Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jiffunzjona l-Isptar Mater Dei kemm twieldu tfal hemmhekk? Kemm minhom kienu subien u kemm minnhom kienu bniet ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ewwel twelid ta’ tarbija fl-Isptar Mater Dei minn meta beda jiffunzjona, seħħ fid-19 ta’ Novembru 2007. Minn dak in-nhar sal-31 ta’ Lulju 2009, twieldu 6255 tfal f’dan l-isptar. Minn dawn 3252 kienu subien u 3003 kienu bniet.
Kummissjoni li tistħarreġ l-moviment koperattiv f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx il-Kummissjoni li kellha tistħarreġ kif jista' jissaħħaħ il-moviment koperattiv f'pajjiżna? F'każ li iva, min huma l-membri tagħha u x'inizjattivi ħadet matul l-aħħar sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ninformar lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għat-Tisħiħ tal-Koperattivi twaqfet fit-28 ta’ Jannar 2009.
Il-Kummissjoni hija magħmula hekk :
Profs. Edward L. Żammit Chairperson
Dr. David Fabri Membru
Is-Sur Peter Baldacchino Membru
Ms. Rosette Thake Membru
Is-Sur John Camilleri Membru
Is-Sur Emanuel Żahra Segretarju
Informat li minn mindu twaqfet din il-Kummissjoni, kellha numru ta’ laqghat ma’ entitajiet u ndividwi li b’xi mod jew ieħor għandhom interess fil-Moviment Koperattiv f’pajjiżna. Din il-Kummissjoni waslet biex tissottometti r-rapport finali u r-rikommandazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet għall-provvista tal-ilma ġieri fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Adolorata? Kemm ilu li nbeda l-kuntratt għal dan ix-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li xogħol ta’ tħammil u tindif ta’ ġibjun tal-ilma fiċ-Cimiterju ta’ Santa Maria Addolorata beda fit-13 ta’ Awwissu u wasal biex jitlesta. F’dan il-ġibjun jinġabar ilma tax-xita mit-triq li tagħti għad-dħul mill-kanċell ta’ wara taċ-Ċimiterju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu, fi flus, mill-anzjani matul is-sena 2008 sabiex jgħixu fil-
a)
Home
ta' Bormla
b)
Home
taż-Żejtun
ċ) Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-ammonti ta' flus imħallsa mill-anzjani fir-Residenzi msemmija mill-Onor. Interpellant għas-sena 2008 huma hekk :-
Residenza Ammont għas-Sena 2008
€
Home ta' Bormla 468,268
Home taż-Żejtun 342,779
Żejtun Extension 377,454
Residenza San Vinċenz de Paule 4,728,005
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gradwati (fiex huma gradwati) li kienu qed jirreġistraw mill-1 ta' Jannar, 2009 sal-lum, maqsuma xahar, xahar?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sensji li ngħataw mill-1 ta' Jannar, 2009 sal-lum, maqsuma xahar, xahar u minn liema settur kienu ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — Użu tal-Ambulanza għal sptar privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn fl-aħħar ġimgħat, f'diversi okkażjonijiet pazjenti tal-Isptar Mater Dei, kellhom jinħarġu mill-isptar b'ambulanza biex ittieħdu fi sptar privat ħalli jsirilhom l-eżami tal-MRI? Kien hemm okkażjonijiet oħra li minħabba ħsarat fl-apparat tal-Isptar Mater Dei kellha tiġi esegwità din il-prassi? Jekk fl-affermativ, kemm-il darba u għal liema raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-magna ta’ l-MRI żvillupatilha ħsara u sakemm ġiet irranġata żewġ pazjenti intbagħtu fi sptar privat biex isirilhom eżami bl-MRI. Ma kienx hemm okkazzjonijiet ohra li fl-Istpar Mater Dei kellha tiġi esegwita din il-prassi minħabba ħsarat fl-apparat.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena kemm hemm single mothers li huma intitolati għall-għajnuna soċjali? Jista' jgħid sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin kemm kienet l-ispiża tal-Gvern?
Single mothers reġistrati — wild minn missier mhux magħruf
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati single mothers sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm minn dawn sena b'sena kellhom wild minn missier mhux magħruf? Jista' jgħid kemm minn dawn għandhom aktar minn wild wieħed u kemm għandhom tfal minn missier mhux magħruf?
Nefqa tal-Gvern fuq pensjonijiet, servizzi soċjali u sptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali f'sena li l-Gvern jonfoq biex jamministra:
a) il-pensjonijiet?
b) is-servizzi soċjali?
ċ) l-Isptar Mater Dei?
d)l-Isptar Boffa?
Kemm hemm nies impjegati f'kull settur imsemmi hawn fuq biex jamministraw dawn is-servizzi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Boffa, fir-Residenza San Vincenz De Paule u fil-polyclinics tal-Gvern? Kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala pagi lin-nurses fix-xhur minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009 f'kull sptar u polyclinic? Kemm minn dan l-ammont kien overtime? Kemm minn dan l-ammont kien f'allowances?
Jista' l-Ministru jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?
Sptar Mater Dei — Irranġar ta' rampa għall-wheelchairs
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex rampa li tinsab quddiem il-main gate fejn jidħlu għall-out patients fl-Isptar Mater Dei, tiġi rranġata għaliex qed toħloq diffikultà u periklu għal min juża wheelchair?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Isptar qiegħed jieħu l-passi meħtieġa biex it-tiles li nkisru f’din ir-rampa jiġu rranġati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol illum? Minn liema lokalità huma? Jista' jagħti breakdown ta' kemm ilhom bla xogħol u minn liema lokalità huma?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9469, 9257, 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9470, 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u cioè: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?