Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #71 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Market correctivity

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 19263 u 19117, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fuq bordijiet tal-gvern li jitħallsu permezz tal-mekkaniżmu tal-market correctivity, min huma u kemm huwa l-ħlas li jirċievu permezz ta’ dan il-mekkaniżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari nru 19117 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx aktar membri fuq bordijiet tal-Gvern f’dan id-dekasteru li jitħallsu permezz tal-mekkaniżmu tal-market correctivity.
Leg 11 PQ #72 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19167 u jagħti dettalji dwar applikazzjoni, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li daħlet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Mejju li għadda b’rabta ma’ żvilupp ġdid ta’ kostruzzjoni fl-Isptar Mater Dei? Fejn fl-Isptar Mater Dei huwa l-ħsieb li jsir ix-xogħol in kwistjoni? Hemm xi mira ta’ meta għandu jibda u jispiċċa x-xogħol in kwistjoni? Kemm se jiġi jiswa? Għaliex dan ix-xogħol ma sarx meta kien għadu qed jinbena l-Isptar Mater Dei?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern li jibni kumpless ta’ Life Sciences fiż-żona industrijali biswit l-Isptar Mater Dei. Dan il-kumpless effettivament ser ikun ftit metri l-bogħod mid-dawra tal-Isptar Mater Dei u l-bini tiegħu se jkun eżattament taħt it-trajettorja tal-approach; landing u t-take-off użata mill-helikopter li jintuża biex iwassal pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’każijiet ta’ emerġenza. Sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda xkiel għat-trajettorji ta’ nżul u tlugħ tal-helikopter; u anki fil-każ li jkun hemm bżonn li jsir xi nżul ta’ emerġenza, ġie deċiż flimkien ma’ speċjalisti tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkun akter prudenti li jinstab sit ta’ nżul u tlugħ alternattiv għall-helikopter. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi preżentat applikazzjoni bir-referenza PA/02407/10 quddiem il-MEPA biex tibni helipad eżattament fuq il-blokk tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Dan mhux biss ser iwassal għat-tlugħ u nżul tal-helikopter f’kull tip ta’ temp; iżda ukoll se jwassal għat-trasferiment akter effiċjenti tal-pazjenti li jaslu bil-helikopter. Ix-xogħlijiet rikjesti se jkunu eventwalment soġġetti għall- tender pubbliku u għalhekk mhux possibbli li tingħata risposta dwar it- timeframes u dwar kemm mistenni jiswa’ dan il-proġett.
Leg 11 PQ #76 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trade Fair — riċeviment fil-Girgenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa r-riċeviment li għamel fil-Girgenti nhar is-Sibt, 16 ta' Lujlu 2010 fl-okkazzjoni tat-Trade Fair? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal dan ir-riċeviment? Dan ir-riċeviment kien miftuħ biss għar-rappreżentanti tal-esibituri f'din il-fiera? Jekk le, fuq liema bażi intgħażlu r-rappreżentanti tal-kumpaniji l-oħra mistiedna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għadu kmieni sabiex ngħati l-ammont eżatt ta’ kemm sewa dan ir-riċeviment li għalih inħarġu 1400 invit. Għal dan ir-riċeviment kienu mistiednin fost oħrajn Uffiċċjali Governattivi, Esebituri kif ukoll rappreżentanti ta’ diversi ażjendi li jħaddmu n-nies.
Leg 11 PQ #80 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #93 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — permessi għal heavy vehicles

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid liema huma dawk il-kunsilli lokali li fil-lokal tagħhom ma jistgħux jidħlu "heavy vehicles to render a service" jekk mhux bil-permess speċifiku tal-kunsill in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #97 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maternity Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, fi ħdan is-settur pubbliku, kien hemm nisa bejn l-2004 u l-2009, sena b’sena b’mod separat, li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u fejn kienu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni rigward l-użu ta’Maternity Leave fis-Settur Publiku ibbażata fuq stħarriġ li beda jsir minn dan l-uffiċċju mill-2006 ‘il quddiem. Iċ-Ċifri jindikaw li kien hemm żieda ta’ 15.7 fil-mija bejn is-sena 2006 u l-2007 , żieda ta’ 33.3 fil-mija bejn is-sena 2007 u l-2008 u żieda taċ 31 fil-mija bejn is-sena 2008 u l-2009 fl użu tal- Maternity Leave. Biex tinghata risposta rigward l-2004 u l-2005 kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant trid ammont kbir ta’ riżorsi, u ma naħsibx li jkun għaqli li r-riżorsi li jintużaw biex jingħataw aktar dettalji sakemm ma ningħatax raġuni valida għal dan.
Leg 11 PQ #99 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mediċina Liptol

Question

Peress li l-pilloli Lipitol suppost li raħsu madwar €12 kull kaxxa ta' 28 meta l-Gvern ħabbar ir-roħs fil-pilloli xi xahrejn ilu u peress li n-nies għadhom imorru s'issa u l-ispizjar jgħidilhom li l-prezz tal-Lipitol għadu għoli (€38) għax l-aġent għadu qed jagħtihom mill-istock antik, jista' l-Prim Ministru jgħid meta n-nies se jibdew igawdu mir-roħs annunzjat mill-Gvern xahrejn ilu? Jista' jikkonferma jekk dakinhar tal-ftehim talabx lill-aġenti jagħtuh l-istocks li għandhom ta' dawk il-pilloli li ġie mraħħas il-prezz tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis fil-prezz tal-mediċina msemmija fil-mistoqsija parlamentari se jkun b’efett minn Settembru. Dan huwa ukoll indikat fil-lista li ġiet ippublikata. Uffiċjali mid-dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni qegħdin jagħmlu spezzjonijiet b’mod regolari fl-ispiżeriji sabiex jiżguraw li l-konsumatur qieghed bis-seħħigawdi mir-roħs li tħabbar. Barra min hekk qed tinġabar informazzjoni fuq kemm għad fadal stock bil-“prezz l-antik” fl-ispiżeriji. Ninsab infurmat li l-konsumatur diġà qed igawdi minn prezzijiet orħos għal numru ta’ mediċini li dehru fil-lista.
Leg 11 PQ #118 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li kellhom bżonn l-għajnuna biex jivvotaw waqt l-elezzjonijiet ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ħadu ġurament li għandhom bżonn l-għajnuna biex jivvotaw fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2003 u 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 18,594 votant fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 li ħadu l-ġurament li kellhom bżonn l-għajnuna biex jivvotaw. L-istess informazzjoni għar-rigward tal-elezzjoni ġenerali tal-2003 ma nġabritx għax id-dokument relatati ġew distrutti skont il-liġi elettorali.
Leg 11 PQ #119 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Uffiċjali li jsiefru fuq xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema tal-spending money fil-każ ta' l-uffiċjali tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li jsiefru barra mill-pajjiż fuq xogħol uffiċjali? Jista' jgħid kemm sar infiq fi spending money waqt safar barra l-pajjiż, minn uffiċjali ta' l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tuża s-sistema kif stabbilita mill-Ministeru tal-Finanzi li tirregola l-ammont ta’ subsistence allowance li tingħata lill-uffiċjali li jsiefru fuq xogħol. Din is-somma tkopri l-akkomodazzjoni, ikel u transport. Matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009, l-Awtorita’ nefqet dawn il-flus: 2004 €127,460 2005 €113,526 2006 €117,448 2007 €113,219 2008 €100,391 2009 €88,704
Leg 11 PQ #120 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamar tal-prezzijiet tal-mediċina

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tiswa l-kampanja ta' reklamar dwar il-prezzijiet tal-mediċini li għaddejja bħalissa fuq il-mezzi tax-xandir? Kif inhuma mqassma r-riklami bejn il-mezzi tax-xandir? Liema hija l-aġenzija li kienet responsabbli mill-produzzjoni u placement ta' dawn ir-riklami u kif intgħażlet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini li għaddejja bħalissa fuq il-mezzi tax-xandir ġiet tiswa 25 ewro. Ir-riklami qed jinstemgħu fuq Radju Malta biss u ngħataw bħala parti mill-ftehim ta’ Public Service Announcements li għandu l-Gvern mal-Public Broadcasting Services. Il-ħlas ta’ 25 ewro ingħata lil min qara l-voice-over tar-riklam. L-arranġamenti saru kollha internament u ma kien hemm l-ebda aġenzija li ħadet ħsieb il-produzzjoni u l-placement ta’ dawn ir-riklami.
Leg 11 PQ #18819 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18527, 18187, 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra
Leg 11 PQ #19198 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern Lokali — minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hux qed jiskrutinja bir-reqqa l-minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiskrutinja bir-reqqa l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali, li hija waħda mill-funzjonijiet tal-Monitoring Unit fi ħdan l-istess Dipartiment.
Leg 11 PQ #19199 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ksur tar-regolamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mis-sena 2008 sal-lum instabu b'xi forma ta' abbużi u ksur tar-regolamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 11 PQ #19200 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ksur tar-regolamenti finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mis-sena 2008 sal-lum, ġew investigati fuq ksur tar-regolamenti finanzjarji? X'kien il-ksur tar-regolament? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19201 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

artiklu fil-ġurnal dwar il-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18359 u ċioe: B'referenza għall-ġurnal bl-Ingliż pagna 9 tal-11 ta' Gunju 2010 tal-Malta Independent "MEPA Chairman Austin Walker asked if the local council knew about the changes in the plans and a directorate officer informed him that every time there was a change, this had been advertised in the papers" u "........had he been mayor (Austin Walker) he would have gone to MEPA to discuss this project rather than wait for MEPA to approach him", jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kummenti bħal dawn u oħra tal-istess Chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar imorrux kontra l-ispirtu ta' sussidarjetà u konsultazzjoni li tant jiftaħar il-gvern li għandhom il-kunsilli lokali li ġew eletti demokratikament biex ikunu r-rappreżentanti tal-lokal tagħhom bħala gvernijiet lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-kwotazzjoni li kien hemm fil-gazzetti, kienet, tista’ tgħid fidila lejn dak li ntqal, dan trid tarah fil-kuntest kollu tas-seduta. Iċ-Chairman spjega illi sabiex ikun hemm konsultazzjoni effettiva kien ikun iżjed opportun illi l-Kunsill jagħmel is-sottomissjonijiet u jressaq il-kummenti tiegħu meta l-applikazzjoni kienet għada qegħda tiġi pproċessata mid-Direttorat ta’ l-Ippjanar, milli jistenna s-seduta li fiha l-Awtorità tkun se tiddeċiedi l-applikazzjoni sabiex iressaq tali sottomissjonijiet u kummenti. Dan il-kumment huwa ċertament fil-qofol ta’ dak li qed tippromwovi l-MEPA u l-gvern, li l-parteċipazzjoni pubblika, biex tkun effetttiva trid tkun f’waqtha. Spiss jiġri li kummenti jitħallew għall-aħħar tal-proċess u persuni/għaqdiet jitkellmu fil-jum jew lejliet li tkun se tittieħed id-deċiżjoni. Iċ-Chairman, bħal ma għamel f’okkażjonijiet oħra fl-imgħoddi, ħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jieħdu sehem aktar pro-attiv u jitolbu laqgħat huma stess
Leg 11 PQ #19202 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — direct orders bi ksur ta' liġi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #19209 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bulebel — Industrial Estate - fabbrika li tarmi wisq duħħan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra x’passi qed jittieħdu dwar fabbrika partikulari li ilha żmien twil tarmi duħħan inkluż duħħan iswed fl-industrial estate ta’ Bulebel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji tal-fabbrika msemmija biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #19221 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Approving Body dwar l-eko kontibuzzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18830 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta twaqqaf l-approving body dwar l-eko kontribuzzjonijiet? Minn min huwa kompost? Kemm-il darba iltaqa' s’issa? X’kien l-eżitu tal-laqgħat li saru s’issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korp ta’ Approvazzjoni (Approving Body) twaqqaf fit-3 ta’ Mejju, 2010. Huwa compost mis-Sur Peter Portelli bħala rappreżentat tal-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA),Mis-Sur Christopher Ciantar bħala rappreżentat tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u mis-Sur Ian Azzopardi bħala rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi,tal- Ekonomija u l-Investiment. Min mindu twaqqaf, il-Korp ta’ Approvazzjoni lltaqa’ tnax il- darba. Matul dawn il-laqgħat, il-Korp ta’ Approvazzjoni ddiskutal-proċeduri ta’ kif il-Produtturi għandhom japplikaw sabiex jiġu eżentati mill-ħlas ta’ eko-kontribuzzjoni, iltaqa’ ma’ stakeholders li għandhom interess f’din il-proċedura, ifformula u approva li tinħareġ l- Applikazzjoni għall- Produtturi u d-Dikjarazzjoni għall-iskemi.
Leg 11 PQ #19281 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Artist li ma tħalliex jesebixxi xogħlijiet tiegħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li l-artist li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ma jitħalliex jesebixxi żewġ xogħlijiet tiegħu fil-Gozo Arts Festival? Għalfejn ittieħdet din id-deċizjoni drastika? Jista' jintqal jekk kienx hemm ukoll episodju ieħor fejn il-pulizija talbet lil sid ta' stabbiliment taż-żgħażagħ f'Għawdex ineħħi numru ta' ritratti artistiċi ta' mudella Għawdxija li kienu esposti fl-istess stabbiliment? Jekk hu minnu, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni drastika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmata li fir-rigward taż-żewġ xogħolijiet ta' arti li ma tħallewx jiġu esebiti fiċ-Ċentru għall-Kultura u Arti fiċ-Ċittadella, id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kap tat-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-kuratur tal-Wirja Kollettiva "Gozo International Contemporary Arts Festival", fuq bażi li huma ta' natura espliċitament pornografiku.
Leg 11 PQ #19290 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li irtiraw bl-età fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel li irtiraw bl-étà, minn 60 sena ‘l fuq, sena b’sena, minn mas-Servizz Pubbliku mis-sena 2000 sa’ Ġunju 2010 sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni, nisa u rġiel, li rtiraw bl-eta’ minn mas-Servizz Publiku sena b’sena, mis-sena 2000 sa’ l-aħħar ta’ Ġunju,tas-sena 2010 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra.