Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13386, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew ingħataw kotba fil-librerija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin iż-żieda ta’ kotba fil-librerija tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin kienet kollha kemm hi frott għotjiet ta’ paroċċi u NGOs li għamlu numru ta’ donazzjonijiet.
Għaż-żmien li ġej it-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi se tkun qed tfittex li tikkolabora ma’ entitajiet li jippromwovu l-qari mhux biss biex jiżdied l-ammont ta’ kotba, iżda iktar minn hekk biex iktar priġunieri jkunu mħeġġa jużaw din il-librerija hekk kif sal-lum dan in-numru hu wieħed minimu.
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm hu n-numru ta’ persuni li għandhom il- “Pass dwar l-armi tan-nar” kif inhu referit fl-Avviż Legali 121 tal-2020 rigward “Regolamenti tal-2020 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Moviment ta’ Arni tan-Nar u Munizzjoni fi Stati Membri u Provvedimenti Oħra”?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li għandhom il-Pass dwar l-armi tan-nar, skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 480.01, emendat bl-Avviż Legali 121 tal-2020, dwar il-Moviment ta’ Armi tan-Nar u Munizzjoni fi Stati Membri u Provvedimenti oħra, huwa ta’ elf sitt mija u sebgħa u ħamsin (1657).
Jista' l-Ministru jgħid kemm u meta saru spezzjonjiet mill-pulizija jew/u l-uffiċjali tal-komunità fiż-żoni tal-Miżieb, l-Aħrax, il-Park tal-Majjistral u Selmun / Imġiebaħ (kollha limiti tal-Mellieħa) bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-21 ta' April 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi spezzjonjiet (patrols) fiż-żoni msemmija mill-Onor. Interpellant u ċjoè ż-żoni tal-Miżieb, l-Aħrax, il-Park tal-Majjistral u Selmun / Imġiebaħ (kollha limiti tal-Mellieħa) jsiru kontinwament mill-Pulizija tal-RIU peress li dawn iż-żoni huma fir-rotta tar-ronda tagħhom. Barra minn dan spezzjonjiet (patrols) isiru wkoll mill-pulizija tad-Distrett u dawk tal-ALE fl-istess żoni, u bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-21 ta' April 2020 ġew reġistrati 310 spezzjoni fil-Miżieb, 302 spezzjonijiet fl-Aħrax, 290 spezzjoni fil-Park tal-Majjistral u 290 spezzjoni f’Selmun/Imġiebaħ (kollha limiti tal-Mellieħa).
Ninsab infurmat ukoll illi fiż-żoni msemmija, minbarra dawk ta’ ġewwa l-Miżieb u ġewwa l-Park tal-Majjistral, isiru spezzjonijiet regolari mill-Uffiċjali tal-Aġenzija LESA.
Jirriżulta li ta’ kuljum tinħadem rotta partikolari li tkopri tali spezzjonijiet/żoni.
Il-Mellieħa – ċitazzjonijiet mill-pulizija u uffiċjali tal-Komunità fiż-żoni tal-Miżieb, l-Aħrax, il-Park tal-Majjistral u Selmun/Imġiebaħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm u meta ngħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija jew/u l-uffiċjali tal-komunità fiż-żoni tal-Miżieb, l-Aħrax, il-Park tal-Majjistral u Selmun/Imġiebaħ (kollha limiti tal-Mellieħa) bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-21 ta' April 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant fiż-żoni tal-Miżieb ingħataw 2 ċitazzjonijiet, fiż-żona tal-Aħrax ingħataw żewġt ċitazzjonijiet, fil-Park tal-Majjistral ma ngħatat l-ebda ċitazzjoni u fiż-żona ta’ Selmun/Imġiebaħ (kollha limiti tal-Mellieħa) ingħataw erbgħa ċitazzjonijiet.
Iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw min-naħa tal-LESA fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, ġewwa l-Miżieb ma ngħatat l-ebda ċitazzjoni, fiż-żoni tal-Aħrax inkluż l-Armier ingħataw erbgħa u tlettin ċitazzjoni, fil-Park tal-Majjistral ma ngħatat l-ebda citazzjoni u ngħataw erbgħa ċitazzjonijiet fiż-¯ona ta’ Selmun/Imġiebaħ.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2013 'l hawn min mexxa l-Critical Infrastructure Protection Unit fi ħdanu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Awwissu 2014 it-Taqsima għall-protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika kienet topera mingħajr Kap. Minn Settembru 2014 sal-lum il-Kap tad-Direttorat għall-protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika, huwa s-Sur John Agius.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx tim multi dixxiplinarju sabiex tingħata attenzjoni psikoloġika, soċjali, edukattiva u finanzjarja ħalli meta kull priġunier joħroġ mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ikun ippreparat sew wara li jkun skonta s-sentenza tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tim multi dixxiplinarju ilu li twaqqaf u qed jiffunzjona fuq ba¿i regolari. Priġunier jista’ jkun ġemma flus li jkun ħadem għalihom waqt li ikun qed jiskonta s-sentenza u hemm priġunieri li jkunu gawdew minn programmi jew inizjattivi oħra li jsiru b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal x’servizzi ta’ appoġġ jeżistu għall-vittmi tal-kriminalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fejn jirrigwarda l-Korp tal-Pulizija, is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità jingħataw prinċipalment mill-Victim Support Unit. Sapport adekwat jingħata lil dawn il-vittmi skont il-bżonn bi ħsieb li jnaqqsu l-istress emozzjonali u psikoloġiku, skont l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, Kap 539. Membri ta’ dan il-Unit iservu bħala punt ta’ riferiment u sapport għal dawn il-vittmi. Dan wara li jkunu għamlu rapport mal-Pulizija u jipprovdulhom servizz ta’ crisis counselling, skont in-natura u s-severità tal-każ. Huma jipprovdu informazzjoni u jsegwu l-każi tal-istess vittmi u jiffaċilitaw il-proċess sabiex il-każi tagħhom jiġu riferuti lil servizzi oħra, waqt li jkomplu jagħtuhom sapport kontinwu. Barra minn dan jagħmlu moniteraġġ ta’ numru ta’ vittmi li jagħmlu użu mid-drittijiet u s-servizzi ta’ sapport ipprovduti mill-Korp, u jservu ta’ komunikazzjoni effettiva u ħidma tajba ma’ aġenziji oħra, kemm governattivi u non-governattivi fl-aħjar interess ta’ dawn il-vittmi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
It-Tielet Distrett – Rapporti relatati ma' Vjolenza Domestika
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm daħlu rapporti għand il-Pulizija relatati ma’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet tat-Tielet Distrett fis-snin 2017, 2018 u s-sena l-oħra b’mod separat u lokalità b’lokalità?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu priġunieri fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin matul l-2019 u fuq liema reati ġew ammessi f’dan il-post?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2019, in-numru ta’ priġunieri li daħlu fil-Faċilità kien dak ta’ 966 persuna. Ir-reati kienu skont it-tabella li qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13487 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13343, jista' l-Ministru:
a) jgħid kemm mill-253 persuna li kkwalifikaw biex ikunu intervistati, ma għaddewx mill-Personal Assessment/Preliminary Interview;
b) iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li għaliha qed jirreferi l-Jr-ruling, inkluża ċ-ċirkulari bis-sejħa u l-kriterji għall-applikazzjonijiet; u
c) jagħti d-dettalji tal-impasse li jissemma fil-Jr-ruling?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 60 persuna li l-Public Service Commission iddeċidiet li għandhom ikunu intervistati fi stadju ieħor wara r-rappreżentazzjonijiet li saru quddiemha. Id-dokumenti relevanti qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra u jinkludu spjegazzjoni ċara għall-mistoqsijiet li qed jagħmel l-onor. interpellant.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri Għawdxin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri Għawdxin miżmuma fil-preżent ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Għal liema reati ġew ikkundannati dawn il-priġunieri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għandna 24 priġunier li huma Għawdxin, li minnhom 2 huma nisa. Il-lista ta’ reati li dawn il-priġunieri ġew akkużati bihom qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
COVID-19 Korp tal-Pulizija – sigħat flessibbli jew shift għal koppji li għandhom it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-koppji li jaħdmu mal-Korp tal-Pulizija u li għandhom it-tfal, biex dawn jaħdmu sigħat flessibli jew shifts fejn dawn il-koppji ma jaħdmux fl-istess sigħat sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal waqt li wieħed/waħda minnhom tkun xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kull fejn l-esiġenzi tas-Servizz jippermettu speċjalment f’dawn iż-żminijiet, kull fejn hu possibbli koppji li huma membri fil-Korp u li għandhom it-tfal, jingħataw il-possibilità li jibdlu x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom meta dawn ikunu f’ħinijiet identiċi, u b’hekk xi ħadd minnhom ikun jista’ jieħu ħsieb it-tfal. L-istess ġenituri għandhom il-faċilità li jagħmlu użu minn child care provdut mill-istat, kif ukoll jistgħu jagħtu l-leave tagħhom lil xulxin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident fil-ħabs se jiskonta s-sentenza din is-sena? X'programmi hemm ta' riabilitazzjoni? Jista’ l-Ministru jassigura li ser jiġu integrati fis-soċjetà?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum hawn total ta’ 786 priġunier li 231 minnhom qegħdin taħt arrest preventiv u 555 qed jiskontaw sentenza. Minn dawn 275 mistennija jtemmu s-sentenza din is-sena.
Min-naħa tal-awtoritajiet tal-ħabs qed isir dak kollu possibbli biex il-priġunier jiġi rijintegrat fis-soċjetà u hemm programmi diversi ta’ riabilitazzjoni, inkluż dawk li jinħadmu ma’ fondazzjonijiet jew għaqdiet mhux governattivi kif ukoll dak li jsir fil-ħabs stess.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12629, jista’ l-Ministru jispeċifika x’tip ta’ serqiet saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li ġew irrapportati lill-Pulizija, kemm kien l-ammont ta’ kull serqa u kemm kien il-valur totali tal-imsemmija serqiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fejn huwa magħruf it-tip ta’ serqiet u l-ammont ta’ kull serqa li kienet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 12629 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Year
Location
Details
Items stolen
2017
AFM Lyster Barracks
Theft
Mobile phone value 200 Euros
Conduct Office, HQ
Theft
Collection tin - unspecified value
Luqa Barracks AFM
Theft
One wallet - unspecified value
Police MT Garage
Theft
Hand tools valued between Euros 600 & 1500
Police car compound
Theft from vehicle
Various vehicle accessories valued at Euros 2580
St. Andrews Police Compound
Theft from vehicle
Car stereo/DVD player – unspecified value
2018
B’Kara Police station
Theft from Govt. Bldg
One female's purse of unspecified value
2019
Ta’ Kandja
Theft
Police service pockets of pepper spray and torch - Unspecified value
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ex-pulizija pensjonanti li l-lum qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern , jiġifieri li qegħdin jaħdmu bil-paga apparti li jieħdu l-pensjoni wkoll?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Reġistru Pubbliku – kuntratti ta’ koabitazzjoni reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta’ koabitazzjoni ġie reġistrat fir-Reġistru Pubbliku mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar il-Koabitazzjoni sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura jirriżulta li mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar il-Koabitazzjoni sal-lum kien hemm tlettax (13)-il kuntratt ta’ koabitazzjoni li ġie reġistrat mar-Reġistru Pubbliku.
Ħruġ ta’ aggressuri minn djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika – każijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7148 u 12809, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta kemm huwa n-numru ta’ aggressuri li nħarġu mid-djar ta’ vittmi ta' vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi abbażi tal-provedimenti tal-Liġijiet dwar vjolenza domestika, biex il-Pulizija tieħu azzjoni kif indikata mill-Onor. Interpellant, hemm proċess li jrid jiġi esegwit. Meta jkun hemm ħtieġa li jinħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika, wara evalwazzjoni skont il-proċess stabbilit, isir rikors għal ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni temporanja għall-approvazzjoni ta’ Maġistrat. Matul is-sena 2019 kien hemm tletin (30) każ fejn aggressuri nħarġu minn djarhom b’intervent mill-Pulizija wara li talba ta’ protezzjoni temporanja kienet milqugħa. Dan l-ammont ma jinkludix każijiet fejn waqt il-proċedimenti, il-Qorti tordna lill-aggressuri biex joħorġu mid-djar tal-vittmi jew meta l-aggressuri ħarġu mid-djar minn jeddhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12273 u jindika x’kienu s-sentenzi mogħtija fil-każijiet ta’ aggressuri li nstabu ħatja ta’ vjolenza domestika s-sena l-oħra? Kemm minnhom weħħlu l-ħabs u għal kemm żmien weħħlu priġunerija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri rimunerati għax-xogħol li jwettqu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qegħdin jiġu rimunerati l-priġunieri għax-xogħol tagħhom li jwettqu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm minn dan il-qligħ qed jiġi allokat:
a. lill-familji tagħhom?
b. bħala kumpens għall-vittmi ta’ delitt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rimunerazzjoni li qed jingħataw il-priġunieri li jaħdmu xogħol manwali hi dik ta’ €150 fix-xahar. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kienu jingħataw qabel, jiġifieri rimunerazzjoni ta’ €18.64c fix-xahar għal xogħol li kienu jagħmlu. Ir-rimunerazzjoni tidħol fil-kont tal-priġunier.