Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19373 u jgħid:
a) Kemm-il applikazzjoni għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru saru lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Kemm inħarġu permessi għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
ċ) Kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
d) Kemm-il enforcement notice inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru u li ma kenux koperti b’permess tal–Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità m’għandiex informazzjoni li tispeċifika il-volum ta’ tankijiet tal-gass. L-informazzjoni mogħtija hawn taħt tinkludi tankijiet b’volumi varji li l-Awtorità m’għandiex dettalji tagħhom.
a. Skond is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità irċeviet wieħed u tmenin (81) applikazzjoni għal ċilindri jew tankijiet tal-gass mis-sena 2000 sa’llum.
b. Skond l-istess sistema, l-Awtorità approvat disa’ u tletin (39) applikazzjoni għal ċilindri jew tankijiet tal-gass mis-sena 2000 sa’ llum.
c. Mill-applikazzjonijiet li ġew approvati msemmija hawn fuq, erba’ (4) minnhom kienu f’San Ġiljan.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem “L.P.G.”, “LPG”, “gas” jew “fuel”, u ma tispeċifikax il-volum ta’ tankijiet tal-gass.
d. Bejn l-2001 u issa, skond riċerka diġitali fuq is-sistema ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, irriżulta illi nħarġu 8
Enforcement Notes
li kienu jinkludu fid-deskrizzjoni tagħhom it-tqegħid ta’ “
fuel tank
”, “
gas tank
” jew “
gas cylinder
”. Il-volum ta’ dawn l-istallazzjonijet mhux imkejjel u rekordjat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru Malta turisti permezz tal-cruiseliners mill-ewwel tas-sena sal-lum? Kemm kien in-numru ta' turisti għall-istess perjodu matul is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ cruise passenger traffic bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena kien ta’ 308,663 b’żieda ta’ 24.0 fil-mija, jew 59,793 turist iżjed fuq l-istess perjodu tas-sena 2009.
Dawn il-figuri huma spjegati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li qed jaħdmu fis-Servizz Pubbliku f'Malta? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-grad tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għalkemm matul l-aħħar ħames snin telgħu jaħdmu Għawdex numru sostanzjali ta’ uffiċjal Għawdxin. Bħalissa hemm 906 persuni li jgħixu b’mod permanenti f’Għawdex iżda jaħdmu f’xi Dipartiment jew Ministeru f’Malta.
Dettalji tal-gradi ta’ dawn il-persuni jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex qed isir monitoring biex jara l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fil-hotels/homes tal-anzjani/sptarijiet/ fabbriki/ bars/ restoranti eċċ.? Jekk iva fejn u f'liema settur? Jista' jgħid jekk hemmx xi unit li tara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ma jkunux imkasbrin u li qed tiġi segwita il-liġi fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li parti mir-responsabbilta li taqa' taħt id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg hi li jsir sorveljar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fid-diversi setturi tal-industrija Maltija bil-għan li l-obligi li joħorġu mil-liġi ndustrijali jiġu osservati. Dan ix-xogħol jitwettaq min spetturi fi ħdan it-Taqsima tal-Infurzar ta’ l-istess Dipartiment.
Barra min hekk, persuna li tħoss li l-kundizzjonijiet tal-impieg tagħha ma kenux rispettati għax tallega li soffriet diskriminazzjoni, fastidju sesswali, tkeċċija nġusta, vittimizzazjoni jew nuqqas ta’ ħlas indaqs għal xogħol ta’ valur ugwali għandha l-possibilta li tirrikori min jedda għal rimedju mingħand it-Tribunal Industrijali biex dan jagħti ġudizzju fuq il-materja inkwistjoni u jordna l-metodu li biha tiġi ndirizzata n-nuqqas li jirriżulta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17865 u jgħid jekk l-uffiċini amministrattivi tal-kunsilli lokali għandhomx bir jew le? Huwa użat jew le? Jekk iva, x'użu qed jagħmel minn dan l-ilma kull kunsill lokali? Kemm hi l-ħażna tal-ilma f'kull bir tal-kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Pannelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tal-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17864 u jgħid, apparti l-pannelli fotovoltajiċi li ġew stallati fuq il-bjut tal-uffiċini amministrattivi tal-kunsilli lokali, x'inizjattivi ħa kull kunsill lokali biex inaqqas l-ispejjeż mill-konsum tad-dawl u l-ilma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-gvern dwar it-trab iswed fis-South ta’ Malta? Jista' jinvestiga ilmenti li wasluli minn residenti fi Vjal Kottoner, Fgura li f’dawn l-aħħar jiem reġa' kien hemm konċentrazzjoni ta’ trab iswed fl-inħawi tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà iddikjarat f’iktar minn tweġiba waħda għall-mistoqsijiet parlamentari fuq dan is-suġġett, bħalissa ma humiex qed isiru testijiet fuq it-trab l-iswed għaliex minn Awwissu tas-sena l-oħra ’l hawn ma kellniex rapporti li din il-problema reġgħet feġġet. Biex isiru testijiet irid ikollok is-sample ta’ trab iswed u fil-preżent il-MEPA m’għandhiex dan is-sample għaliex ma teżistix il-problema. Mhux prevvist li jsiru testijiet sakemm ma terġgħax tfeġġ il-problema.
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jippreżenta kull informazzjoni li jista’ għandu lill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18860 u jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesment dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?
Kunsilli lokali — sindki, kunsilliera u segretarji eżekuttivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18429 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15672, jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk kienx hemm kunsilliera/sindki/impjegati tal-kunsilli u tal-Gvern ta' Malta li ġew investigati, liema investigazzjoni hija magħluqa mid-Dipartiment tal-Pulizija, mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u/jew mid-Dipartiment tal-VAT mill-2008 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid:
a) min huma l-kunsilliera/sindki;
b) lil liema kunsill jappartjenu;
c) ir-raġuni tal-investigazzjoni;
d) x'kienet il-konklużjoni; u
e) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport konklużiv tal-istess investigazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill- Onor.Interpellant
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18991 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u issa qed tiġi riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-development brief oriġinali dwar l-iżvilupp tal-White Rocks u jgħid jekk minn dak iż-żmien 'l hawn ġiex emendat u jekk iva, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id- Development Brie tal-White Rocks ġie approvat f’ Ottubru ta’ l-1995. Il-MEPA bħalissa qiegħda tirrevedi n-North Harbours Local Plan li bħala pjan jinkorpora fih iż-żona tal-White Rocks.
Id-
Development Brief
tal-1995 huwa aċċessibli fuq is-sit elettroniku tal- MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19057, 18765 u 18376 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġew riferuti lilu, u jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-gvern ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imsida applika biex jagħti wiċċ ġdid lit-triq imsemmija taħt l-iskema tal-Public Private Partnership għat-Toroq, offruta mill-Gvern Ċentrali permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Hu ppjanat li x-xogħol fuq din it-triq jinbeda mill-Kunsill Lokali tal-Imsida fis-sena 2011.
Jista' l-Prim Ministru jara li t-toroq tul ix-xatt ta' Buġibba li fil-weekend ikunu magħluqa għat-traffiku fil-ħinijiet allokati, ikunu verament inaċċessibbli għat-traffiku u mhux ta' periklu peress li l-vetturi xorta jagħmlu użu mill-istess triq bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Dawret il-Gżejjer, matul il-promenade ta’ Buġibba, kienet uffiċjalment magħluqa għat-traffiku matul tmiem il-ġimgħa (mill-Ġimgħa sal-Ħadd) bejn it-8.00 p.m. u s-01.00 a.m. matul ix-xhur tas-Sajf. Saru anke tabelli adegwati li jindikaw il-ġranet u l-ħin ta’ dan l-għeluq għat-traffiku. Intant il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jara li għas-sajf li ġej ikun hemm aktar infurzar tal-liġi f’dan ir-rigward.
kawżi li tressqu quddiem it-Tribunal tal-Inġustizzji, l-Ombudsman u l-Qrati kontra l-Gvern Nazzjonalista
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ kawżi li tressqu quddiem it-Tribunal tal-Inġustizzji, l-Ombudsman u l-Qrati dwar kawżi ta’ diskriminazzjoni li saru mill-Gvern Nazzjonalista ta’ bejn 1987 u 1996? Kemm minnhom tilef il-Gvern u x’inhu l-ammont totali li tħallas bħala settlement vis-à-vis dawn il-kawżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat illi fit-Tribunal ta’ l-Inġustizzji kienu ġew ippreżentati 906 kawżi.Kien hemm 479 kawża li ġew deċiżi kontra l-Gvern u dan sad-data li baqgħet tinżamm tali statistika u ċioe sas-27 ta’ Mejju 2004.
Ma tinżammx statistika ta’kawzi ta’ diskriminazzjoni li saru kontra l-Gvern ta’ bejn l-1987 u l-1996 u li ġew intavolati fil-Qrati Ċivili.
Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd — Rapport ta' Kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx daħlulu rapporti ta' kunflitt ta' interess fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd? Jekk iva, meta daħlulu? X' kienu dawn ir-rapporti u x' passi ħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat ma daħlux rapporti ta’ kunflitt ta’ interess fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn kontravenzjonijiet tat-traffiku, maqsuma xahar b'xahar, minn Jannar sa Ġunju 2010? Jista' jaqsamhom lokal, b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara r-rifjut sabiex jingħata permess sabiex isiru t-tlielaq fil-Manikata nhar l-20 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jipprovdi aktar dettalji fosthom il-ġeneru ta’ sport li qiegħed jirreferi għalih.
Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-ittra ta' tweġiba li l-Gvern Malti bagħat jekk hu l-każ lill-Kummissjoni Ewropea bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissarju Barnier li tirrigwardja l-għoti tat-tender għall-estensjoni tal-power station ta' Delimara lill-BWSC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif inhu magħruf dawn il-proċeduri mal-Kummissjoni Ewropea huma kunfidenzjali sakemm jiġu konklużi.
Low cost airlines — sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra li ħallas il-Gvern Malti lill-low cost airlines, sena b'sena għal kull linja tal-ajru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17472.
Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-awtorità li kellha tqis il-merti tal-każ tal-environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu, kif stqarr fit-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari 17219 bid-data tat-8 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Furjana — Pjazza San Kalċidonju - parkeġġ għall-vetturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jistgħux ir-residenti biswit il-kwartieri tal-pulizija f'Pjazza San Kalċidonju, l-Furjana jingħataw aktar spazju biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom aktar viċin djarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fi Pjazza San Kalċidonju hemm 41 spazju ta parkeġġ li minnhom hemm 9 postijiet riservati għall-Korp tal-Pulizija kif ukoll 4 postijiet ghal Kurja Arċiveskovili. Il-kumplament huwa disponibbli għal pubbliku. Hija fil-kompitenza tal-Kunsill Lokali li flimkien mal-awtoritajiet kompitenti jgħamel skema ta parkeġġ fejn ir-residenti jkunu jistgħu jingħataw preferenza għal dan il-parkeġġ.