Legislature:
Category:
Reset
Active:

British Pension Office — ilmenti mingħand pensjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi ilmenti mingħand pensjonati tas-servizzi Ingliżi speċjalment dawk li kienu jaqgħu taħt il-British Pension Office liema uffiċċju ngħalaq, dwar żidiet li suppost kellhom minn Awwissu tas-sena li għaddiet u dan għadu ma seħħx?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma rċieva l-ebda ilmenti mingħand pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz mill-Ministeru tad-Difiża Ingliż wara li ngħalaq il-British Pensions Office dwar żidiet li suppost gawdew minnhom minn Awwissu li għadda.

Ħruġ ta' mandati fil-konfront ta' persuni żbaljati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31492 u b'mod partikolari għall-parti tar-risposta li tgħid "inoltre jekk jintalab il-ħruġ ta' mandat fil-konfront ta' persuna żbaljata, din tal-aħħar dejjem tista' tirrikorri għall-Qrati għar-rimedji skont il-liġi" jista' l-Ministru jara li f'dawn il-każijiet kemm l-ispejjeż meħtieġa kif ukoll il-ħin ikkunsmat biex tiġi stabbilita l-verità (b'dannu għan-nies innoċenti) jitnaqqsu minħabba l-konsegwenzi ta' tali mandati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jigi sottomess li l-ligi diġà tipprovdi għal tali sitwazzjonijiet. Għal dan il-għan issir referenza għal art. 836 (4) tal-Kap 12, fejn il-liġi ripprovdi ”Il-Qorti ghandha tiddeċidi dwar ir-rikors b’urgenza jew in camera jew wara s-smigħ tal-avukati tal-partijiet, jekk jidhrilha xieraq, iżda ma tiġix iffisata iktar minn seduta waħda għal dan il-għan.”

Appell ta' Benefiċċju soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara meta se jibagħtu għaliha biex tidher quddiem l-appell tas-sigurtà soċjali lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li issa f'idejha anke għandha MRI u minkejja li għaddew diversi xhur, għadha bla risposta wara li kienet ilha tieħu dan il-benefiċċju tmien snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li reġgħet intbagħtet kopja tal-ittra lill-persuna ndikata minnu.

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti s-sezzjoni tal-ispettorat tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg fuq ksur tal-liġi rigward kundizzjonijiet tax-xogħol fl-2010 u l-2011? F'kemm minnhom ittieħdet azzjoni u x'tip ta' azzjoni ttieħdet? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm hu n-numru ta’ ilmenti pendenti fil-preżent?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2010 u l-2011 kien hemm 1767 ilment li ġew investigati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Minn dawn 994 kienu magħluqa wara intervent tad-dipartiment, 96 oħra ġew magħluqa wara li ttieħdet azzjoni l-Qorti, 560 każ ieħor għadhom qed jiġu nvestigati fil-waqt li 117-il każ ieħor ġew riferuti l-Qorti.

tneħħiaj ta' benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsilha d-dħul tagħha mis-servizzi soċjali u anki m'għadhiex tieħu xi benefiċċji soċjali oħra?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Aġenzija Appoġġ — adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti għall-adozzjoni mal-Aġenzija Appogg sa Diċembru 2011? Kemm jiġu addottati tfal kull sena? Minn liema pajjiżi? Kemm tiġi tiswa lill-familja kull adozzjoni u x'tip ta' għajnuna tingħata kull familja?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet pendenti għall-adozzjoni mal-Agenzija Appoġġ sa Dicembru 2011 huwa ta’ 34 koppja u 5 individwi. L-imsemmija kienu qed jistennew li jiġu msejħa għall-kors ta’ tħejjija biex ikun jista’ jitkompla l-proċess tal-adozzjoni. Il-ħlas dovut għall-adozzjoni jiġi mħallas lill-pajjiż minn fejn it-tfal ikunu addottati. L-arrangamenti ta’ ħlas isiru bejn il-familja li tkun se taddotta u l-pajjiz minn fejn se jaddottaw direttament. Is-servizzi kollha li tipprovdi l-Agenzija Appogg, bħal applikazzjonijiet għall-adozzjoni, korsijiet, dokumenti meħtieġa għall-applikazzjonijiet, visas, home study reports, u rapporti ohra li jsiru wara l-addozzjoni huma kollha bla ħlas. Bi tweġiba għal kemm jiġu addottati tfal kull sena u minn liema pajjiż l-informazzjoni tidher fit-tabelli hawn taħt: Year 2008 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Albania 1 0 1 Bulgaria 0 2 2 Cambodia 3 0 3 Ethiopia 4 5 9 Kazakhstan 0 1 1 Malta 1 1 2 Pakistan 1 2 3 Philippines 1 0 1 Russian Federation 15 12 27 Grand Total 26 23 49* Year 2009 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Albania 0 1 1 Cambodia 0 1 1 Ethiopia 3 2 5 Malta 4 2 6 Pakistan 1 1 2 Russian Federation 14 11 25 Grand Total 22 18 40* Year 2010 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Cambodia 5 2 7 Ethiopia 2 3 5 Malta 5 4 9 Russian Federation 5 5 10 Grand Total 17 14 31* Year 2011 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Albania 1 0 1 Bulgaria 0 1 1 Cambodia 7 4 11 Colombia 0 2 2 Ethiopia 5 3 8 Malta 3 0 3 Russian Federation 11 18 29 Grand Total 27 28 55* *Amounts include both Original decree and Malta decree

Qorti — proċessi ta' sekwestri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li l-proċedura użata fil-Qrati tagħna f'dak li jikkonċerna l-proċessi ta' sekwestru tiġi rranġata biex qabel ma talbiet ta' sekwestru jiġu aċċettati, jiġi verifikat li min ikun se jsir mandat ta' sekwestru kontra tiegħu, ikun il-persuna li verament għandha tagħti lil dak, li jitlob li jsir is-sekwestru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru jigi rilevat li hija l-Qorti li tiddecidi dwar t-talbiet ghal hrug ta’ sekwestru u xi kriterji jintuzaw biex jigu milqugha jew le. F’dan ir-rigward issir referenza ghal risposta li nghatat wara l-mistoqsija parlamentari numru 28985 li kopja taghha qed tigi hawn taht riprodotta. B’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru jigi ritenut li l-amministrazzjoni tal-Qorti ma tidholx fil-mertu ta’ kif jigi assigurat li ma jiġux milqugħa talbiet ta' sekwestru fuq persuni li lanqas biss ikollhom x'jaqsmu mal-każ, din hija preoragittva tal-Qorti. Huwa dover u responsabilta’ tal-persuna li titlob il-hrug ta’ tali mandat li tassigura li l-informazzjoni li taghti tkun konformi ma dak prevista fl-art 376 tal-Kap 12. Inoltre, jekk jintalab il-hrug ta’ mandat fil-konfront ta’ persuna zbaljata, din tal-ahhar dejjem tista’ tirrikori ghal Qorti ghar-remdji skont il-ligi. Rigward il-verifika ta’ mandati ta’ sekwestru, jekk tali mandat ikun wiehed ezekuttiv, id-dettalji jigu kollazzjonati u verifikati mas-sentenza. Jekk il-mandat ta’ sekwestru jkun wiehed kawtelatorju, sta ghall-avukat li jipprezenta l-att li jipprovdi id-dettalji ezatti mal-prezentata.

Talbiet għad-Divorzju

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm iddaħħlu talbiet għad-divorzju fil-Qrati tagħna minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju? Kemm minn dawn it-talbiet diġà ntlaqgħu? Minn liema lokalitajiet huma dawk li daħħlu tali talbiet?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qorti Ċivili ta’ Għawdex Fil-Qorti ta’ Għawdex, minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju, iddaħħlu għaxar (10) talbiet għad-divorzju. Minn dawn it-talbiet diġà ntlaqgħu erbgħa (4). Il-partijiet li daħħlu taali talbiet kienu minn dawn il-lokalitajiet:- Lokalita’ Numru ta’ partijiet li daħħlu talba għal divorzju Fontana 1 Għasri 1 Marsalforn (limiti taż-Żebbuġ, Għawdex) 2 Nadur 2 Qala 1 Rabat, Għawdex 1 Sannat 1 Żebbuġ, Għawdex 1 Qorti Ċivili ta’ Malta B’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru in-numru ta’ kawzi ta’ divorzju sas-26 ta’ Jannar, 2012 huwa ta’ 284 li minnhom diġà ntlaqgħu 69. L-applikazzjoni kienu maqsum kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Rikorsi għal Divorzju wara kuntratt ta’ separazzjoni 202 Rikorsi kongunti ghal Divorzju wara kuntratt ta’ Separazzjoni 52 Rikors ghal Divorzju f’kawża ta’ Separazzjoni 23 Rikors ghal Divorzju – partijiet mhux separati 7 Ma tinżamm l-ebda statistika għar-rigward tal-lokalità tal-applikanti fil-Qorti Civili ta’ Malta.

Liġi tar-Requisition

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tas-sidien tal-fondi, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, rigward il-problemi li hemm minħabba li dawn iż-żewġ proprjetajiet kienu milquta bil-liġi tar-requisition?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li post minnhom qatt ma kien rekwizizzjonat filwaqt li l-post l-ieħor ġie derekwiżizzjonat nhar id-19 ta’ Novembru, 2004.

Addozzjoni tat-tfal — Dewmien fil-kors ta' tħejjija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li japplikaw biex jaddottaw tarbija jiridu jistennew sena tal-anqas sabiex jagħmlu l-kors ta' tħejjija? Ma jidhirlux li dan huwa dewmien esaġerat? Jista' jgħid kif se jindirizza din il-problema?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li jitwettaq mill-Adoption Service hu riflessjoni tar-riżorsi umani fit-taqsima, li hu ekwivalenti għal 5 full-timers. Dan jinkludi 10 sieghat ta’ leader u kordinatrici, li huma responsabbli wkoll mill-amministrazzjoni tas-servizz, żvilupp ta’ proċeduri interni u ma' pajjiżi diversi, xogħol fuq standards mad-Dipartiment tal-iStandards u żamm ta' statistika, fost oħrajn. Il-ħaddiema f’dan il-qasam għandhom ‘ full caseload ’ li f’Diċembru 2011 kienet tikkonsisti f’medja ta’ 32 każ kull persuna. Barra minn hekk il-ħaddiema jagħmlu medja ta' 62 post-adoption report kull wieħed kull sena u jagħtu t-taħriġ lill-individwi/ġenituri li jkunu se jaddottaw.

Applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li għamlet talba għal post alternattiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-individwu in kwestjoni hija pproċċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra li l-Awtorità tad-Djar għandha għall-akkomodazzjoni alternattiva.

każ ta' voucher skadut

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu voucher skadut u minkejja li mar l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali u anke l-Arms Ltd, ma rranġawlux? Jista' jiġi kkuntattjat biex jgħidulu xi jrid jagħmel?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata b’telefonata dwar il-każ tagħha.

Applikazzjoni għal blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika għall-blue sticker u l-bord m'aċċettax din l-applikazzjoni? Jistgħu l-persuni nkarigati jaraw il-każ għax huwa baqa' jsostni li għandu bżonn dan is-servizz? Barra minn hekk huwa stqarr li mhux pjaċir tiegħu, imma għax iħoss u jemmen li huwa bżonn.

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Fid-19 ta' Ottubru 2011 l-KNPD infurmat lill-individwu kkoncernat li ma jikkwalifikax ghas-servizz tal-Blue Sticker. Wara dan, fis-7 ta' Novembru 2011 huwa appella mid-decizjoni tal-KNPD u se jidher quddiem il-Bord tal-Appelli fis-27 ta' Jannar 2012.

kwestjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu xi problemi mad-Dipartimet tas-Sigurtà Soċjali? Jista' xi rappreżentat tad-dipartiment jikkuntattjah ħalli jagħmlu appuntament u peress li hemm xi flus li jridu jitħallsu, ikun jista' jsir xi ftehim?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

kwestjoni dwar kera ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tas-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha kera ta' €175 u issa għax il-post ġie sub standard, neħħewlha s-sussidju? Jista' jara li din il-persuna tingħata l-għajnuna peress li applikat għal post tal-gvern u jekk titlaq minn fejn hi bħalissa se tispiċċa mingħajr saqaf fuq rasha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-individwu kkonċernat ġiet ikkunsidrata invalida peress li l-fond fejn qed tapplika ġie ċċertifikat substandard. Il-kundizzjonijiet tal-iskema jirrikjedu li l-fond ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli. Għaldaqstant, jekk il-fond ma jkunx up to standard, ma jkunx jista’ jingħata sussidju.

Applikazzjoni għall-benefiċċju soċjali

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jinħariġlu l-benefiċċju soċjali dovut?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.

ikel li jiġi mill-Unjoni Ewropea bħala għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jitqassam l-ikel li jiġi mill-Unjoni Ewropea bħala għajnuna għal dawk li għandhom kartuna roża, raħal b'raħal u belt, belt minn Jannar sa Novembru 2011?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa responsabbli biss fil-ħrug ta’ ċertifikat ta’ eligibbilta permezz ta test tal-mezzi jew lil persuni li jirċievu għajnuna soċjali jew pensjoni mhux kontributorja. It-tqassim ta l-ikel jaqa taħt l-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u għalhekk ma tistax tingħata l-informazzjoni meħtiega.

applikazzjoni fuq għoti ta' post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni fuq għoti ta' post tal-gvern tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tas-sinjura in kwestjoni hija kkanċellata minħabba li ma kenitx bagħtet id-dokumenti mitluba mill-Awtorità tad-Djar.

informazzjoni dwar żewġ units

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-postijiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex battala, hemmx nies fihom jew jekk jinsabux f'idejn l-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel post indikat minnu ġie allokat lil terzi u l-kuntratt ta’ ftehim mal-Awtorità tad-Djar ġie ffirmat nhar it-12 ta’ Diċembru, 2011. L-inkwilina għandha żmien erba’ xhur sabiex tidħol fil-fond imsemmi. Il-post l-ieħor huwa vakant peress li l-inkwilina legali hija residenti ġo dar għall-anzjani.