Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema — settur tal-lukandi u ristoranti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2010? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema — settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2010? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola tal-Gvern tal-Gudja — summer school

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk fl-iskola tal-gvern tal-Gudja, dawk il-ġenituri li jkunu iridu jibagħtu lit-tfal tagħhom fis-summer school, fejn qabel riedu jħallsu €11.65 issa se ssir bejn €105 sa €155? Peress li dawn huma familji bid-dħul baxx, taħseb l-Ministru li l-fee se tkun diffiċli għalihom biex jibagħtu lil uliedhom għas-summer school?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-sajf li ġej fl-iskola tal-Gudja se jkun hemm żewġ attivitajiet differenti. Skola Sajf se ssir bħas-soltu, jiġifieri se tkun miftuħa għat-tfal ta’ bejn il-Year 3 u l-Year 6. Il-ġenituri ta’ dawn it-tfal mitluba jħallsu €11.65. Dan hu bħal ma jiġri fl-iskejjel primarji statali kollha. S’issa irreġistraw dsatax-il tifel u tifla. In-numru jixbaħ lil dak ta’ snin oħra. Din is-sena, fl-iskola tal-Gudja ser ikun hemm attivita’ oħra organizzata mill-Littleeinsteins Summer Club, entità privata li kriet il-klassijiet tas-sular t’isfel biex tagħmel programm kreattiv għat-tfal ta’ bejn Kinder 1 u Year 2.

każ ta' individwu li tilef l-għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien ilu diversi snin jirċievi l-għajnuna soċjali minħabba raġunijiet validi li wieħed jista' jivverifika u liema l-istess Ministru tas-Saħħa preżenti, fl-2003 bħala psikjatra ċċertifika l-imsemmi li għandu jeqleb fuq għajnuna soċjali, kif issa wara li rah il-bord mediku, ġie notifikat li mhux se jibqa' jirċievi l-għajnuna soċjali? Tista' l-Ministru tgħid x'forma urġenti ta' dħul/għajnuna se tirċievi din il-familja li bilfors trid tassisti ġuvni ta' 33 sena li jsofri invalidità, liema ġuvni għandu bżonn assistenza kontinwa ta' 24 siegħa fuq 24 siegħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Avukati impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-avukati impjegati mal-Ministeru tagħha kemm jekk b’kuntratt kif ukoll jekk fuq bażi indefinita? X’funzjoni għandhom dawn l-avukati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn — Skola Primarja - studenti assenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn li kienu assenti din is-sena skolastika għal aktar minn tliet ijiem? X’azzjoni konkreta ttieħdet f’kull każ mis-social workers tal-Edukazzjoni u tal-Aġenzija Appoġġ biex jieqaf dan l-abbuż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul is-sena skolastika 2010-2011 kien hemm 389 student li falla aktar minn tliet ijiem skola fil-Primarja ta’ Wied il-Għajn. Is- social workers ħadmu ma’ 23 minn dawn li kienu studenti li jfallu l-iskola fuq bażi regolari. Minn dawn l-istudenti 5 emigraw waqt li 4 studenti qed jattendu regolari u fil-fatt m’hemmx aktar bżonn l-intervent tas- social workers. Fil-preżent is- social workers qed isegwu 13-il każ fuq bażi regolari u x-xogħol ivarja skont il-bżonn tal-istudent u l-familja tiegħu. F’każijiet li l-Aġenzija Appoġġ tinduna li hemm tfal li jkunu assenti fit-tul mill-iskola l-ġenituri jiġu mwiddba biex jibgħatu t-tfal l-iskola. Dawn is-sitwazzjonijiet jiġu rreferuti lis- social workers tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jindagaw fuq l-andament tal-familja.

Parental Empowerment Programmes — flus fuq programmi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qegħdin iqumu flus kull programm (Nwar, Ħilti, Id f’Id, Klabb Naħla eċċ.) li jaqgħu taħt il-Parental Empowerment Programmes? X’iridu jagħmlu dawk il-ġenituri biex uliedhom jieħdu sehem f’dawn il-programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kors għall-Childminders — Proġett LLEEP

Question

Tista’ l-Ministru tgħid lil min għandhom jikkuntattjaw il-ġenituri li jixtiequ jieħdu sehem fil-Kors għal childminders tal-Proġett LLEEP? Xi kwalifiki huma meħtieġa u fiex jikkonsisti dan il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sponsorships jew advert campaigns — VIP Seating mal-clubs Ingliżi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jiswew id-diversi sponsorships jew advert campaigns kemm fuq il-websites taħt partners, kif ukoll il-VIP Seating mal-clubs Ingliżi bħala Fulham u Birmingham?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22454.

Qormi — Housing Estate ta' De La Cruz - Indikazzjoni ċara fin-numri tal-blokka tal-appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tara li l-blokka tal-appartamenti fil-Housing Estate ta' De La Cruz, Qormi jkunu mmarkati b'mod ċar skont in-numru tagħhom minħabba li r-residenti qed jilmentaw li n-nies li jżuruhom ma jkunux jistgħu jsibu l-post, partikolarment il-blokk li dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa l-ħsieb tal-awtorità li wara li jsir il-manutenzjoni fil-komun tal-binjiet, l-awtorità bi qbil mal-kunsill u r-residenti tixtieq tibda proċess fejn dawn il-binjiet jibda jkollhom ismijiet ta’ persuni sinjifikanti fil-komunita’ jew ismijiet oħra li r-residenti jindikaw.

Qormi — San Bastjan - mantunezjoni fl-iskola primarja

Question

Tista' l-Ministru tindika jekk saritx manutenzjoni xierqa fl-Iskola Primarja ta' San Bastjan, Qormi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskola Primarja ta’ Bastjan Ħal-Qormi sar ammont sostanzjali ta’ xogħlijiet f’dawn l-aħħar sentejn. In-numru ta’ biċċiet xogħol ilaħħqu għal: 113 matul is-sena 2011, u 129 matul is-sena 2010. Fadal madwar 14-il biċċa xogħol oħra xi jsiru. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni li sar f’din l-iskola huwa meqjus bħala wieħed xieraq u jawgura tajjeb biex ix-xogħlijiet li fadal isiru jkunu kompluti fl-iqsar żmien possibli.

Skola Umberto Colosso — taqsima ta' manutenzjoni - contract of services

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contract of Service tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li nħatar Konsulent tad-Diretturi Ġenerali u li sa ftit taż-żmien ilu kien Direttur tal-Iżvilupp u l-Ippjanar b'responsabbiltà ukoll tat-Taqsima tal-Manutenzjoni bbażata fil-bini tal-Iskola Umberto Colosso f'Santa Venera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bachelor in Conservation and Restoration Studies — Kors mhux offrut

Question

Tista’ l-Ministru tispjega għaliex il-Bachelor in Conservation and Restoration Studies taħt l-awspiċi tal-Institute of Conservation and Management of Cultural Heritage mhux se jkun offrut mill-Università ta’ Malta għas-sena akkademika li tiftaħ f’Settembru 2011? Tista’ tinfurmana jekk din l-assenza tal-kors minn fost il-korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta hix temporanja, jiġifieri hu ppjanat li l-kors jiftaħ fis-sena 2012, jew inkella jekk f’dan ir-rigward għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni? Id-deċiżjoni li l-kors ma jinfetaħx tħalli numru ta’ dubbji u mistoqsijiet: a) l-effetti fuq is-suq tax-xogħol fil-kamp tal-konservazzjoni u restawr fosthom li toħloq restrizzjonijiet meta dan ix-xogħol jirrikjedi speċjalizzazzjoni u għalhekk il-bżonn li jkun hemm aktar nies mħarrġa ħalli l-ispeċjalizzazzjonijiet joktru; b) il-konsistenza ta’ din id-deċiżjoni mal-ambizzjoni ta’ Malta fil-kamp turistiku li tipprovdi l-wirt kulturali tagħha kkurat u mantnut fl-aqwa kundizzjoni; u ċ) kif se tfiehem lil dawk li xtaqu jsegwu dan il-kors bħala bidu ta’ karriera u allura aktar kmieni, waqt li kienu l-iskola sekondarja għażlu dawk is-suġġetti li kienu se jwassluhom għal studju fil-konservazzjoni u restawr? L-informazzjoni li rċevew l-istudenti dwar l-għażla tas-suġġetti kienet pubblika, ma jidhrilhiex li dawn ġew żvijati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bi ftehim bejn Heritage Malta u l-Università ta’ Malta, ffirmat fil-15 ta’ Ġunju 2010, u kif kien ġie avżat fil-midja u fuq il-website tal-Universita’ dak iż-żmien, il-korsijiet fil-Konservazzjoni u Restawr, li jwasslu għall-kwalifiki terzjarji, se jiġu ristrutturati, u se jkunu offruti taħt l-awspiċi tal-Universita’ ta’ Malta. Din id-deċizjoni ttieħdet bl-iskop li l-korsijiet f’dan il-livell jiġu kkonsolidati, u jiġu żviluppati korsijiet ġodda, kif ukoll biex isir użu aħjar tar-riżorsi disponibbli. L-Universita’ taqbel li f’dan il-kamp hemm bżonn ta’ specjalizazzjoni, u ghalhekk qiegħda taħdem biex toffri korsijiet fil-Konservazzjoni u Restawr fil-livell ta’ Master. Għal dawn il-korsijiet ikunu jistgħu jidħlu gradwati li jkollhom lawriji minn oqsma differenti bħalma huma l-Arkeoloġija, l-Istorja tal-Arti, ix-Xjenzi, l-Arkitettura, u l-Inġinerija. Huwa ppjanat li korsijiet li jwasslu għall-Master fil-qasam tal-Konservazzjoni u Restawr jkunu offruti mill-Universita’ minn Ottubru 2012 ‘il quddiem. Permezz ta’ dawn l-iżviluppi, se jkunu mħarrġa gradwati fil-qasam tal-Konservazzjoni u Restawr li jkunu ġejjin minn oqsma differenti, u għalhekk l-għadd ta’ studenti li jistgħu jistudjaw f’dan il-qasam huwa aktar wiesgħa, bil-probabbiltà li n-numru ta’ studenti ikun akbar minn qatt qabel. Dawn l-iżviluppi qed isiru għax kemm Heritage Malta kif ukoll l-Università jemmnu li t-tagħlim fil-Konservazzjoni u Restawr aħjar jigi wara tagħlim fil-livell tal-ewwel ċiklu, u li l-istudenti jispeċjalizzaw fil-Konservazzjoni u Restawr fil-livell ta’ Masters, u dan ukoll fid-dawl tal-livell ta’ taħriġ li jsir fil-Konservazzjoni barra minn Malta. ENCoRE, (European Network for Conservation-Restoration Education), fil-fatt tirrakkomanda li biex tidħol għall-professjoni ta’ Konservatur-Restawratur, wieħed għandu jkun gradwat fil-livell ta’ Masters. L-Universita’ hija konxja tal-bżonn li l-wirt kulturali ta’ Malta għandu jiġi kkurat u mantnut fl-aqwa kundizzjoni, u għalhekk, minbarra korsijiet ta’ specjalizazzjoni fil-Konservazzjoni, qiegħda taħdem biex toffri Masters fil-Management tar-Riżorsi Kulturali, anke bħala għodda biex ikomplu jitħarrġu n-nies li diġa jaħdmu f’dan il-kamp. L-istudenti li kienu għażlu l-Kimika, bħala wieħed mis-suġġetti fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (li kien mitlub għall-kors ta’ Bachelor fil-Konservazzjoni), jservihom ukoll biex jidħlu f’uħud mill-korsijiet li ssemmew aktar ‘il fuq, li jkunu l-ewwel pass għal karriera fil-kamp tal-Konservazzjoni u Restawr.

Proġett Ulied Darna u Programm Homestart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif familja tista’ tagħmel użu mis-servizzi Proġett Ulied Darna u Programm Homestart? Fiex jikkonsistu eżatt dawn is-servizzi fil-komunità? Kemm hemm bħalissa familji li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Programm Ulied Darna huwa servizz fejn voluntiera mħarrġa joffru l-ħin, il-ħiliet, il-ħbiberija professjonali tagħhom, kif ukoll appoġġ materjali (fil-każ tal-Proġett Tereża), tagħrif u għajnuna prattika sabiex jiffaċilitaw il-ħajja ta’ familji li jkunu qegħdin jgħixu taħt stress fi djarhom stess. Il-familji jistgħu jiffaċċjaw ħafna sitwazzjonijiet li jkunu ta’ theddida għall-istabbiltà tal-familja, u li jżidu r-riskju li l-ulied jitneħħew mid-dar minħabba dawn il-problemi serji. Il-Programm Ulied Darna għandu l-għan li jappoġġja lill-familji permezz tal-ħidma tal-voluntiera. Il-voluntiera jiġu mħarrġa, u ssorveljati minn ħaddiema professjonali u l-appoġġ tagħhom lill-familji jtaffi l-istress, isaħħaħ ir-rabtiet familjari u jippromwovi t-tgawdija tal-ħajja familjari kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-ulied. L-għan ewlieni tal-Programm Ulied Darna huwa li jibni fuq il-ġenitur bħala l-aġent ta’ sostenn fil-ħajja tat-tfal, tant li d-dar titqies bħala l-isfond tas-sostenn, bil-għajnuna tal-voluntiera li joffru s-servizz tagħhom f’diversi programmi ta’ appoġġ li jissodisfaw il-ħtiġijiet partikolari tal-familji. Programm Ulied Darna jipprovdi għajnuna lill-ġenituri li jkollhom bżonn appoġġ permezz ta’ ħiliet fit-trobbija tat-tfal, ħiliet fit-tqassim u l-użu tal-flus, ħiliet ta’ kif wieħed iżomm l-ambjent tad-dar nadif u bla perikli, kif ukoll appoġġ emozzjonali. Permezz ta’ dan il-programm, il-ġenituri jew il-persuni ewlenin li jieħdu ħsieb lit-tfal jiġu mħeġġa jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fit-trobbija tat-tfal bl-eżempju tajjeb u billi jaħdmu flimkien ma’ ġenituri oħrajn. Is-servizz jipprovdi appoġġ prattiku sabiex il-familji jiġu mgħejuna jissodisfaw il-ħtiġijiet fiżiċi, emozzjonali, soċjali u edukattivi tat-tfal tagħhom, filwaqt li jipprovdi wkoll klima partikolari għal diskussjoni dwar kwistjonijiet ta’ trobbija tat-tfal, bħal-logħob, il-ġestjoni tal-imġiba u r-relazzjonijiet mat-tfal, bil-għan li l-ħajja tat-tfal fi ħdan il-familji tagħhom titjieb. Is-servizz jgħin ukoll lill-ġenituri jiksbu l-kunfidenza fihom infushom sabiex jagħmlu użu minn riżorsi oħrajn fi ħdan il-komunità, li jistgħu jagħtuhom l-inkoraġġiment u l-appoġġ li jeħtieġu sabiex irabbu lill-uliedhom. Il-programm jipprovdi wkoll għajnuna prattika lill-ġenituri, bħal servizz ta’ indukrar tat-tfal ( child minding ), u kif ukoll persuni li jakkumpanjaw lill-ġenituri għal appuntamenti mediċi. Il-voluntiera li jaħdmu fi ħdan il-Proġett Tereża li huwa parti mill-programm ulied darna jirċievu donazzjonijiet bħal għamara, u affarijiet domestiċi, mingħand il-pubbliku ġenerali, li imbagħad jgħadduhom lill-familji b’diffikultajiet finanzjarji sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom u jghinuhom jgħixu ħajja aħjar. Fil-prezent hemm 31 familja li qed igawdu minn servizz ta’ voluntiera fi ħdan Programm Ulied Darna. Bħala lokalitajiet hemm diversi : Qawra, Kirkop, Marsa, Mosta, Valletta, Ħamrun, Żebbuġ, Żabbar, Bormla, Isla, Qormi, Rabat, Pembroke, Siġġiewi, Birkirkara, Tarxien, Balzan u Santa Venera. Dawn il-familji ma jinkludux dawk il-familji li jibbenefikaw mill-għajnuna mogħtija minn Proġett Tereża. Il-programm Homestart gie mwaqqaf 5 snin ilu. Is-servizz beda bl-għajnuna finanzjarja tal- HSBC Malta Foundation u l- Vodafone Malta Foundation , u bil-ħidma tal-Appoġġ. Peress li l-Appoġġ diġa’ kellha servizzi fil-komunita’ tal-Kottonera, il- Homestart ukoll beda hemm, pero’ maż-żmien, infirex mal-inħawi tal-Kottonera, bħal, per eżempju, Ħaż-Żabbar, il-Fgura u ż-Żejtun. Dan is-servizz jingħata lill-familji li għandhom mill-inqas tifel jew tifla taħt il-5 snin. Familji bi tfal zgħar jistgħu jgħaddu minn ħafna diffikultajiet – jew minħabba raġunijiet ta’saħħa, jew għax iħossuhom waħedhom, jew għax għandhom problemi finanzjarji jew ma jistgħux ilaħħqu ma’ ħafna tfal żgħar. Fil-fatt, hemm diversi raġunijiet għalfejn ġenituri jistgħu jħossuhom għajjenin u f’diffikulta’ biex irabbu lill-uliedhom. U għalhekk jeżisti s-servizz ta’ Homestart li jingħhata minn voluntiera li huma stess ġenituri jew li għandhom esperjenza ta’ trobbija tat-tfal. Il-voluntiera jirċievu taħriġ u preparazzjoni,mingħand persuna professjonista. Il-voluntiera jagħtu sapport emozzjonali u prattiku lil dawn il-familji fid-dar tagħhom stess. Il-voluntiera wkoll jirċievu sapport u gwida fil-ħidma tagħhom mill-istess persuna professjonali ( Homestart organiser ). Kull familja li taħseb li għandha bżonn dan is-servizz tista’ tikkuntattja lill-uffiċċju ta’ Homestart ġewwa Bormla. L- organiser tara l-bżonnijiet tal-familja u tara liema voluntier jew voluntiera jkun l-iktar addattat biex jaħdem ma’ dik il-familja. Bħalissa hemm 11-il familja li qed jirċievi s-servizz għalkemm hemm grupp ġdid ta’ voluntiera li lesti jieħdu iktar familji (hemm 15-il familja li qed jistenna l-jingħataw voluntiera). Fil-preżent, is-servizz qed jingħata f’Ħaż Żabbar (3) , Bormla (4), Kalkara (1), Fgura (2) u Ħaż-Żebbuġ (1).

Aġenzija Appoġġ — għajnuna fil-homework

Question

Tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar is-servizz ta’ għajnuna fil-homework mogħti mill-Aġenzija Appoġġ għat-tfal li ġejjin minn familji żvantaġġjati? Liema huma dawk l-14-il lokalità fejn qed jingħata dan is-servizz? Kif jistgħu japplikaw il-ġenituri biex uliedhom jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Flus li ntnefqu fuq għajnuna lill-familji fil-bżonn

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24970, tista’ l-Ministru tagħti breakdown tal-€729 miljun li ntnefqu fuq għajnuna lill-familji fil-bżonn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MITA — work placement tal-istudenti tal-ICT

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'din is-sena kuntrarju għal dak li ġara s-sena li għaddiet, il-placement tal-istudenti tal-ICT ma kienx miftuħ għall-istudenti kollha, imma kien miftuħ biss għal dawk li għandhom livell għoli ta' edukazzjoni f'dan is-suġġett taħt l-iskema tal-iStudent Placement Programme tal-Malta Information and Technology Agency?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Aircraft Maintenance Technician Course — on job training

Question

B'referenza għall-kors tal-MCAST Aircraft Maintenance Technician Course, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk tafx li dan kien l-ewwel kors ta’ din ix-xorta li sar full-time u filwaqt li lill-istudenti fil-korsijiet għall-istess kwalifiki li saru part-time qed jinstabilhom on job training, lill-istudenti tal-kors full-time ma nstabilhomx? Taf li mingħajr dan l-on job training l-istudenti ma jistgħux jieħdu l-liċenzja ta’ Aircraft Maintenance CAT B 1.1 Technician li għalih għamlu l-kors u li jekk dan it-training ma jiġix provdut l-istudenti jkunu ħlew sentejn? Tista’ tispjega għaliex intnefqu fondi mill-Unjoni Ewropea fuq kors li jidher li m'hu se jwassalhom imkien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar it-taħriġ fl-avjazzjoni (EC2042/2003 Part-66 klawsola 66.A.30 (a), 2) jispeċifikaw li sabiex iġġib liċenzja B1.1 mingħand l-awtorita’ kompetenti tal-istat membru, l-applikant jeħtieġlu numru ta’ snin ta’ taħriġ. (i) Ħames snin esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant ma jkollu l-ebda taħriġ tekniku relevanti, jew (ii) Tliet snin esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant jkun irċieva taħriġ ikkonsidrat relevant mill-awtorità kompetenti, jew (iii) Sentejn esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant jkun segwa kors approvat taħt Part -147 mill-awtorità kompetenti Fil-każ ta l-istudenti full-time fuq il-korsijiet B1.1 u B2, dawn ikunu ħadu taħriġ ikkunsidrat relevanti mill-awtorità kompetenti u għaldaqstant ikun jeħtiġilhom tliet snin esperjenza prattika. Meta l-MCAST joffri dan il-kors bl-esperjenza prattika ta’ sena, dan jieħu tliet snin u mhux sentejn u xorta waħda kull applikant ikollu juri tliet snin esperjenza bħala total qabel ikun eliġibli għall-liċenzja. Għaldaqstant huwa ċar li l-ebda kors kemm jekk huwa taħt apprendistat kif ukoll jekk le, ma jwassal direttament għall-eliġibiltà tal-liċenza qabel mal-istudent effettivament jibda jaħdem. Il-Kulleġġ qatt ma kellu r-responsabbiltà li jsib xogħol għall-istudenti li jtemmu l-kors tagħhom. Għalhekk, m’huwiex korrett li jintqal li dawn l-istudenti segwew kors li ma jwassal imkien. Kuntrarjament, hekk kif spjegat hawn fuq, dan il-kors huwa parti integrali mir-rekwiżiti għall-ksib tal-liċenzja msemmija.

Aircraft Maintenance Technician Course — on job training

Question

B'referenza għall-kors tal-MCAST Aircraft Maintenance Technician Course, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk tafx li dan kien l-ewwel kors ta’ din ix-xorta li sar full-time u filwaqt li lill-istudenti fil-korsijiet għall-istess kwalifiki li saru part-time qed jinstabilhom on job training, lill-istudenti tal-kors full-time ma nstabilhomx? Taf li mingħajr dan l-on job training l-istudenti ma jistgħux jieħdu l-liċenzja ta’ Aircraft Maintenance CAT B 1.1 Technician li għalih għamlu l-kors u li jekk dan it-training ma jiġix provdut l-istudenti jkunu ħlew sentejn? Tista’ tispjega għaliex intnefqu fondi mill-Unjoni Ewropea fuq kors li jidher li m'hu se jwassalhom imkien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar it-taħriġ fl-avjazzjoni (EC2042/2003 Part-66 klawsola 66.A.30 (a), 2) jispeċifikaw li sabiex iġġib liċenzja B1.1 mingħand l-awtorita’ kompetenti tal-istat membru, l-applikant jeħtieġlu numru ta’ snin ta’ taħriġ. (i) Ħames snin esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant ma jkollu l-ebda taħriġ tekniku relevanti, jew (ii) Tliet snin esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant jkun irċieva taħriġ ikkonsidrat relevant mill-awtorità kompetenti, jew (iii) Sentejn esperjenza prattika fuq ajruplani jekk l-applikant jkun segwa kors approvat taħt Part -147 mill-awtorità kompetenti Fil-każ ta l-istudenti full-time fuq il-korsijiet B1.1 u B2, dawn ikunu ħadu taħriġ ikkunsidrat relevanti mill-awtorità kompetenti u għaldaqstant ikun jeħtiġilhom tliet snin esperjenza prattika. Meta l-MCAST joffri dan il-kors bl-esperjenza prattika ta’ sena, dan jieħu tliet snin u mhux sentejn u xorta waħda kull applikant ikollu juri tliet snin esperjenza bħala total qabel ikun eliġibli għall-liċenzja. Għaldaqstant huwa ċar li l-ebda kors kemm jekk huwa taħt apprendistat kif ukoll jekk le, ma jwassal direttament għall-eliġibiltà tal-liċenza qabel mal-istudent effettivament jibda jaħdem. Il-Kulleġġ qatt ma kellu r-responsabbiltà li jsib xogħol għall-istudenti li jtemmu l-kors tagħhom. Għalhekk, m’huwiex korrett li jintqal li dawn l-istudenti segwew kors li ma jwassal imkien. Kuntrarjament, hekk kif spjegat hawn fuq, dan il-kors huwa parti integrali mir-rekwiżiti għall-ksib tal-liċenzja msemmija.

Awtorità tad-Djar — Postijiet għall-bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm inħarġu postijiet ġodda għall-bejgħ mill-Awtorità tad-Djar? Kemm kien il-prezz sussidjat? Kemm kien il-prezz kummerċjali ta' kull ħarġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar kellha żewġ ħarġiet għall-bejgħ ta’ postijiet ġodda, li kienu Avviż 74 u Avviż 75. It-tabella t’hawn taħt turi kemm kien hemm postijiet, it-total tal-prezzijiet kummerċjali u t-total tal-prezzijiet issussidjati, taħt kull ħarġa relattiva. Avvi ż Postijiet Total Prezz Kummerċjali Total Prezz issussidjat 74 152 € 16,256,700 € 13,005,360 75 117 € 12,370,000 € 9,279,000