Ix-Xagħra Għawdex – Żona Ta’ Lablab – Fdalijiet misjuba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabux burial pits oħrajn u/jew aktar għadam uman fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex? Jista’ wkoll jindika b’mod grafiku fejn instabu dawn il-fdalijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-istess Sovrintendenza ma tafx b’burial pits oħrajn li nstabu fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex.
Ix-Xagħra Għawdex – Żona Ta’ Lablab — Heritage gain
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx imposta heritage gain fuq Plot 16 u/jew fuq Plot 17 li jinsabu fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li fuq Plot 16 ma ġiet imposta l-ebda heritage gain.
Intant infurmat mill-istess Sovrintendenza li fuq Plot 17, ġiet imposta heritage gain f’April ta’ 2022 abbażi tar-riżultati tal-investigazzjonijiet u rakkommandazzjonijiet li kienu saru fl-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid hux qed isir xogħol ġewwa Forti Sant Iermu? Jekk iva, jista’ jgħid x'tip ta' xogħol qed isir u x’inhi r-raġuni għalfejn dan hu meħtieg li jsir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-forti Sant Iermu saru dawn ix-xogħlijiet
1. Xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pjattaforma tal-lighthouse u l-pedamenti tagħha;
2. Żieda fl-interpretazzjoni fil-bastjun ta’ Abercrombie u fil-gunpowder magazine;
3. Manutenzjoni regolari t’aperturi u aspetti oħra skond kif ikun meħtieg;
4. Xogħolijiet ta’ preparazzjoni għar-restawr tal-viewing platform fuq il-Kavallier;
5. Restawr tal-pont antik tad-daħla u tat-taraġ biswit li jagħti għall-foss;
6. Preparementi għall-installazzjonijiet tal-MaltaBiennale;
7. Xogħol ta’ restawr tal-Gardjola;
8. Preparamenti għax-xogħol ta’ tiswija ta’ soqfa tal-garaxxijiet għall-vetturi tal-gwerra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li diġà ntbagħat lill-UNESCO dwar il-views and vistas tal-Belt Valletta li sar fuq il-Belt mill-World Heritage Committee?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi stante l-fatt li l-iskambji u l-komunikazzjonijiet mal-UNESCO ghadhom ghaddejjin, ikun intempestiv li tali rapport jigi ppubblikat f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm ħaddiema tal-Community Works Scheme Enterprise mal-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara, tal-Mosta, ta' Ħal Qormi u ta' San Pawl il-Baħar, u jgħid kemm tħallsu salarju xahar b'xahar għas-sena 2023 u kemm tħallsu overtime xahar b'xahar għas-sena 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.
Lokalità
Nru. ta’ ħaddiema
Ħal Qormi
6
Birkirkara
13
Mosta
2
San Pawl il-Baħar
2
Intant, fir-rigward ta’ salarji u ħlasijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li l-Public Broadcasting Service (PBS) instab ħati u weħel multa mill-Awtorità tax-Xandir, jista' l-Ministru jgħid min se jħallas din il-multa, jekk hux il-PBS jew il-persuni responsabbli, jiġifieri ċ-Chairman jew l-Editur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-PBS se tkun qed timxi mal-proċedura li dejjem ġiet adoperata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-festival tal-Malta Eurovision Song Contest tal-2025 hux ser isir fl-istudio tal-Public Broadcasting Service (kif sar din is-sena) jew f’post ieħor li jippermetti l-preżenza ta’ udjenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS illi f’dan l-istadju, l-PBS qed taħdem bis-sħiħ biex tħejji ruħha għal parteċipazzjoni fl-ESC fl-iSvezja f’Mejju li ġej.
Intant infurmat li dettalji rigward MESC 2025 jitħabbru aktar ‘il quddiem. Kif diġà pronunzjajt ruħi pubblikament il-component ta' udjenza hi meqjusa element li għandu jkun hemm għall-edizzjonijiet futuri.
Malta Eurovision Song Contest 2024 – għotjiet għall-produzzjoni ta’ videos tal-kanzunetti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16172, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kantanti li kellhom joħorġu l-flus minn buthom biex iħallsu iktar mill-€5,000 mogħtija lilhom biex jipproduċu video ta’ kwalità? Jista’ jgħid ukoll kemm fil-fatt kienet in-nefqa ta’ kull kantant/a jew grupp?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS li l-istess PBS tat għotja ta’ €5,000 lil kull finalist kif stabbilit fir-regolamenti ppublikati ferm qabel, biex b’hekk kull finalist kellu l-opportunita li jipproduċi music video. Din hi bla dubju ta’ xejn inizzjattiva sabiħa li ħalliet il-ġid.
Intant infurmat li stante li l-aspett artistiku huwa suġġettiv u kull infieq huwa relattiv, il-PBS ma tissindikax in-nefqa ta’ dak li jkunu jixtiequ jipproduċu l-artisti għall-interpretazzjoni tagħhom dment li dak li jkun qed isir ikun f’konformità mar-regolamenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16169, jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed iħallas il-multa ta’ €930 wara li l-PBS instab ħati ta’ żbilanċ mill-Awtorità tax-Xandir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-PBS se tkun qed timxi mal-proċedura li dejjem ġiet adoperata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma sarx il-lift fit-Teatru Manoel wara li saret ir-rinnovazzjoni u x'tip ta' xogħol sar għall-persuni b'diżabbiltà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tat-Teatru Manoel, il-lift msemmi gie fil-fatt installat u issa fadal li jsiru l-ahhar verifikazzjonijiet sabiex tali lift ikun certifikat ghall-uzu pubbliku. F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-lift installat huwa mghammar bin-numri u bil-vuci f’kull sular u dan sabiex tigi facilitate l-accessibilita ghall-persuni b'diżabbiltà.
Tajjeb jigi rrimarkat illi b’dan il-lift, it-Teatru Manoel ghall-ewwel darba f’292 sena se jkun accessibli ghal kulhadd f’kull sular u ghal kull facilita` fit-Teatru.
Finalment ninsab infurmat li fost il-hafna xoghol ta’ rinovazzjoni li sar, saru bathrooms ghal persuni b’dizabilita’ f’kull sular, kif ukoll escape chairs li jkollhom manutenzjoni regolari f’kull parti tat-Teatru.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad ta’ Fort Bengħisa (Bengħajsa) ġewwa Birżebbuġa u x’inhuma r-raġunijiet għalfejn ġiet skedata bħala t-tali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li Fort Bengħisa hija skedata fil-livell ta’ Grad 1 permezz ta’ GN 255/96 minħabba l-arkitettura militari tal-forti.
Għal iktar informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xagħra, Għawdex — Żona Ta’ Lablab – Prehistoric burial pit
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15902, fejn il-Ministru qal li l-prehistoric burial pit ma nstabx fil-konfini ta’ Plot 17, u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15903, fejn il-Ministru qal li l-prehistoric burial pit instab fi Plot 16, u fid-dawl li fl-istess tweġiba tal-mistoqsija 15903 il-Ministru ppreżenta site plan li turi b’mod ċar li l-prehistoric burial pit qiegħed fil-konfini ta’ Plot 17, jista’ l-Ministru jikkonferma mal-awtorità kkonċernata fejn jinstab bl-eżatt il-prehistoric burial pit u jinforma bl-eżitu ta’ dan l-istħarriġ?
Jista’ l-Ministru jieħu konsiderazzjoni tal-erba’ pjanti annessi li jispjegaw aħjar dak li qed jiġi mitlub: l-ewwel pjanta turi parti minn Plot 16 fejn qiegħed isir monitoraġġ arkeoloġiku b’konnessjoni ma’ PA/05339/21; it-tieni turi Plot 17 fejn hemm permessi eżistenti PA/00564/18 u PA/003678/23, u applikazzjoni għall-iżvilupp PA/03174/23, it-tielet turi l-pjanta taż-żona fir-Rationalisation Scheme PC40/13 li l-Ministru ssottometta bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija 15565 superimposta fuq iż-żona Ta’ Lablab; u r-raba' turi l-archaeological drawing b’konnessjoni ma’ PA/00564/18 (fi Plot 17) li l-Ministru ssottometta bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija 15901 superimposta fuq estratt tas-site plan li l-Ministru stess issottometta bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija 15903 biex jindika l-lokazzjoni tal-prehistoric burial pit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza li l-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi eżattament fejn jinstab il-burial pit.
Ix-Xagħra Għawdex – Żona Ta’ Lablab — Preservazzjoni ta’ Prehistoric burial pit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’deċiżjoni ttieħdet dwar il-preservazzjoni tal-prehistoric burial pit li nstab fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jinżamm, hux ser jiġi skedat, hux ser jitkisser jew jekk hux diġà tkisser?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li s-sit fejn instab il-prehistoric burial pit mhux kopert b’permess jew applikazzjoni u s-Sovrintendenza m’ għandha l-ebda talba biex dan jitkisser.
Intant infurmat illi s-Sovrintendenza qed tevalwa jekk dan il-feature għandux jiġi skedat.
Sejba ta’ prehistoric burial site – Rapport mill-arkeologu
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16156 u 16157, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dok. B sottomess mill-arkeologu lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li fih ġiet irrappurtata s-sejba tal-prehistoric burial pit hekk kif inhu mitlub mit-Terms of Reference maħruġa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li hekk kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-archaeological monitor irraporta skoperta ta’ għadam eżatt mat-tarf tal-konfini ta’ Plot 17, fejn imiss ma’ Plot 16.
Infurmat li dwar dan is-Sovrintendenza ħarġet struzzjonijiet dettaljati, ordnat lil monitor sabiex jestendi l-investigazzjoni u spezzjonat minnufih. Infurmat ukoll li kien waqt din l-ispezzjoni li s-Sovrintendenza ddeterminat li kien instab burial pit ġewwa plot 16, u minn hemm komplew l-investigazzjonijiet neċessarji.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11559 u 11560 fir-rigward ta’ Triq Valletta Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara dawn ix-xhur kollha x-xogħlijiet għadhom mhumiex lesti, biex il-ġirien ikunu jistgħu jgħixu fil-paċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena huwa ppjanat li l-playing field ġewwa Triq ta' Ġokk fix-Xewkija Għawdex li taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kunsill Lokali, hux ser tiġi rranġata u meta ser issir il-manutenzjoni meħtieġa peress li din il-playing field u open space jinsabu fi stat ħażin għal min jiffrekwentahom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb jew possibiltà li dan l-ispazju jitkabbar? Jista’ jgħid jekk tħejjewx is-sejħiet għal offerti u jekk ġewx ippubblikati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li rigward il-Bandli li jinsab fi Triq Ta’ Ġokk fix-Xewkija, dawn l-aħħar xhur il-Kunsill kien għaddej bi preparamenti u studji sabiex ikun jista jsir xogħol ta’ tisbiħ u tiġdid.
Infurmat ukoll li f’Settembru 2023, il-Kunsill ġie notifikat li kien inbena’ parti minnu minn terzi persuni. Minhabba li dan il-bini affettwa l-pjanti li fuqhom kien qed jinħadem dan il-proġett, il-Kunsill waqqaf il-proċess tal-proġett b’mod temporanju, sa x’ħin tiġi solvuta din il-problema, u għadaqstant is-sejħa għal offerti mhix finaliżżata u ma nħarġitx.
Jista’ l-Ministru jgħid x' tip ta’ xogħlijiet inbdew fl-aħħar ġranet ġewwa l-Kalkara tal-Ġir li hemm maġenb l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tas-Sannat? Jista’ jgħid minn min qed isir ix-xogħol, fiex jikkonsisti, kemm hu stmat li ser jiġi jiswa u minn liema fondi ser jitħallas? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħaddiema humiex kollha speċjalizzati u kwalifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li fl-aħħar ġranet inbeda xogħol ta’ restawr tal-Kalkara tal-Ġir skont Tender SNTLC 01/2023, u skont il-permessi tal-Planning Authority PA/06313/23. Infurmat mill-istess Kunsill li x-xogħol qed isir minn Gatt Tarmac Ltd.
Intant infurmat li x-xogħol hu stmat li ser jiġi jiswa € 27,679.36 (exc. VAT) u ser jitħallas mill-iskema tal-LESA ‘Proġetti fil-Komunità 2022’.
Finalment infurmat illi l-ħaddiema huma kollha speċjalizzati u kwalifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li Forti Ricasoli jiġi restawrat peress illi l-qagħda ta’ dan il-forti u l-madwar, qiegħed fi stat delapitat?
Response (BONNICI, OWEN)
Preliminarjament:
1) Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar snin saru dawn ix-xogħlijiet fuq Forti Ricasoli:
Start Date
End Date
Total Cost (Incl.
VAT)
Restoration of the Facade of the Casemated Battery at
No 1 Curtain, Fort Ricasoli, Kalkara
18/11/2019
17/11/2020
€ 252,230.72
Restoration of the South Façade of St Dominic Casemated Redoubt (Counterguard) at Fort Ricasoli,
Kalkara
28/01/2020
15/01/2021
€ 101,949.00
Restoration Works on St Dominic Demi-Bastion at Fort
Ricasoli, Kalkara
18/06/2021
23/06/2022
€ 330,042.26
Rebuilding and Restoration Works on the Façade of the Casemates along the Tenaille at Fort Ricasoli,
Kalkara
21/02/2022
15/01/2023
€ 433,789.48
2) Nirreferi in oltre lill-Onor. Interpellanta għal dak kontenut f’PQ 715 u PQ 1286 ta’ dina l-Leġiżlatura.
Fejn jidħol il-kontenut tad-domanda, anke in linea anke ma’ dak li kien intqal f’PQ 29873 tal-leġi¿latura XI, nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.