Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18758 li saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita u 17870 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'passi se jieħu l-gvern fuq il-multi-storey car park li nbena ftit ta' snin ilu ħdejn l-Isptar San Luqa u li jinsab vojt u mimli ħmieġ b'konsegwenza li qed ikun hemm ħafna ġrieden? X'mistenni jagħmel il-gvern b'din il-binja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Pietà għandhu ftehim ta’ konċessjoni f’idejh tal-multi-storey car park imsemmi, mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet. Fil-jiem li ġejjin infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Pietà se joħroġ call for expression of interest dwar dan il-multy-storey car park sabiex jassigura ż-żamma tiegħu regolarment. Intant infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Pietà għamel eżerċizzju ta’ tindif fil-post u neħħa ammont sostanzjali ta’skart li ntrema fih, anki meta dan l-istess car park ma kienx f’idejh.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18882 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18007, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokali li barra mill-ispejjeż indikati u in konnessjoni mal-attivitajiet tal-karnival kienx hemm spejjeż oħra, għajr dawk pubbliċi, bħalma huma sponsors eċċ, li ntefqu f'dawn l-attivitajiet? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-kunsilli, min huma l-isponsors, l-ammont ta' flus mogħtija u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18885 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mponew miżura biex fil-lokal tagħhom ma jiġux organizzati barbeques? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mponew taxxa/mizata u jew liċenzja eċċ biex min irid jorganizza barbeque fil-lokal tagħhom irid iħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena għall-manutenzjoni xierqa tal-unika karreġġjata tal-ferrovija f'pajjiżna li tinsab fi Ġnien l-Istazzjoni Birkirkara? Jista' jgħid xi pjan għandu l-gvern biex din il-carriage ma tibqax tisfa l-mira ta' vandali? Kif se ngħaddu mbagħad għall-fażi tal-interpretazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Ġnien l-istazzjon , fejn tinsab il-karreġġjata tal-ferovija msemmija,huwa mgħasses minn uffiċjal tas-sigurtà kuljum matul il-lejl bejn is-7,00p.m u s-7.00am. Intant il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara qiegħed jippjana li jirrestawra din il-karreġjata tal-ferovija u qed jaħdem biex ikollu l-finanzjament għax-xogħol meħtieġ
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja kif sussegwentement emendat fid-19 ta' Diċembru 2007? L-emendi daħlu fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Kemm studenti Maltin gawdew minn dan il-ftehim? Meta se jiġi fis-seħħ il-XIII Executive Programme for Cultural Co-operation 10-12? X'għodod se jkun fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li t-tweġiba ngħatat mill-ministeru tal-Affarijiet Barranin għall-Mistoqsija Numru 19334.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-bajja turistika magħrufa bħala Buleben ikollha aċċessibbilità mill-blat għal ġol-baħar? Għaliex fl-aqwa tas-sajf l-unika sellum li jagħti għall-baħar hu mwaħħal bil-kontra u bil-biex? X'qed iżomm milli din il-problema tissolva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
IL-Bajja li qed jirreferi għaliha l-Onor.Interpellant, hija l-bajja ta’taħt il-lukanda Dolmen f’Buġibba jew kif inhi magħrufa il-Pearched Beach.
Il-każ kien dwar sellum ta’ l-
istainless steel
li hemm fuq waħda miż-żewġ pjattaformi li hemm fuq il-blat.Ftit tal-ġimgħat ilu dan is-sellum ġarrab ħsarat bil-maltemp u l-MTA li hija responsabbli min dawn is-slielem ħadet azzjoni u rranġat dan l-imsemmi sellum.
Mingħajr ma wieħed jidħol fil-merti tal-cost benefit tal-operat tal-linji low-cost lejn u minn pajjiżna, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ammonti f’miljuni ta’ Euros li dawn ingħataw minn fondi pubbliċi biex iħaddmu rotot minn u lejn Malta, partikolarment:
a) it-total fuq bażi annwali mis-sena 2004 sal-lum u
b) it-total fuq bażi annwali mill-istess sena sal-lum għal kull linja tal-ajru
low cost
bħal Ryanair, Easy Jet eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx opportun li ssir pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'policies hemm in vigore fis-Servizz Pubbliku u fl-entitajiet parastatali dwar ilqugħ kontra sexual harassment? Kemm kien hemm każijiet bħal dawn li ġew rappurtati lill-awtoritajiet f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s-Servizz Pubbliku għandu policy dwar kif għandhom ikunu trattati allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali u l-proċeduri li għandhom jittieħdu f’dawn il-każijiet.Din il-policy tinstab fil-Public Service Management Code. Fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, f’dawn l-aħħar sentejn kien hemm allegazzjoni waħda ta’ fastidju sesswali li ġiet irraportata. Dan il-każ ma kienx ippruvat.
Għar-rigward is-settur pubbliku, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tieghi li għandhom
policy
dwar dan is-suġett. Fl-ebda waħda mill-entitajiet pubbbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma kien hemm xi rapport dwar xi allegazzjoni ta’ fastidju sesswali.
Għar rigward l-entitajiet pubbliċi l-oħrajn li jaqgħu taħt il-Ministeri l-oħra , nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — talbiet għal reduced working hours
Question
Jista l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reduced working hours fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment separatament li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn ħaddiema nisa u kemm minnhom saru minn ħaddiema rġiel? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' jgħid fil-każ tar-rifjut tat-talba x'kienet ir-raġuni u fil-każ ta' talbiet pendenti f'liema stadju waslet it-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferiħ għall-Informazzjoni mitluba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-lukandi li oriġinarjament kellhom jittellgħu bħala parti mill-proġett ta' Tigne Point seħħewx? Kemm kellhom jimpjegaw nies u kemm fil-fatt qed jimpjegaw? Sa meta kellhom jitlestew dawn il-hotels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm ippjanat li jkun hemm lukanda waħda bħala parti mill-proġett ta’ Tigne’ Point (numru tal-Applikazzjoni PA 621/05).
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-MEPA u l-iżviluppaturi fuq l-aħħar fażi tal-proġett li tinkludi fih il-lukanda.
Dawn id-diskussjonijiet kellhom isiru minħabba li waqt l-eskavazzjonijiet instab il-
Garden Battery
, li kien jeħtieġ li jiġi protett. Dan wassal għal bidliet sostenzjali fil-
Master Plan
.
F’dan l-istadju tal-applikazzjoni ma tintalabx informazzjoni ta’ kemm se tħaddem nies il-lukanda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tat-tined tat-tempji ta' Ħaġar Qim? Jista' jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha li saru, min kienu l-kuntratturi involuti u b'liema mod intgħażlu? Minn liema vot tħallsu l-ispejjeż ta' din iċ-ċerimonja? Min kienu l-esponenti tal-gvern mistiedna? Min kienu l-esponenti tal-oppożizzjoni mistiedna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Instab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess ta’ ġbir ta’ kontijiet u għalhekk għadu prematur sabiex nagħti informazzjoni kompleta.
Issa li l-gvern ħabbar li se jsir investiment sostanzjali biex tinbena tinda fuq it-tempji neolitici ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex l-inħawi fil-viċinanzi tal-istess tempji jinġiebu fi stat li jixraq lil żona turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett tal-Fondi Strutturali Ewropej li jinvolvi lit-Tempji ta’ Ħal Tarxien se jwassal għal titjieb sostanzjali fl-inħawi ta’ madwar it-tempji li huma amministrati minn Heritage Malta. Apparti t-tinda protettiva, se tiġi nstallata wkoll walkway li mhux biss se tipproteġi l-art preistorika iżda wkoll se tiffaċilita’ l-aċċess u ttejjeb l-esperjenza tal-viżitaturi. Dan kollu se jeħtieġ titjieb u tisbiħ konsiderevoli fiż-żona ta’ madwar it-tempji.
Heritage Trail bejn it-Tempji ta' Ħal Tarxien u ta' Ħal Saflieni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk meta jitlesta x-xogħol tat-tinda fuq it-tempji ta’ Ħal Tarxien, il-gvern għandux il-ħsieb li jinvesti biex tinħoloq Heritage Trail li tgħaqqad dawn it-tempji ma' dawk ta' Ħal Saflieni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li kemm it-Tempji ta’ Ħal Tarxien kif ukoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni huma amministrati minn Heritage Malta, diġa hemm miżuri preżenti li jgħaqqdu ż-żewġ siti ma’ xulxin:
· Riklamar bejn sit u ieħor sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jmorru fiż-żewġ siti;
· Tingħata pjanta tat-triq li tifred liż-żewġ siti sabiex tidderieġi lill-viżitaturi;
· Sinjali fit-toroq li jwassluk minn sit għall-ieħor;
· Tqassim ta’ fuljetti informattivi u bejgħ ta’ kotba fuq iż-żewġ siti;
· F’Ħal Tarxien tingħata informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-
bookings
fl-Ipoġew peress li f’dan is-sit id-dħul huwa limitat minħabba raġunijiet ta’ konservazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' ftehim settorali (class sector agreements) iffirmati bejn il-gvern u l-unions u jindika l-firmatarji ta' kull ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm kien hemm impjegati maċ-Ċivil f'Diċembru 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Diċembru 2009 kien hemm 28,890 impjegati fis-Servizzi Pubbliku. Dan it-total jinkludi 1,415 impjegati pubbliċi li huma sekondati jew iddettaljati ma’ entitajiet jew awtoritajiet pubbliċi
Talba biex l-air show terġa' tibda ssir fuq in-naħa ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-air show annwali, li għadu kif reġa' ġie organizzat b'suċċess, jerġa' jirritorna, għal dik il-parti li tinżamm fl-ajru għall-inħawi ta' San Pawl il-Baħar fejn bla dubju isservi ta' attrazzjoni partikolari, kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti, u minbarra hekk iservi ukoll biex jgħin lid-diversi intrapriżi li hemm fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-airshow annwali hi organizzata mill-‘Malta Aviation Society’ (MAS) li ma tiffurmax parti mill-Gvern.
Għaldaqstant mhix il-kompetenza tal-Gvern li jiddetermina l-lokalità fejn din issir. Din tiġi determinata minn ħafna fatti fosthom dik finanzjarja. Madankollu se nitlob lill-Awtorità tat-Turiżmu sabiex tgħaddi s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Organiżżaturi.
possibilità biex il-cruiseliners jidħlu fil-port ta' San Pawl il-Baħar
Question
Minkejja li fil-passat diversi drabi saru tentattivi (anke minni stess meta kont responsabbli mis-settur marittimu) bla suċċess, biex uħud mill-cruise liners li jiġu Malta jużaw il-port ta' San Pawl il-Baħar bħala l-berthing tagħhom, jista' l-Prim Ministru jerġa' jinvestiga l-possibilità li tali liners isorgu f'dan il-post, anke biex ikun hemm xi forma ta' inċentivi għal dan il-għan?
MEPA — applikazzjonijiet pendenti għal kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħaditx deċiżjoni li l-kmamar tan-nar li għalihom hemm applikazzjoni pendenti, jiġu rifjutati u dan għar-raġuni li dan l-aħħar kien hemm diversi refusals għal tali applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ma ħadet l-ebda deċiżjoni li applikazzjonijiet pendenti għal kmamar tan-nar jiġu rifjutati. Kull applikazzjoni sottomessa, inkluż applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar, tiġi proċessata u deċiża skont il-Pjan ta’ Struttura, l-Pjanijiet Lokali u policies oħra viġenti relatati mas-sit fejn hu propost l-iżvilupp.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinħarġu xi skemi partikolari għal għajnuniet finanzjarji, ukoll bis-support tal-Unjoni Ewropea, biex il-faċilitajiet sportivi li għandhom f'idejhom l-għaqdiet lokali jkunu jistgħu jiġu mtejba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema għall-proġetti minn Intrapriżi Privati għall-Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 hija skema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea b’valur totali ta’ €10 miljuni. Din l-iskema hi miftuħa għal Għawdex kif ukoll għal Malta, u hija skema kompetittiva għas-settur privat fl-ambitu tat-Turiżmu.
Il-proġett hu ppjanat fuq tliet sejħiet u li minnhom twettqu tnejn fi Frar 2009 u f’Ottubru 2009. It-tielet sejħa hi mistennija li ssir f’Ottubru 2010. L-implimentazzjoni ta’ l-iskema in ġenerali bidet f’April 2009 u tispiċċa sa l-aħħar ta’ 2013.
Għaqdiet sportivi non-governattivi jew privati li għandhom l-għan li jidħlu fis-settur tat-Turiżmu Sportiv jistgħu japplikaw għall-fondi.
It-tielet sejħa tiftaħ f’Ottubru u tagħlaq tmien ġimgħat wara.