Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi ta’ ’l fuq minn 60 sena li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu.
Sa l-aħħar ta` Diċembru
Sena
2017
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li jaħdmu.
18,823
20,955
22,846
23,582
25,346
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi ta’ ’l fuq minn 70 sena li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu qed jaħdmu.
Sa l-aħħar ta` Diċembru
Sena
2017
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li jaħdmu.
4,304
4,897
5,561
5,906
6,493
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Qormi li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Luqa li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq ir-Request for Proposals (RfP) għas-sit tal-lukanda ta’ Selmun? Meta hu ppjanat li dan l-RfP jiġi ppubblikat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq ir-Request for Proposal (RfP) għas-sit tal-lukanda ta’ Selmun għadu għaddej u t-tagħrif dwar il-ħruġ tiegħu jitħabbar pubblikament skont il-proċeduri stabbiliti u kif xieraq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda r-riforma fin-natura tal-Fond ta’ Kontinġenza stabbilit fil-Kostituzzjoni sabiex tibda titpoġġa fih parti mid-dħul annwali tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għadu prematur sabiex wieħed jibda jiddiskuti din il-materja.
Tnaqqis fir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb
Question
Jista’ l-Ministru jindika hemmx ħsieb biex inaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jagħti spinta u nifs minħabba ż-żieda fl-ispejjeż lil bosta sidien u ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m'hemm l-ebda ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bid-direct orders li ngħataw relatati mal-Malta Metro? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex għadu ma tkellimx dwarhom u jekk le jistax jgħid x’beħsiebu jagħmel dwarhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar dawn id-direct orders ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kinux tqassmu kollha ċ-ċekkijiet ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali, dawk tar-Rifużjoni tat-Taxxa u ċ-ċekk għall-pensjonanti? Jista' jagħti l-każ li xi wħud għadhom ma rċevewhomx?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u ċ-ċekkijiet ta’ stimolu tqassmu kollha. Niġbed l-attenzjoni li dawn tal-aħħar tqassmu, bl-iskop li jilqgħu għaż-żieda fil-prezzijiet li kien hemm dak iż-żmien, lil kull min għalaq 16-il sena u mhux lill-pensjonanti biss. Waqt li dawn tal-aħħar ħadu €200 kull wieħed, il-bqija rċevew €100 kull wieħed. Persuni li huma eliġibbli għal dan iċ-ċekk u ma rċevewhx jistgħu jċemplu l-Freephone 153 ta’ servizz.gov biex jivverifikaw li ċ-ċekk tagħhom ħareġ u f’liema indirizz intbagħat.”
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' in-work poverty f'Malta kull sena fil-perjodu bejn l-2012 u sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 24181 tal-Leġizlatura XIII
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti fis-suq tax-xogħol mill-2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’qiegħed isir sabiex aktar pensjonanti jibqgħu fis-suq tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 63 sena ’l fuq li kienu għadhom jaħdmu mill-2018 sal-2021. Il-Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar jekk persuni hux qed jirċievu l-pensjoni jew le.
Sa l-aħħar ta’ Diċembru
Sena
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni min 63 sena ’l fuq li jaħdmu.
12,364
13,864
14,399
15,722
Mis-sena 2014 'il quddiem, is-suq Malti ra żieda ta’ aktar pensjonanti li baqgħu fis-suq tax-xogħol, li wassal għal żieda essenzjali fir-rata ta’ xogħol nazzjonali. Il-Gvern Malti jirrikonoxxi l-bżonn li l-pensjonati jibqgħu attivi fid-dinja tax-xogħol u kien għalhekk li impjegati kemm fis-settur privat u dak pubbliku illum għandhom id-dritt li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu minflok jirtiraw bil-pensjoni u b’hekk tiżdidilhom ir-rata tal-pensjoni tagħhom skont kemm idumu fl-impjieg qabel jirtiraw.
Il-Gvern Malti jemmen li għad hemm il-bżonn li ninvestu fil-pensjonanti tagħna. Jobsplus toffri sapport kontinwu permezz ta’ servizzi ta’ gwida u korsijiet lil kull individwu li jixtieq jidħol fis-suq tax-xogħol jew ikompli bil-karriera tiegħu wara l-irtirar. Fil-Politika Nazzjonali għax-Xogħol 2021-2030, il-Gvern Malti ppropona wkoll li jitfasslu programmi ta’ mentoring minn persuni rtirati għal persuni vulnerabbli. Il-Gvern jemmen li l-pensjonanti għandhom potenzjal kbir, f’termini ta’ ħiliet u għarfien, li jista’ jgħin persuni vulnerabbli u qiegħda biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Apparti minn hekk, il-Gvern ser ikompli joffri inċentivi fiskali lil dawk il-pensjonanti li jibqgħu attivi fis-suq lokali wara l-irtirar. F’dan ir-rigward, il-Politika Nazzjonali għax-Xogħol 2021-2030 qed tipproponi li l-qligħ tal-pensjonanti, jiġifieri l-pensjoni u l-qligħ derivat mix-xogħol ma jkunux amalgamati għal skop ta’ taxxa.
Ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa dwar ħlas ta’ bolol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, legali u fiżiċi, li daħlu fi ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa sabiex iħallsu l-ammonti dovuti bħala bolla fuq perjodu ta' żmien, sena b'sena mill-2010 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numri ta’ ftehim dwar ħlas ta’ ammonti dovuti bħala bolla, li jinkludu wkoll taxxa ta’ l-impjegati miġbura mill-‘employers’, sena b’sena, huwa kif ġej:
2010
216
2011
223
2012
606
2013
767
2014
707
2015
937
2016
881
2017
1277
2018
1411
2019
1192
2020
1283
2021
929
2022 sa 19/05/2022
371
Ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa dwar ħlas ta’ VAT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, legali u fiżiċi, li daħlu fi ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa sabiex iħallsu l-ammonti dovuti bħala VAT fuq perjodu ta' żmien, sena b'sena mill-2010 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numri ta’ ftehim dwar ħlas ta’ ammonti dovuti bħala VAT, sena b’sena, huwa kif ġej:
2010
82
2011
98
2012
45
2013
57
2014
6
2015
36
2016
48
2017
83
2018
88
2019
85
2020
131
2021
150
2022 sa 18/05/22
64
Ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa dwar ħlas ta’ taxxa tad-dħul
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, legali u fiżiċi, li daħlu fi ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa sabiex iħallsu l-ammonti dovuti bħala taxxa tad-dħul fuq perjodu ta' żmien, sena b'sena mill-2010 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numri ta’ ftehim dwar ħlas ta’ ammonti dovuti bħala taxxa tad-dħul, sena b’sena, huwa kif ġej:
2010
485
2011
253
2012
349
2013
459
2014
929
2015
791
2016
952
2017
879
2018
994
2019
895
2020
562
2021
546
2022 sa 19/05/22
299
Peress illi l-għoli tal-ħajja qed jolqot ħażin lil kulħadd, speċjalment lil dawk bi dħul baxx u medju u lin-negozji Maltin u Għawdxin fis-setturi kollha li qed jaraw l-ispejjeż tagħhom jiżdiedu minn ġurnata għall-oħra, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li għamel biex ikejjel l-impatti tal-għoli tal-ħajja fuq iċ-ċittadini u n-negozji Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid x'inhu l-pjan li għandu biex jindirizza malajr u b'mod sostenibbli din is-sitwazzjoni fid-dawl ukoll li Gvern Laburista għandu l-akbar defiċit fl-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-bagit li għadda ntqal hekk: "Il-prezzijiet tal-enerġija u b’mod aktar wiesgħa l-inflazzjoni inġenerali jistgħu jkunu l-isfidi tas-sena d-dieħla. Għalhekk it-tbassir tad-defiċit jista’ jiġi rivedut b’1.4% u jilħaq is-7% ġaladarba l-Gvern ikun irid inaqqas l-impatt mil-lat finanzjarju fuq il-familji u n-negozji." Minkejja dan, pajjizna għad għandu l-inqas rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
Minħabba li dak li tbassar ġara, u ġie iktar aggravat bil-gwerra fl-Ukrajna, il-Gvern nieda diversi mizuri soċjali kemm fil-bagit kif ukoll wara. Fosthom insemmi l-għajnuna diretta li ngħatat lill-pensjonanti u lill-familji kif ukoll l-politika li wasslet biex għaz-zmien li ġej Malta jkollha prezzijiet stabbli tal-enerġija u tal-fuels.