Fgura – Triq il-Kunsill tal-Ewropa/Vjal Kottoner – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena jsir ix-xogħol neċessarju fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa ma’ Vjal Kottoner fil-Fgura, fejn hemm roundabout żgħira, billi din qiegħda tisfronda?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq hu ppjanat li jibda din is-sena.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3483, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress fir-rigward tal-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fażi ta’ preparazzjoni tal-proġett għadha għaddejja.
Il-Belt Valletta – Knisja ta’ Santa Barbara – restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol ta’ restawr neċessarju fil-Knisja ta’ Santa Barbara l-Belt Valletta tul din is-sena jew jekk hix ser tiġi inkluża fil-lista tal-istess bħala prijorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5040 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin ta’ Triq l-Imdina fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Siġġiewi mistennija jibdew f’Jannar 2023.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li l-pelican lights li hemm fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar mhumiex ta’ periklu u li jsiru t-tiswijiet neċessarji, hekk kif sa meta qiegħda ssir din id-domanda parlamentari waħda minn dawn il-pelican lights kellha l-kaxxa, li tintuża biex il-persuni li jridu jaqsmu t-triq jagħfsuha, miftuħa u bil-wires jidhru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infurmat li din il-ħsara ssewwiet wara li l-Awtorità rċeviet rapport li dan il-pelican kellu l-ħsara.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034, 4251, 4608 u 4831 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 696, 1269 u 2264 , jista’ l-Ministru jgħid:
a. min kienu l-membri li, skont ma ntqal fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 696, offrew ir-riżenja tagħhom lill-Gvern; u
b. jekk issa nħatarx bord ġdid u fil-każ min huma l-membri u għal kemm hi l-ħatra ta’ kull wieħed minnhom u jekk le, x’inhi r-raġuni għalfejn ma saret l-ebda ħatra sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li numru ta’ residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’parti ta’ Triq Dun René Cilia, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u rċeviet lista ta’ prioritajiet għall-lokalità. S’issa t-triq imsemmija ma tinsabx f’din il-lista, madanakollu id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.
Fid-dawl li numru ta’ residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’parti ta’ Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u rċeviet lista ta’ prioritajiet għall-lokalità. S’issa t-triq imsemmija ma tinsabx f’din il-lista, madanakollu id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar meta se tissewwa Triq il-Kbira San Ġużepp Santa Venera fejn il-loġoġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f'din it-triq beda l-ġimgħa li għaddiet, b'investiment ta' €4 miljun. Ix-xogħol ippjanat jinkludi t-tqegħid ta' erba kilometri ta' servizzi, flimkien ma’ mogħdijiet ġodda, tisbiħ taż-żona u sistema tal-irrigazzjoni.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3854, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-moll f’Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol ta’ manutenzjoni fuq dan il-moll diġà sar is-sajf li għadda.
Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles — traffic islands
Question
Jista' l-Ministru jelenka jekk fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa (in-naħa tal-Freeport) hux se jsiru traffic islands fil-junction ma’ Triq il-Girgħien, jew jekk hux ser isiru traffic calming measures u fiex se jkunu jikkonsistu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034, 4251 u 4608 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jieħu l-Ministeru tiegħu fid-dawl tal-problemi serji ta’ ilma tax-xita li qed jinġabar fit-tarf tat-Triq Wied Għomor ġewwa San Ġiljan, fejn ir-residenti ma jistgħux jidħlu fil-proprjetà tagħhom? Hemm ħsieb li jkun hemm livelli ġodda ta’ din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali
Question
Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figura hija nil.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3004, peress li r-rotta 109A ma tgħaddix mill-akkwati bħal Tas-Salib, Binġemma u oħrajn, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu rotot li jgħaddu minn dawn l-akkwati aktar frekwenti, fejn bħalissa għandhom servizz ta’ trasport pubbliku kull sagħtejn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-preżent Transport Malta qiegħda ssegwi l-andament tar-rotot, partikolarment dak li għandu x’jaqsam ma’ frekwenzi u “capacity” sabiex jiġu indirizzati xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm.
Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir miċ-charging points li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO li issa waqqfu l-operat tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet fuq livell tekniku u legali. L-għan tal-Gvern hu li dawn f’forma jew oħra jibqgħu jintużaw għal karozzi elettriċi.