Belt Valletta – Barrakka t’Isfel – manutenzjoni tal-qanpiena
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'manutenzjoni ssir fis-sit fejn tinsab il-qanpiena l-kbira taħt il-Barrakka t'Isfel ġewwa l-Belt Valletta? Kif qed jiġi reklamat is-sit mill-Gvern? Kemm-il darba fis-sena tindaqq il-qanpiena msemmija biex jitfakkru l-vittmi tal-gwerra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu — Konsulenzi minn ditta legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta legali msemmija ingħatat konsulenzi hekk kif ġej:
Entità
Sena
Valur
Xogħol
Direct Order
Malta Freeport
1999
€ 2,009
Professional Fees
Iva
MTA
2000
€ 7,530
Konsulenza Legali
MTA
2000
€ 7,367
Retainer fee
MTA
2001
€18,493
Konsulenza Legali
MTA
2001
€ 8,036
Retainer fee
MTA
2002
€ 737
Konsulenza Legali
MTA
2002
€ 3,348
Retainer fee
MTA
2003
€19,023
Konsulenza Legali
MTA
2003
€ 8,036
Retainer Fee
L-MTA ma sabet l-ebda rekord ta’ tender maħruġ u mogħti lill-kumpanija msemmija.
Jista' l-Ministu jgħid x'bajjiet ġewwa Għawdex sarilhom is-sand renourishment għas-sajf 2019 u x'bajjiet hemm ippjanati li jsirilhom is-sand renourishment matul is-sajf 2019 ġewwa Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena l-Ministeru għat-Turiżmu għamel diversi xogħlijiet u tella’ attivitajiet ġewwa Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
B’kollaborazzjoni mal-Ministeru t’Għawdex:
· Ġew imħabbra pjanijiet għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi maqsuma f’fażijiet differenti – riġenerazzjoni tal-parking area, il-bini tal-moll, riġenerazzjoni tal-boathouses u renourishment tal-bajja.
· Għaddej xogħol biex jerġa’ jibda tittejjeb il-konnettivita’ bejn Malta u Għawdex u dan billi jibda’ jopera s-servizz tal-ħelikopter bejn iż-żewġ gżejjer.
· Ittella’ ċ-Ċittadella Arts Festival li huwa festival ta’ kalibru li kompla jpoġġi lill-gżira Għawdxija fuq il-mappa internazzjonali tal-avvenimenti kulturali.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu:
· Qed taħdem fuq proġett ta' scuttling ta' vapur li ser jitniżżel f'żona marittima Għawdxija, u li ser igawdu minnu skejjel tad-diving Għawdxin.
· Tagħti mhux anqas minn kwart ta' miljun euro fuq immaniġġjar tal-bajjiet f'Għawdex u mal-€150,000 oħra għall-immaniġġjar ta' Kemmuna. Fost affarijiet oħra, dawn il-flus iservu sabiex ikun hemm lifeguards, first aiders u anke marine ambulances.
· Sar infurzar fuq żewġ bajjiet biex il-bajjiet pubbliċi jkunu aktar aċċessibbli għal kulħadd.
· F'Għawdex hemm ukoll żewġ Tourist Information Offices, (wieħed ir-Rabat u ieħor ġewwa l-Mġarr Terminal), li ta` kull sena jaqdu ‘l fuq minn tmenin elf turist. (80K).
· l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kienet katalista sabiex inġieb il-festival
Abode on the rock
direttament għal Għawdex, ġie organizzat wkoll l-
International Fireworks Festival
fejn waħda mis-serati sseħħ propju ġewwa Għawdex, ittellgħet ukoll il-
Gozo Alive,
6 attivitajiet ta’ Daqq fil-Misraħ
u għenet diversi attivitajiet li saru ġewwa Għawdex fosthom il-
Gozo Carnival
Malta Film Commission:
· Inġibed film ġewwa Għawdex permezz ta’ ko-produzzjoni bejn Malta u l-Kanada u l-baġit tal-istess produzzjoni ikun ta’ madwar miljun u nofs ewro.
Servizz ta' Helicopter bejn Malta u Għawdex — sejħa
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid jekk ħarġitx is-sejħa, b'liema mod ħarġet u jekk iva meta ħarġet u fejn ġiet ippubblikata u kemm damet miftuħa s-sejħa biex jingħata servizz ta' helicopter bejn Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għas-servizz ta’ helicopter bejn Malta u Għawdex ħarġet f’Mejju 2019. Din is-sejħa ġiet ippublikata fil-Gażżetta tal-Gvern, gażżetti lokali u internazzjonali.
Ministeru għat-Turiżmu — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Peress li l-ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Manchester United huwa mill-fondi tal-MTA, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-ammont tal-ftehim, għal kemm snin u x’jaħseb li se jkun ir-ritorn għal Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ilha għal dawn l-aħħar snin taħdem sabiex tiżviluppa marketing u attività turistika aktar varjata bil-għan li tistimula turiżmu ġdid ta’ kwalità. B’din il-ħidma rnexxielna nkabbru niċeċ eżistenti kif ukoll niżviluppaw inizzjattivi ġodda f’oqsma bħat-turiżmu kulturali, gastronomiku, sportiv, attiv, tal-konferenzi kif ukoll dak reliġjuż u edukattiv. Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu jinsabu mpenjati sabiex tkompli tinfirex aktar il-ħidma tagħna lill hinn mis-swieq tradizzjonali u titkabbar l-attivita’ u n-numru ta’ turisti lejn pajjiżna minn swieq ġodda, fejn it-travel trends huma differenti. Ir-riżultati miksuba kemm mil-lat ta’ numru ta’ turisti kif ukoll mill-qliegħ reġistrat mill-industrija turistika jikkonferma li qegħdin fit-triq it-tajba.
Il-club tal-Manchester United huwa l-aktar tim sportiv popolari fid-dinja b’iktar minn 1.1 biljun segwaċi u b’udjenza televiżiva ta’ 3.5 biljun fis-sena, f’il fuq minn 200 territorju mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fl-Asja, Afrika u Amerika ta’ Fuq. Is-saħħa globali tal-marka tagħhom kienet ikkunsidrata bħala fattur kruċjali ta 'dan il-ftehim kummerċjali, li se jara lill-Gvern ta' Malta jikseb drittijiet ta’ sponsorizzazzjoni estensivi biex jirreklama l-marka VisitMalta fuq numru ta' stazzjonijiet inklużi reklami f'Old Trafford, l-iStadium tal-Manchester United, fil-logħbiet kollha li jintlagħbu
home
, il-media stampata tal-klabb, il-pjattaformi diġitali tal-klabb, il-media soċjali tal-klabb, l-Istazzjon tat-Televiżjoni uffiċjali tal-klabb, u marketing dirett u avvenimenti oħra li qed isiru madwar id-dinja. Is-sħubija ma' marka tant b'saħħitha għandha ġġib magħha bosta benefiċċji addizzjonali, speċjalment f'termini ta' viżibbiltà u rikonoxximent imtejjeb tal-konsumatur għal Visitmalta u biex issaħħaħ il-kredibilità ġenerali tagħna mhux biss fir-Renju Unit u swieq tradizzjonali oħra, iżda wkoll fi swieq mhux tradizzjonali bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, il-Lvant Nofsani, l-Amerika t'Isfel u l-fan-base qawwija ta Manchester United madwar id-dinja.
Filwaqt li nassigura lill-Onorevoli Interpellant li dan il-kuntratt li tat l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ natura turistika, ninfurmah li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jispjega u jikkonferma li fit-titjiriet tal-Airmalta mhux qed jinstema’ iżjed “Welcome to Airmalta” imma xi ismijiet oħra? Jista’ jikkonferma dawn l-ismijiet magħrufa u jgħid xi skop hemm wara dan kollu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq kull titjira l-Inflight Manager iħabbar li l-Air Malta tilqa’ lill-passiġġieri għat-titjira tagħhom. Jekk it-titjira jkollha code share partners, tissemma’ ukoll il-linja ta l-ajru li hija code-shared fuq dik it-titjira. F’każ lit-titjira tkun qed tiġi operata mill-Malta Medair f’isem l-Air Malta, fl-avviż ta’ introduzzjoni l-Inflight Manager jilqa’ l-passiġġieri fuq it-titjira operata minn Malta Medair f’isem l-Air Malta.
Ministeru għat-Turiżm — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5350, jista’ l-Ministru jindika xi twettaq mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sal-lum mix-xogħlijiet ta’ tisbiħ tul ix-xatt u l-bajjiet ta’ Marsaskala li huma indikati f’din ir-risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi jkunu għaddejjin b’sensiela ta’ xogħlijiet ta’ tisbieħ fil-lokalita’ ta’ Marsascala tul is-sena kollha. Għadu kemm intemm xogħol ta’ sand renourishment fil-bajja tal-Fajtata fejn ittella’ ramel mill-baħar stess b’makkinarju speċjaliżżat fejn dan tferrex fl-entratura u ġiet iffurmata bajja ġdida mdaqqsa tar-ramel. Sar ukoll tindif tal-bajja minn ġebel u materjal ieħor. Dan barra xogħol li sar mill-FTZD, fejn ġew installati showers u bins tar-riċiklaġġ, ittejbet l-aċċessibiltà, saru diversi operazzjonijiet ta’ manutenzjoni u tisbieħ fil-latrini pubbliċi. Sar ukoll tisbieħ ġenerali tul il-promenade ta’ Marsascala u tindif ta’ debris u materjal ieħor mill-bajja ta’ wara l-ex Jerma Hotel biex din tkun aktar aċċessibbli.
Ministeru għat-Turiżmu — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10411 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubai fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:
a. id-dati eżatti taż-żjara;
b. l-iskop taż-żjara;
c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew
person/s of trust
u minn min;
d. jekk kienx preżenti ċ-
Chief of Staff
tal-Prim Ministru; u
e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,
jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-eks impjegati tal-Airmalta ta’ bejn l-2004 u l-2010 ingħatawx 2/3 (jiġifieri €3,000) tal-kumpens li kienu ngħataw l-impjegati attwali ta’ €4,500 għas-sagrifiċċju li kienu għamlu waqt iż-żmien ta’ ristrutturar tal-kumpanija? Jista’ jispjega kif kien hemm eks impjegati li ħadu dan l-kumpens u oħrajn le? Jista’ jikkonferma li dan il-kumpens se jingħata, u jekk iva, meta ser jitħallas lill-eks impjegati kollha ta’ bejn l-2004 u l-2010 u li għadhom ma ħaduhomx? Jista’ jgħid kemm jiswa fit-totalità tiegħu dan il-kumpens u kemm hemm ħaddiema intitolati għal dan l-kumpens?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja li ninsabu resqin lejn l-aħħar ta’ Ġunju, id-dawl mal-promenade tal-Bajja tal-Mellieħa għadu ma twaħħalx?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promenade qatt ma kellha sistema ta’ dawl kif jixraqilha. Grazzi għal ħidma tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi din il-bajja waslet fi stadju fejn se tiġi mdawwla b’mod permanenti. Ix-xogħol huwa kważi lest u se tkun tista’ titgawda minn kulħadd fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżilatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm kienu dawn il-persuni f'Malta u kemm kienu l-persuni f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10407 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista’ l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta’ kuntratti ta’ servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 ’il hawn kemm ilu Ministru? Jista’ jinkludi wkoll:
a. l-iskop tal-kuntratt;
b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u
c. l-ammont ta’ ħlas imħallas a tenur ta’ dawn il-kuntratti?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru l-kumpanija msemmija ingħatat contract for services fl-2013 għal konsulenza dwar il-proġett ESF2.11 Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism. Din il-konsulenza damet għaddejja 3 xhur u l-kumpanija msemmija tħallset €2089.28.
Fl-istess sena l-kumpanija msemmija tat ukoll servizzi ta’ kontabilita’ u awditjar fuq l-Archaeotur Project, għal liema servizzi tħallset €1296.61.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10406 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma’ min iltaqa’ u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f’Dubai, suppost fuq xogħol tal-gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hija mibnija fuq premessa żbaljata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10412 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubai f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:
a. id-dati eżatti taż-żjara;
b. l-iskop taż-żjara;
c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew
persons of trust
u minn min;
d. jekk kienx preżenti ċ-
Chief of Staff
tal-Prim Ministru; u
e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,
jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10194, li tirreferi għal safar fuq xogħol uffiċjali tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, bħal snin passati, hux se jitwaħħal il-festun mal-promenade tal-Għadira? Jekk iva, jista' jagħti data dwar meta se jeħel. Jekk le, nitolbu jgħid jekk hiex qiegħda tiġi kkunsidrata xi alternattiva oħra, u għal meta se tkun lesta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10379 u ċjoè: B’referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru:
a. jgħid kemm-il
concession
hawn u f’kemm-il bajja huma mqassma;
b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu
sunbeds
f’kull
concession,
u kemm jammontaw is-
sunbeds
li jistgħu jitqiegħdu f’kull bajja; u
c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta’ art li huwa mgħotti b’dawn il-
concessions
, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?