi tal-programmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din l-mistoqsija parlamentari ser tiġi mwieġba permezz ta’ risposta f’mistoqsija parlamentari numru 19526 mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Xogħol u Familja.
environmental impact assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18558 u 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà tagħhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta' danni lill-kunsilli lokali minn persuni li ġratilhom ħsara fil-karozza tagħhom matul is-snin 2003 - 2010? Jista' jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li ġew mitluba jħallsu d-danni? Kemm kien l-ammont tal-ħlasijiet, sena b'sena kunsill b'kunsill? Kemm mit-talbiet ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati sena b'sena kunsill b'kunsill? X'kienu r-raġunijiet wara kull rifjut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16382 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba dwar Mobile Phones/I-Phones għall-perjodu minn Jannar 2008 sa April 2010 fit-tabella ta’ hawn taħt:
Lil min inxtara
Mobile Phone/I-Phone
Prezz
€
Min awtorizza x-xiri
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Segretarjat tal-Prim Ministru
Segretarju Privat
190
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Uffiċjal inkarigat mis-sigurtà tal-Prim Ministru
180
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Segretarju tas-Segretarju Parlamentari
186
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura
Segretarju Parlamentari
445
Chief Information Officer
Kap tas-Segretarjat
435
Segretarju Permanenti (Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli)
Użu Ġenerali
54
Kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika
Segretarju Parlamentari
539
Chief Information Officer
Kap tas-Segretarjat
186
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Segretarju Privat
186
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Dipartiment ta’ l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet
Direttur Ġenerali
186
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Direttorat tad-Difiża
Direttur
186
Direttur Ġenerali (
Operations)
Awtorità tax-Xandir
Assistent ta’ l-Uffiċċju
45
Direttur, Finanzi
Officer i/c Minor Staff
89
Kap Eżekuttiv
Segretarju tal-Bord
186
Direttur, Finanzi
Kap Eżekuttiv
75
Kap Eżekuttiv
Assistent ta’ l-Uffiċċju
52
Direttur, Finanzi
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Użu ġenerali tal-ħaddiema tas-Sovrintendenza meta jkun xogħol barra
80
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali
Deputat tas-Sovrintendenza
80
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali
Heritage Malta
Kap Eżekuttiv
324
Kap tal-Finanzi
Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u Teatru Manoel
Kap Eżekuttiv
423
Chairman
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
IT Team
566
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Ex-Chairman
708
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Gozo Team
45
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Development Services Enforcement Supervisor
45
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Minerals Team
45
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Uffiċjal Prinċipal (
Sanitary)
45
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Uffiċjal Anzjan għall-Infurzar
42
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Użu Ġenerali
42
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
279
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Direttur ta’ l-Ippjanar
50
Direttur għas-Servizzi Korporattivi, MEPA
Malta-EU Steering & Action Committee
Kap
435
Segretarju Permanenti (Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli)
Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku
Chairman
tal-Kummissjoni
165
Segretarju tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku
Forzi Armati ta’ Malta
Mezz ta’ Komunikazzjoni għall-Uffiċjali li ħadmu bħala osservaturi fl-
EU Observer Mission in Georgia
Żewġ
mobile phones
bi prezz ta’ € 240 l-wiehed
Direttur tad-Difiża
Mezz ta’ Komunikazzjoni għall-Uffiċjali li jagħmlu xogħol ta’ sigurtà fil-Forti Sant Iermu l-Belt Valletta
Żewġ
mobile phones
bi preżż ta’ €35 l-wieħed
Reġiment’s Quartermaster
Dipartiment tat-Turiżmu
Direttur
160
Direttur għas-Servizzi Korporattivi
Kap tat-Taqsima,
Oil Pollution Response Module
114
Direttur tat-Turiżmu
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi
Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi
315
Segretarju Permanenti
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba dwar il-Head Office ta’ l-Awtoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fit-tabella ta’ hawn taħt:
Nixtieq ninfurmah ukoll li fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru.
Post fejn qed jintuża bħala
Head Office
Kif ġie akkwistat
X’jitħallas għal użu tiegħu
€
Awtorità ta’ Malta’ dwar l-iStandards
Tieni u Tielet Sulari fil-Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta
Dan is-sit għadda b’kera lill-Awtorità bl-approvazzjoni tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Artijiet
44,248 kera fis-sena
Awtorità tax-Xandir
7, Triq Mile End, Ħamrun
L-Awtorità kienet xtrat l-art u bniet fuqha
Ma jsir l-ebda ħlas għal dawn l-uffiċini
Awtorità dwar il-Mediċini
203, Level 3, Rue d’Argens, Gżira
Mikri mingħand Mizzi Estates
124,249 kera fis-sena
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta
Parti mill-Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta
Il-bini jintuża wkoll mid-Dipartiment tat-Turiżmu
Ma jsir l-ebda ħlas mill-Awtorità iżda d-Dipartiment tat-Turiżmu jħallas il-kera tal-binja kollha
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
St. Francis Ravelin, Floriana
Mikrija mingħand id-Dipartiment għall-Artijiet
39,599 kera fis-sena
Hexagon House, Blata l-Bajda
Inxtrat bħala utile dominum mingħand l-HSBC Bank Malta li jiskadi fis-sena 2091
10,506 ċens fis-sena lid-Dipartiment tal-Artijiet