Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin tal-Awstralja li jieħdu xi tip ta’ pensjoni minn Malta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallanta li, matul is-sena 2023, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ħallas pensjoni jew benefiċċji lil 4,606 persuni li jgħixu fl-Awstralja li jkunu ħadmu għal xi snin f’Malta matul ħajjithom. Ta’ min wieħed jinnota li l-istatistika ma’ tagħmilx distinzjoni bejn persuni ta’ nazzjonalità Maltija u persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra. L-istatistika tal-pensjonijiet u benefiċċji li jitħallsu barra minn Malta tinġabar abbażi tal-pajjiż tar-residenza.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17351, li minnha jirriżulta li sa Frar 2024 kien hemm 424 persuna fuq l-assistenza minħabba vista batuta, u peress illi dan huwa l-akbar numru mis-sena 2013, meta kien hemm in-nofs (211), jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex tinħareġ din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min huma l-membri tal-bord li jieħu d-deċiżjonijiet dwar min jingħata din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sas-sena 2014, persuna li tapplika għall-Assistenza għal Vista Batuta, minbarra li tissodisfa t-tħaddim tat-test tal-mezzi, kien ikollha tnaqqis jew saħnansitra ma tikkwalifika għall-ebda ħlas jekk tkun qiegħda taħdem u taqla aktar mill-Paga Minima Nazzjonali. Mill-2015 tali persuna bdiet tikkwalifika, kien x’kien id-dħul mill-impjieg dment li kienet tissodisfa t-test tal-mezzi.
Barra minn hekk, mis-sena 2022 it-test tal-mezzi tneħħa kompletament mir-rekwiżit sabiex wieħed jikkwalifika għal din l-assistenza.
Il-proċedura hija illi l-persuna tapplika permezz tal-oftalmologu tal-għażla tagħha, u l-każ jgħaddi għand l-oftalmologi appuntati taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex tittieħed id-deċiżjoni.
Tajjeb jingħad illi sas-sena 2014, qatt ma kienu appuntanti oftalmologi taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Tali proċedura ddaħlet għall-ewwel darba fl-2015.
L-oftalmologi li qed iservu fuq il-Bord Mediku huma Dr Melvin J. Gouder u Dr Mario Vella.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fotografi jew vidjografi - direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14352, 15002 u 15604 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed ikun preżentat fiż-żewġ tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma kelliex tibdil fil-pensjoni meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv fejn kienet taħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ser tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tagħha.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16395.
Tfal fid-djar residenzjali jew fostered — Kura alternattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma f’kura alternattiva (fostered jew djar residenzjali)? Kemm minn dawn it-tfal huma f i djar residenzjali immexxija; mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), mill-Knisja u minn NGOs oħra? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal huma taħt Ordni tal-Ħarsien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16002.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17441, u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17286, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 16926, 16927 u 16928, jista’ l-Ministru jgħid, x’qed isir biex tiġi indirizzata ż-żieda allarmanti tan-numru ta’ persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif kien minn dejjem, is-servizzi tad-DETOX fl-isptar San Luqa, u l-In-Patient Detox (Dar l-Impenn) u is-Servizz ta’ Rijabilitazzjoni (Kommunità Santa Marija); l-aħħar żewġ servizzi jingħataw mill-kumpless tal-Isptar Santa Marija f’Ħal-Farruġ; u li lkoll kemm huma jiffurmaw parti mill-kullana ta’ servizzi offruti mill-Aġenzija Sedqa f’ ħdan l-FSWS, huma ghal kollox servizzi li persuna taċċessa volontarjament. Minn dejjem kienu hekk. Bħalma huma volontarji wkoll s-servizzi offruti mill-NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam, il-Caritas u Oasi.
Ħadd ma jista’ iġiegħel lil ħadd sabiex jirrikorri għall-għajnuna offruti minn dawn is-servizzi u ma hemm l-ebda liġi li tobbliga lil persuni biex ifittxu għajnuna minn dawn is-servizzi.
Nafu li l-kollegi tagħna li jaħdmu fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei jagħtu l-parir lil dawn il-pazjenti biex ifittxu l-għajnuna. Hemm ħaddiema soċjali ukoll li jaħdmu fl-isptar, li lir-rwol tagħhom hu li jfehmu lill-pazjenti dwar is-servizzi kollha li jeżistu u jgħinuhom jagħmlu l-ewwel kuntatt mas-servizzi li jeżistu.
Min-naħa tal-Aġenzija Sedqa, kull min għandu bżonn l-għajnuna jista’ jiġi ġewwa 2, Braille Street, St Venera, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta' wara nofsinhar, mingħajr appuntament, u jiltaqa’ ma’ tim multi-dixxipplinarju ta’ professjonisti li jgħinuh ifassal pjan ta’ azzjoni biex isolvi l-problema tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu ma kellux tibdil fil-pensjoni meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv fejn kien jaħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ser tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu ma kellux tibdil fil-pensjoni meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv fejn kien jaħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu ma kellux tibdil fil-pensjoni meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv fejn kien jaħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jikkonferma u jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha pensjoni ta’ Euro 32.24 kull erba’ ġimgħat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalità
Irġiel
Nisa
Total
Raħal Ġdid
104
143
247
Santa Luċija — Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Santa Luċija? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalità
Irġiel
Nisa
Total
Santa Luċija
7
54
61
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fil-Fgura? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Lokalità
Irġiel
Nisa
Total
Fgura
67
124
191
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni jirċievu assistenza minħabba l-Marda ta’ Hansen (lebbra) mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.