Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni – pulizija preżenti waqt li jkunu għaddejjin inkjesti maġisterjali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6493, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, u ċjoè kemm u fejn hemm siti ta' kostruzzjoni li dwarhom għaddejjin inkjesti maġisterjali u li għandhom pulizija għassa magħhom? Liema huma s-siti kollha li magħhom bħalissa hemm għassa ta' pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi din l-ordni tkun fid-diskrezzjoni tal-Maġistrat Inkwerenti. Infurmat li preżentament hemm tliet siti li għandhom xi tip ta' għassa li huma f'Raħal Ġdid, Santa Venera u San Pawl il-Baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti quddiem l-Immigration Appeals Board? Jista’ jgħid kemm daħlu każi quddiem l-Immigration Appeals Board sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid kemm inqatgħu każi quddiem l-Immigration Appeals Board sena b’sena fl-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-każijiet li daħlu quddiem l-Immigration Appeals Board u ġew deċiżi u li hemm pendenti huma indikati fit-tabella t’hawn taħt.
2019
2020
2021
2022
Każijiet
Deċiżi
Pendenti
Każijiet
Deċiżi
Pendenti
Każijiet
Deċiżi
Pendenti
Każijiet
Deċiżi
Pendenti
2634
2508
126
2408
2318
90
2209
1976
233
5382
4378
1004
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1506 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 100 tal-14 ta' Marzu 2023)
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rabat – Triq Ġorġ Borg Olivier – ċitazzjonijiet lil sewwieqa ta’ inġenji kbar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6387, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet, matul is-snin 2021 u 2022 u matul din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fi Triq Ġorġ Borg Olivier (Buschetto Road), fir-Rabat, minn uffiċjali tal-LESA u mill-Pulizija lil sewwieqa ta' inġenji kbar li għaddew minn din it-triq kontra r-regolamenti tat-traffiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn verfiki li saru mis-sistema LESA, fi Triq Ġorġ Borg Olivier (Buschetto Road), fir-Rabat, inħarġet ċitazzjoni waħda mill-Pulizija lil sewwieqa ta' inġenji kbar li għaddew minn din it-triq kontra r-regolamenti tat-traffiku, fil-perjodu indikat.
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-karozza li taqa’ fil-portafoll tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hi tat-tip Mercedes, mikrija mingħand Burmarrad Commercials għal 28 Ewro kuljum. Il-Ministru ma jagħmilx użu minn second car.
Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni – pulizija preżenti waqt li jkunu għaddejjin inkjesti maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta jseħħu inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni u jkunu għaddejjin inkjesti maġisterjali, hux qed ikun hemm pulizija stazzjonat fuq l-istess siti u jekk dan il-pulizija jibqax hemm sa meta tintemm l-inkjesta? Jekk iva, kemm hemm siti li bħalissa għandhom għassa magħhom? Liema huma dawn is-siti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi din l-ordni tkun fid-diskrezzjoni tal-Maġistrat Inkwerenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rapportata f'Għawdex mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid f'liema rħula ġew imwettqa dawn is-serqiet? Kemm minn dawn ġew solvuti?
San Ġiljan u Tas-Sliema — Tneħħija ta’ E-Scooters ipparkjati ħażin
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6052, peress li l-LESA taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija u jgħid kemm uffiċjali tal-LESA ħarġu multi għaliex e-scooters kienu pparkjati ħażin? Kemm ġew imneħħija minn fuq il-promenades ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ammont ta’ taħrikiet għal escooters ġewwa San Ġiljan kien 958 fis-sena 2021 u 2049 fis-sena 2022, u ġewwa tas-Sliema 1210 fis-sena 2021 u 2175 fis-sena 2022.
Uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex li jagħmlu xogħol marbut mal-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex li huma assenjati full-time fuq ix-xogħol tal-Qorti? Jista' jgħid kemm-il-dispatch driver hemm f’Għawdex fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid fl-aħħar sentejn (2021 u 2022) kemm-il riferta ġiet imqassma? Jista' jgħid ukoll l-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti kemm-il entità differenti jkopri? Jista' jgħid jekk kienx hemm talba biex jiżdiedu n-nies f' dan l-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hemm żewġ uffiċjali tal-Pulizija li huma assenjati full-time fuq ix-xogħol tal-Qorti f’Ghawdex, kif ukoll dispatch rider wieħed. Fis-snin 2021 u 2022 tqassmu total ta’ disa t’elef, mija u ħdax il riferta. L-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti jkopri is-seduti tal-Pulzija li huma dawk tad-Distrett, tat-traffiku, tal-kolliżżjonijiet, tal-familja (aċċess u manteniment), tal-vjolenza domestika, tal-kaċċa u nsib (ALE), appelli u anke l-perizji. Ikopru wkoll is-seduti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Jobs Plus, is-Sanita, Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi, dipartiment tal-VAT, dipartiment tat-taxxa, Awtorita tad-Djar, TM (każijiet tal-baħar) u dawk tat-Trattament Xieraq tal-Annimali. It-tqassim tal-membri fil-Korp isir skond n-neċċessitajiet u eżiġenzi li jkun hemm bżonn.
Pulizija – persuni li kisru l-paċi pubbliku jew wettqu reati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti minħabba ksur tal-paċi pubblika jew reati simili fil-Belt Valletta matul is-sena 2022? Jista’ jgħid nhar ta’ Sibt filgħaxija xi preżenza qed ikun hemm, jekk qed ikun hemm, fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta tal-forzi tal-bon ordni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2022 fil-Belt Valletta kien hemm sitt persuni li tressqu l-Qorti minħabba ksur tal-paċi pubblika jew reati simili. Dwar il-preżenza ta’ Pulizja li jkun hemm il-Belt u li jkopru wkoll it-toroq prinċipali fil-weekend, ikun hemm numru ta’ uffiċjali mill-għassa tal-istess Distrett, uffiċjali mit-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità u minn taqsimiet oħra. Dan barra mir-ronda regulari li ssir minn uffiċjali tat-taqsima tal-RIU.
Jista’ l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Għaxaq tinfetaħ iktar spiss u jindika x’xogħol ta’ manutenzjoni sar is-sena li għaddiet u x’beħsiebu jsir din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Għaxaq ser jibda s-servizz ta’ pulizija tal-komunità fiż-żmien li ġej. Ninsab infurmat ukoll illi l-għassa f’Ħal Għaxaq tinfetaħ meta jkun hemm in-neċessità, u l-lokalità hija koperta mir-ronda regulari tal-uffiċjali tat-taqsima tal-RIU, kif ukoll dawk tad-distrett.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5772, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders MHUX lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament IŻDA kemm ingħataw direct orders mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi matul il-perjodu li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kienet Kap Eżekuttiv? Jista’ jipprovdi l-lista ta’dawn id-direct orders u l-valur tal-istess?
Fid-data meta tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ pulizija li jaħdmu fi ħdan il-Unit tal-Vjolenza Domestika u r-ranks relattivi tal-istess pulizija li jaħdmu fi ħdan din il-unit? In vista tal-każijiet ta’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fid-Dipartiment tal-Vjolenza Domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi numru ta’ pulizija li jaħdmu fi ħdan it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika u dettalji dwar il-gradi relattivi tagħhom jidhru fit-tabella hawn taħt. Dawn l-uffiċjali huma dedikati u mħarrġa f’dan ix-xogħol, biex jassistu lill-pubbliku meta dawn jiġu bżonn is-servizzi tagħhom. Infurmat li minn meta twaqqfet din it-Taqsima, żdiedu b’mod konsiderevoli n-numru ta’ rapporti dwar dan il-pjaga tas-soċjetà. Minn meta twaqqfet din it-taqsima fis-sena 2020 fuq parir ta’ diversi professjonisti u anke l-GREVIO kien hemm ukoll żieda fl-ammont ta’ uffiċċjali f’din it-taqsima.
Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika
Assistent Kummissarju
1
Supretendent
1
Spetturi
5
Surġenti
11
Kuntistabbli
22
Kuntistabbli ta’ riserva
3
Mpjegati Ċivili
1
Total
44
Pjan għal żewġ hubs li jaħdmu fuq il-każijiet tal-vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġie abbandunat il-pjan li jkun hemm żewġ hubs f’Malta li jirċievu u jaħdmu fuq il-każijiet tal-vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mhux minnu li ġie abbandunat il-pjan li jkun hemm żewġ hubs f’Malta li ser jiffukaw u jaħdmu fuq il-każijiet ta’ vjolenza domestika. Fil-fatt qed isir xogħol għal hub li sar fl-Għassa tal-Pulizija f’Sta Luċija, li ser tkun waħda minn dawn il-hubs għal vittmi ta’ vjolenza domestika. Ukoll ser jitħabbar it-tieni hub fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ priġunieri barranin li ġew ripatrijati mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn l-2020 u l-aħħar ta' Jannar 2023 ġew ripatrijati minn pajjiżna 52 persuna lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropeja, li kienu nstabu ħatja ta' reat u skontaw sentenza ta' priġunerija f'pajjiżna. Huma ġew deportati fuq ordni tal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni skont il-provediment tal-liġijiet Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata ta’ priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kemm permezz ta' żieda fil-ħaddiema u professjonisti li jaħdmu fuq riabilitazzjoni, ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid u anke investiment importanti ġewwa l-bini. L-ispiża fuq kull priġunier tvarja minn kemm ikun hemm priġunieri f'sena ġewwa l-aġenzija u dan meta wieħed iqis spejjeż diretti u indiretti. Matul is-sena 2022 ġew minfuqa madwar €135 kuljum għal kull priġunier.
Non-Profit Organisations – Applikazzjoni għal-liċenzja lill-membri biex ifornu l-Kannabis
Question
Fid-dawl tar-riforma li permezz tagħha l-Gvern se jkun qed jipproteġi lil dawk li jużaw il-kannabis mis-suq kriminali, fejn tħabbar li mit-28 ta’ Frar Non-Profit Organisations se jkunu jistgħu japplikaw għal-liċenzja meħtieġa biex ifornu l-kannabis lill-membri tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diġà diskussjonijiet mal-banek lokali biex jiġi żgurat li tali Non-Profit Organisations ma jispiċċawx ristretti mis-servizzi tal-banek minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, li huwa wkoll ġdid għas-servizz offrut mill-banek?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' bank ewlieni. Fil-ġimgħat li ġejjin se jissoktaw id-diskussjonijiet anke ma' banek oħra lokali.
Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija naturalizzata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija naturalizzata (by naturalisation) irċieva l-Ministeru għall-Intern jew l-entità rilevanti f’dawn l-aħħar ħames snin (mhux b’referenza għal persuni li ngħataw ċittadinanza għax kienu miżżewġin lil ċittadini Maltin)? Minn liema nazzjonalità dawn il-persuni kienu ġejjin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul il-perjodu 1/1/2018 – 31/12/2022 kien hemm 3,627 applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni taħt l-artikoli 10 u 11 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188).
Proċess tal-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija naturalizzata
Question
Ġaladarba l-liġi tagħmel referenza għad-diskrezzjoni tal-Ministru biex tingħata ċittadinanza Maltija naturalizzata, li nifhem li din tkun infurmata, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ċ-ċittadinanza tintlaqa’ u fuq liema tiġi rrifjutata? Hemm sistema trasparenti ta’ kif dawn l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati? Jekk iva, kif taħdem? Hemm sistema ta’ appell? Kemm hu ż-żmien medju minn meta ssir l-applikazzjoni sad-deċiżjoni finali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull talba għan-naturalizzazzjoni taħt l-artikoli 10 u 11 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) tiġi kkunsidrata, kif dejjem sar minn meta ġie fis-seħħ dan l-Att fl-1965, fuq il-mertu tal-każ, wara li jsiru l-verifiki meħtieġa u jiġi stabbiliti li l-kriterji stipulati fl-istess Att u l-liġijiet sussidjarji tiegħu huma milħuqa. Sakemm ma jkunx hemm xi ċirkostanzi eċċezzjonali, iż-żmien medju hu ta’ madwar sitt xhur.