Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' taxxa dovuta lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jiġu konklużi t-taħdidiet mal-aġenzija statali Taljana Terna dwar l-interconnector kif wkoll li jinħarġu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taħdidiet mal-Operatur tas-sistema tat-trasmissjoni Taljana Terna dwar l-interconnector mistenni li jiġu konklużi sa Lulju 2012.
Il-permess tal-MEPA f’Malta inħareġ fis-26 t’April 2012, filwaqt li l-permess meħtieġ mill-awtoritajiet fl-Italja hu mistenni li jinħareġ sa Settembru 2012.
Billi l-Ministru ftit ilu qal li bl-interconnector se nixtru enerġija b’rati irħas minn tal-lum, jista' l-Ministru jgħid b’kemm mistenni jinxtara l-elettriku permezz tal-interconnector u jekk sarux xi taħdidiet dwar dan diġà? Jekk iva, meta mistennija li jiġu konklużi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-prezz tal-elettriku fl-Italja u l-Ewropa huwa prezz kompetittiv tas-suq u mhux fiss; dan ivarja siegħa b’siegħa. Il-prezz medju attwali fi Sqallija huwa ta €92.40/MWh (l-ewwel erba' xhur tal-2012). Dan jista’ jiġi mqabbel mal-ispiża attwali ta' żejt użat biex jiġġenera lokalment għall-istess erba' xhur li huwa €178/MWh u li ma jinkludix spejjeż ta' ħaddiema jew spejjeż oħrajn.
Kien hemm diskussjonijiet kemm mal-produtturi tal-elettriku u operaturi oħrajn tas-suq fuq ix-xiri tal-elettriku iżda dawn għadhom għaddejjin u ma ġewx konklużi.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33961 u 32953 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34236 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33024, jista' l-Ministru jgħid x'jinvolvu x-xogħlijiet? Kemm huwa stmat li jiswew? Kemm hija l-ħażna tal-ilma li jesa' l-ġibjun?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar tas-snin disgħin, dan il-ġibjun żviluppawlu xi problemi strutturali kif ukoll kien hemm il-bżonn ta’ kisi b’water-proofing membrane. Kien hemm ukoll problema ta’ overhanging structures li kienu fil-periklu li jaqgħu u b’hekk ta’ riskju kbir għal min imur ħdejn il-ġibjun. (Dawn issa tneħħew). Hemm diffikultajiet loġistiċi biex isir dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni peress li l-aċċess għall-ġibjun huwa diffiċli għall-vetturi u makkinarju.
Ninsab infurmat ukoll li l-ġibjun jesa’ biss madwar 1,300 metri kubi. Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33024, fl-1999, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li dan il-volum żgħir ma jiġġustifikax l-ispejjez li kien hemm biex jitranġa u l-problemi tal-operat u għaldaqstant il-ġibjun tneħħa minn fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-Korporazzjoni m’għandhiex
records
ta’ kemm kienet l-istima biex dan jitranġa dak iż-żmien.
Vetturi kummerċjali — biljetti biex jaqsmu bejn Għawdex u Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm biljetti nbiegħu kull sena mill-2004 ‘l hawn għal vetturi kummerċjali biex jaqsmu bejn Għawdex u Malta? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-kategorija tal-vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Marsaxlokk — Triq Melqart u Triq iż-Żejtun - ħsarat fil-kanen tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jintervjeni stante li għad li r-residenti ta' Triq Melqart u Triq iż-Żejtun Marsaxlokk ippreżentaw kemm-il rapport dwar il-ħruġ ta' ilma b'konsegwenza ta' ħsarat, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Serivizzi tal-Ilma qegħdin jonqsu milli jiġu mibgħuta fuq il-post u jsewwu l-ħsara fil-kanen tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dan l-aħħar sofriet minn xi pressure surge temporanja mhux mistennija fis-sistema tad-distribuzzjoni f’Marsaxlokk, li rriżultat f’diversi ħsarat żgħar fl-istess sistema. Il-Korporazzjoni, wara li identifikat dawn il-ħsarat, mill-ewwel bagħtet il-ħaddiema fuqhom. Dawn issa ssewwew waħda wara l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tal-kriżi fil-Greċja, l-gvern għandhux contingency plan dwar kif tista' tintlaqgħat Malta kemm-il darba l-Greċja toħroġ miż-żona Euro?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern, bħal dejjem, qiegħed isegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha li qegħdin iseħħu fil-Greċja. Fil-waqt illi aħna dejjem nippreparaw sabiex, fejn ikun meħtieġ, nissalvagwardjaw l-interess nazzjonali, aħna qegħdin inkomplu nisħqu fuq il-bżonn illi l-Greċja twettaq il-programm ta' aġġustament illi qablet miegħu kif ukoll illi jkomplu jittieħdu l-miżuri kollha bżonnjużi sabiex tkompli tissaħħaħ l-integrità u l-istabbilità taż-żona tal-ewro.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rċeviet kont tad-dawl u l-ilma ta' €3636? Jista' xi ħadd mill-ARMS Ltd jara jekk għandhiex xi żball fil-kont?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Minsitru jara l-każ ta' armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin ħafna? Jista' jara li xi ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jara il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Ħ'Attard — Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ - ilment dwar rwejjaħ
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ħa, jew qed jieħu, jew inkelli x'bi ħsiebu jieħu rigward ir-riħa qawwija li ħierġa mid-drenaġġ f'Ħ'Attard l-aktar fl-inħawi tat-Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ peress li din ir-riħa ilha ħierġa għal aktar minn sena bl-inkonvenjenza kbira għar-residenti, u anki b'periklu għas-saħħa tagħhom? Jista' jara x'jista' jsir peress li r-residenti ġew informati, minn rapreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa li din hija riżultat li hemm min qed jitfa' l-ħmieġ tal-annimali mill-inħawi tal-Imdina?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’għamel jew x’qed jagħmel il-gvern biex ineħħi u jiddisponi t-tunellati kbar ta' fuel ash, iġġenerat mill-Korporazzjoni Enemalta u mormi Bengħajsa li jingħad li huwa tossiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-flyash li kien mirdum mill-Enemalta fid-disgħinijiet, fil-barriera tal-Marsa, limiti tal-Bengħajsa, ġie maħluq b’konsegwenza tal-kombustjoni tal-faħam fil-Marsa. Dan il-flyash huwa meqjus inert u stabbli u għalhekk r-rimi tiegħu fil-barriera kien konformi mar-regolamenti li kienu applikabbli f’dak iż-żmien. Materjal bħal dan huwa ġeneralment mirdum b’dan il-mod kemm f’pajjiżi Ewropej u anke internazzjonali. Il-materjal mhux meqjus li hu tossiku. Għalkemm il-flyash jista’ jerġa’ jintuża’ bħala materjal għall-konkrit u l-produzzjoni tal-asfalt, u għalkemm l-użu tal-materjal li ġie mirdum f’Benghajsa ġie studjat għal dan il-għan, għalissa l-Enemalta m'għandux pjanijiet għal dan.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Development Corporation/Malta Enterprise — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-2004 ‘l hawn tal-Malta Development Corporation/Malta Enterprise f’għajnuna lill-kumpaniji Maltin u Għawdxin separatament? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont l-iskema li taħtha ngħatat l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport konċiż tal-iskemi kollha li kienu amministrati mil-Malta Enterprise sa mill-2004 u li ġew approvati. L-informazzjoni twassal sa Diċembru 2011. Informazzjoni għal din is-sena għadha mhix disponibbli.
Settur tas-Saħħa u xogħol soċjali — ħaddiema full-time
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33997 fejn irrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33996 u cioè għal News Release Numru 088/2012 li ħarġet illum it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012 liema News release ma tagħtix l-informazzjoni li jiena tlabt dwar Għawdex, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34508.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-proġett tal-Life Science Park tiżdied bi €12-il miljun u xi tħallas s'issa minn dan il-proġett? Jista' jgħid kemm kienet se toħroġ l-Unjoni Ewropea u kemm kin se joħroġ il-gvern Malti meta l-proġett kien se jiġi jiswa €16-il miljun, u x'se jkunu qed joħorġu issa li l-proġett se jiġi jiswa €32 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.