Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità YOURS – każijiet ta’ tfajliet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017 kien hemm każijiet ta’ tfajliet taħt l-età ta’ 16-il sena li spiċċaw fis-sezzjoni tan-nisa fil-ħabs stante li ma kienx hemm post għalihom fil-Faċilità YOURS?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi żewġ tfajliet taħt l-età ta’ 16-il sena ġew allokati f’diviżjoni separata mill-priġunieri l-oħra ġewwa Kordin sakemm intbagħtu l-YOURS.

Dipartiment tas-Sanità – Kċina tal-Ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżti mid-Dipartiment tas-Sanità ġewwa l-kċina tal-ħabs matul din is-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sarux viżti (spezzjonijiet) mid-Dipartiment tas-Sanità ġewwa l-kċina tal-ħabs matul din is-sena 2017. Ta’ min isemmi li hemm pjan biex issir kċina ġdida u diġa tfasslu l-pjanti, inġiebu l-permessi u tlestew id-dokumenti neċessarji għat-tfassil tat-tender. Għaddejjin laqgħat mal-I.T.S. ħalli l-pjan tal-Ministeru li mhux biss ikun hemm kċina, imma tkun strutturata b’mod li jsir tagħlim fis-settur tal-catering lill- inmates ħalli meta joħorġu mill-ħabs ikollhom il-kwalifiki meħtieġa biex isibu mpjieg.

Ħabsin – każijiet ta’ Self Harm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm każijiet ta’ self harm minn ħabsin fil-ħabs tul din is-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Mill-bidu ta’ din is-sena jirriżulta li kien hemm 74 każ ta’ self harm minn ħabsin. Fost dawn ma kienx hemm każijiet ta’ ġrieħi inflitti ta’ natura gravi.

Dipartiment tal-Probation u l-Parole – probation officers

Question

Jista’ l Ministru jgħid kemm hemm probation officers fil-mument li huma ingaġġati mad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 4 Senior Probation Officers u 18-il Probation Officer.

Dipartiment tal-Probation u Parole – Victim liaison officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Victim Liaison Officers fid-Dipartiment tal Probation u l-Parole fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole jimpjega Victim Liaison Officer waħda hekk kif tirrikjedi l-Liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516.

Korp tal-Pulizija – complement f’kull distrett / branki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' pulizija stazzjonati fid-distretti u fil-branki, distrett b'distrett / branka b’branka fl-aħħar ta’ Settembru 2017? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun l-complement ta’ pulizija distrett b'distrett / branka b’branka? Jista’ jgħid liema huma d-distretti / branki tal-Pulizija li bħalisssa ma għandhomx stazzjonati fihom il-full complement kif stabbilit mill-amministrazzjoni tal-Korp stess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta’ Malta – complement f’kull unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' suldati fil-units, unit b’unit fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar ta’ Settembru 2017? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun l-complement ta’ suldati unit b’unit? Jista’ jgħid liema huma l-units tal-Armata li bħalissa ma għandhomx stazzjonati fihom il-full complement kif stabbilit mill-amministrazzjoni tal-Armata stess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – complement f’kull diviżjoni / dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' uffiċjali fid-diviżjonijiet u fid-dipartimenti, diviżjoni b’diviżjoni / dipartiment b’dipartiment ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Settembru 2017? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun il-complement ta’ uffiċjali diviżjoni b'diviżjoni / dipartiment b’dipartiment? Jista’ jgħid liema huma d-diviżjonijiet / dipartimenti tal-Faċilità li bħalisssa ma għandhomx stazzjonati fihom il-full complement kif stabbilit mill-amministrazzjoni tal-Faċilità stess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Kandja – rilokazzjoni tar-Rapid Intervention Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Rapid Intervention Unit f’Ta’ Kandja hux se jiġi rilokat, minħabba l-proposta ta’ shooting range?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — Victim Support Unit – programmi televiżivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Victim Support Unit jipparteċipax fi programmi televiżivi u/jew radjufoniċi? Jekk iva, x’kienet din il-parteċipazzjoni fix-xhur ta’ bejn Jannar u Lulju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-Victim Support Unit jipparteċipa fi programmi televiżivi u radjufoniċi. Infurmat illi bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena kien mistieden fi tliet okkażjonijiet li kienu jikkonsistu f'żewġ programmi televiżivi u wieħed fuq ir-radju.

Korp tal-Pulizija – Police Counselling Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta bdiet topera s-sezzjoni interna fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, bl-isem ta’ Police Counselling Unit? X’servizzi toffri? Teżisti xi tip ta’ statistika ta’ min ġie assistit minn din il-unit mit-twaqqif tagħha u b’liema mod ġew assistiti l-persuni konċernati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi s-Sezzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, bl-isem ta’ Police Counselling Unit bdiet topera uffiċjalment mis-7 ta’ April 2017. Din toffri servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku lir-rekluti, pulizija u persuni ċivili (impjegati mad-Department tal-Pulizija) sabiex tipprovdi għall-iżvilupp u benessri psikosoċjali tagħhom mir-reklutaġġ sal-irtirar. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li b'diversi funzjonijiet relatati, jippreveni, itaffi u jirriċerka reazzjonijiet għal stress negattiv fi ħdan il-membri tal-Korp. Dettalji dwar assistenza li ngħatat mill-Police Counselling Unit bejn ix-xahar ta’ April sal-lum 18 ta’ Settembru 2017 kien kif jidher fit-tabelli t'hawn taħt: Persuni assistiti mill-‘Police Counselling Unit’. Spettur/ oħrajn Surġent Kuntistabbli Persunal Ċivili Persuni taħt taħriġ Familjari Total 3 30 49 - 3 6 91 Tip ta’ għajnuna mgħotija. Għajnuna provduta Total Appoġġ emozzjonali 7 Ġestjoni tal- istress wara inċident 38 Informazzjoni 38 Riferut lejn servizzi ta’ appoġġ barra mill-Korp 7 Sessjoni ta’ counselling 51

Seduti li tħejjew mill-Uffiċċju Prinċipali taċ-Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru seduti li tħejjew mill-Uffiċċju Prinċipali taċ-Ċitazzjonijiet minn Jannar ta’ din is-sena? Teżisti statistika dwar in-numru ta’ każi li mexxa dan l-Uffiċċju fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 2017 sa nofs ix-xahar ta' Settembru tal-istess sena, l-Uffiċċju Prinċipali taċ-Ċitazzjonijiet ħejja tliet mija u żewġ seduti (302). F'dan il perjodu l-istess uffiċċju mexxa sebat elef u tnax-il każ (7,012).

Pulizija ta’ Malta – skorti Presidenzjali u oħrajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ipprovdiet skorti Presidenzjali u oħrajn, il-Pulizija ta’ Malta matul il-perjodu Jannar u Lulju 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba attendew fil-Korsa tal-Marsa b’konnessjoni mat-tiġrijiet taż-żwiemel fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' skorti li pprovdiet it-Taqsima tal-Kavallerija tal-Pulizija matul il-perjodu Jannar sa Lulju 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Din it-tabella tinkludi wkoll dettalji dwar kemm-il darba membri tal-istess taqsima attendew għal-xogħol fil-Korsa tal-Marsa, b’konnessjoni mat-tiġrijiet taż-żwiemel fl-istess perjodu. Xahar Skorti Presidenzjali Skorti ta' Ambaxxaturi Xogħol waqt tiġrijiet fil-Korsa tal-Marsa Jannar 2017 - - - Frar 2017 - 3 5 Marzu 2107 - 4 5 April 2017 - 3 5 Mejju 2017 2 - 7 Ġunju 2017 - 3 7 Lulju 2017 1 - 5 Total TOTAL 3 13 34

Ħabsin ta’ nazzjonalità barranija ta’ inqas minn 25 sena jew inqas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin ta’ nazzjonalità barranija li għandhom 25 sena jew inqas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hemm 45 priġunier ta’ nazzjonalità barranija li għandhom 25 sena jew inqas.

Ħabs ta’ Kordin – detenuti li għadhom mhumiex sentenzjati bil-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hemm detenuti fil-Ħabs ta’ Kordin li għadhom mhumiex issentenzjati bil-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi n-numru ta’ detenuti mhux sentenzjati skont statistika meħuda fid-29 ta’ Settembru 2017 kien ta’ 142.

Ħabs – ċelel – flushing tat-toilets

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għad hemm ċelel fil-ħabs li sal-lum m’għandhomx flushing u jintuża barmil ilma biex jitnaddaf it-toilet? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm ċelel f’dan l-istat u f’liema diviżjoni qegħdin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Kif jaf tajjeb ħafna l-Onorevoli interpellant, ladarba kellu tali responsabbiltà jew simili meta kien Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, din il-problema ilha tkarkar u ġiet iffaċċjata minn kull amministrazzjoni fl-aħħar snin. Għalkemm tipprova tingħata l-istampa li l-problema tieqaf mal-flushings, fil-verità nifhem li jeżistu problemi loġistiċi u strutturali f’dawk iċ-ċelel li jaqgħu fil-parti l-antika tal-Faċilità Korrettiva. Minbarra kwistjonijiet infrastrutturali, hemm oħrajn bħal fejn se jitpoġġew il-priġunieri waqt li jkun għaddej ix-xogħol inkwistjoni. Dan il-Gvern hu impenjat li jindirizza dawn il-problemi. Għal din ir-raġuni qed isiru l-evalwazzjonijiet ta’ kif dan jista’ jsir.

Ħabs — psikoloġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikoloġi li huma ngaġġati sabiex jassistu lill-persuni li jinsabu fil-ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Fil-preżent il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed tħaddem 4 Psychology Assistants full time taħt is-superviżjoni ta’ Principal Forensic Psychologist li tagħti numru ta’ sigħat ta’ servizz. Flimkien ma’ dawn il-Faċilità timpjega wkoll Psychology Assistant, part-time, b’warrant ta’ counsellor. Fil-preżent għaddej ukoll proċess ta’ reklutaġġ ta’ iktar Psychology Assistants. Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qiegħda wkoll fi ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa fejn żewġ Psikoloġi minn dan id-dipartiment jagħtu numru ta’ sigħat ta’ servizz lill-Faċilità.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma ngħatat l-ebda xoghol legali jew konsulenza minn xi Dipartiment jew entita tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali minn Marzu 2013 sal-lum.