Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 24 kaz pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji.
Ministeru għall-Finanzi — Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pozizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. Għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni f’pajjiżna matul l-2023, kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar statistika disponibbli, fl-2023 kien hemm total ta’ 4,030 mewt ta’ residenti f’Malta. Minn dawn, 3,820 kienu Maltin u 210 kienu barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta' pajjiżna matul din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni hi skond il-fond konsolidat li jirrifletti t-transazzjonijiet finanzjarji tal-gvern fuq bazi ta’ cash.
Id-defiċit kif ikun rappurtat mill-EU hu abbazi ta’ accruals skont l-ESA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22987 u jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda lil banek internazzjonali biex joperaw f’pajjiżna mill-2015 ’l hawn, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2015 sal-lum, ingħatat liċenzja ġdida lil bank wieħed biss fl-2015.
Tibdiliet oħra li seħħew matul dan il-perjodu kienu relatati ma’ takeovers ta’ banek eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħaddiema li għandhom minn 65 'l fuq, li jaħdmu f’entitatjiet fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi hu skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-ħaddiema li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
DATI TAL-LAQGĦAT LAQGĦA
15-16 ta' Lulju 2024EUROGROUP / ECOFIN
13-14 ta' Settembru 2024EUROGROUP / Informal ECOFIN
7-8 ta' Ottubru 2024EUROGROUP / ECOFIN
9-10 ta Diċembru 2024EUROGROUP / ECOFIN
Terapija għal tfal b'diżabilità — Kreditu tat-taxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b'diżabilità għal kull sena minn mindu beda jingħata dan il-kreditu? Għal kemm jammonta l-valur ta' dan?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena bazi 2023 kien hemm 232 ġenitur li bbenefikaw mill-kreditu tat-taxxa li jingħata għal spejjeż ta’ terapija provduta lil tfal b’dizabilità. L-ammont ta’ kreditu hu ta’ Eur 135,375.
Informazzjoni dwar is-sena bażi 2024 tkun tista’ tingħata fl-aħħar kwart tas-sena 2025 meta jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa tas-sena.
Terapija għal tfal b'diżabilità — Kreditu tat-taxxa - Baġit allokat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit allokat għas-sena 2023 għal kreditu tat-taxxa lill-ġenituri għal terapija ta’ tfal b'diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-baġit allokat għas-sena 2024 għal kreditu tat-taxxa lill-ġenituri għal terapija ta’ tfal b'diżabilità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx limitu stabbilit ta’ baġit fuq din il-mi¿ura. Kull applikazzjoni eliġibbli tiġi milqugħa u tingħata l-kreditu ta’ taxxa relattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vacancies fi ħdan il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
SENAVACANCIES
201946
202074
202159
202250
202386
202466
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati li telqu mill-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
SenaNumru ta’ impjegati li telqu mill-FIAU
20194
202011
20219
20229
202312
2024 sal-14 ta’ Novembru13
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
SenaNumru ta’ impjegati godda mal-FIAU
201932
202040
202126
202231
202338
2024 sal-14 ta’ Novembru27
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx imkeċċija xi impjegati mill-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
SenaNumru ta’ impjegati li gew imkeccija mill-FIAU
2019NIL
20201 (terminated during probation)
2021NIL
2022NIL
20231 (terminated during probation)
2024 sal-14 ta’ Novembru1 (terminated during probation)