Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad u t-tip ta’ xogħol ta’ kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta’ kull sena akkademika mis-sena 2013 sal-lum u li qed jaħdem Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ma tiġborx informazzjoni ta’ dan it-tip. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li biex Jobsplus tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba tinħtieġ ikollha dettalji tal-persuni kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lil Job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta’ pajjiżna? Kemm kien hemm parteċipanti f’dawn il-sessjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi ta’ taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali. Dan it-taħriġ ingħata lill-ħdax-il Job Coach tad-Diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità f’Jobsplus.
Infurmat ukoll li f’din il-Leġiżlatura ġew organizzati disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti ġewwa l-MCAST. In-numru ta’ parteċipanti għal kull sessjoni ta’ taħriġ kien kif se nsemmi:
11 ta’ Lulju 2017 – 4 persuni
7 ta’ Settembru 2017 – 7 persuni
12 ta’ Settembru 2017- 18-il persuna
13 ta’ Settembru 2017 – 7 persuni
11 ta’ Ottubru 2017 – 7 persuni
25 ta’ Jannar 2018 – 21 persuna
8 ta’ Frar 2018 – 21 persuna
15 ta’ Marzu 2018 – 15-il persuna
12 ta’ April 2018 – 10 persuni
Rigward taħriġ ieħor f'din il-Leġiżlatura mill-Institute for Education, inkluż in-numru ta' parteċipanti, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6153.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — Korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jindika kemm saru korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet varji tat-tfal tagħhom tul din il-Leġiżlatura? Fejn u meta saru dawn il-korsijiet? Kemm saru korsijiet għall-għalliema biex ikunu aktar imħarrġa dwar id-dyslexia u kif ikunu jistgħu jgħinu l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6174.
Eżamijiet għall-Posts ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6586 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara verifika, irriżulta li tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6586 ma tistax tingħata mill-Ministeru tiegħi. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Kulleġġ San Benedittu – Korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja li jwasslu għal ċertifikazzjoni tal-Matsec m’għadhomx jingħataw aktar mill-Kulleġġ ta’ San Benedittu f’Ħal-Kirkop? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li residenti minn Ħal-Kirkop, iż-Żejtun u ż-Żurrieq qed jintalbu jattenda l-Blata l-Bajda? X’inhi r-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li peress li kien osservat li ċ-ċentru għat-tagħlim tal-adulti ta’ Ħal Kirkop ma kienx qed jiġbed u jżomm numru sostenibbli ta’ studenti adulti matul is-sena, din is-sena ċ-ċentru nżamm miftuħ għal dawk il-korsijiet fejn ir-riżorsi tal-iskola huma essenzjali fl-għoti tal-kors partikolari. Korsijiet oħrajn ġew mifruxa fuq 14-il ċentru ieħor li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabilità għandu fin-nofsinhar ta’ Malta, inkluż fiż-Żurrieq, iż-Żejtun u Ħal Kirkop stess. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’ Awwissu, id-direttorat kellu laqgħat mal-Kap tal-Iskola u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop bil-għan li għall-ġejjieni jkunu jistgħu jintlaħqu aktar studenti adulti u jitjieb l-użu tal-faċilitajiet tal-iskola ta’ Ħal Kirkop għat-tagħlim tal-adulti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-average teaching load tal-għalliema tal-Ingliż u tal-Matematika fl-iskejjel tal-istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-199 għalliema tal-Ingliż fl-iskejjel tal-istat qed jaqsmu bejniethom load ta’ 4,563 lezzjoni. Dan jagħti average load ta’ 22.93. Tajjeb wieħed jinnota li 15.7% tal-load ta’ dawn l-għalliema (718-il lezzjoni) hija ddedikata għal servizzi bħal Guidance, Library, Learning Support Zone u Health & Safety.
Il-183 għalliema tal-Matematika fl-iskejjel tal-istat qed jaqsmu bejniethom load ta’ 4,100 lezzjoni. Dan jagħti average load ta’ 22.4. Tajjeb wieħed jinnota li 14.4% tal-load ta’ dawn l-għalliema (590 lezzjoni) hija ddedikata għal servizzi bħal Guidance, Library, Learning Support Zone u Health & Safety.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji huwa ta’ 59.
Għalliema u LSAs li ġew trasferiti Għawdex temporanjament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema u LSAs li kienu jaħdmu f’Malta u ġew trasferiti fuq bażi temporanja f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex jiġi jaħdem Għawdex? F’kull każ jista' jgħid kemm kien ilhom jaħdmu f’Malta dawn l-għalliema u LSAs u issa li qegħdin Għawdex, kemm hemm minnhom li mhux qed jagħmlu x-xogħol ta’ għalliem jew LSA u x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm ħames għalliema u żewġ LSEs li ġew trasferiti fuq bażi temporanja f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex imur jaħdem Għawdex. Dwar kemm kien ilhom jaħdmu f'Malta dawn l-għalliema u LSEs, l-informazzjoni hija kif ġej:
Grad/Suġġett
Data li fiha mar/ret Għawdex
Żmien li kien/et ilu/ha Malta
Għalliema Ingliż
05/09/2013
19/09/2012
Għalliem Matematika
22/04/2015
24/09/2009
Għalliema Primarja
01/03/2017
19/09/2012
Għalliema Matematika
13/03/2017
22/02/2010
Għalliema Matematika*
20/09/2017
12/12/2014
SLSE
03/03/2015
06/12/2011
SLSE
LSE I from 02/04/2018
08/06/2017
26/10/2015
*Xogħol alternattiv (klerikali)
Minbarra dawn l-edukaturi, ikun hemm edukaturi oħrajn li waqt it-tqala tagħhom jiġu deployed f’Għawdex hekk kif stipulat fil-PSMC. Dawn l-edukaturi jirritornaw fi skola Malta ġaladarba jidħlu lura mill-Maternity jew Parental Leave.
Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ Youth Cafes, Hubs u Youth Stops li għandna f’pajjiżna u f’liema lokalitajiet qegħdin u meta twaqqfu? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi? Hemm il-ħsieb li jinfetħu oħrajn bħalhom speċjalment f’lokalitajiet kbar bħal Wied il-Għajn fejn hemm jgħixu numru kbir ta’ żgħażagħ u koppji żgħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Żgħażagħ toffri s-servizzi ta’:
- 5 Youth Cafes li qegħdin fil-Qawra, Imsida, Kottonera (twaqqfu f'Lulju 2012), Paola (Marzu 2018) u Qrendi (Ġunju 2018)
- 5 Youth Hubs li qegħdin fl-MCAST, GCHSS, Santa Venera (twaqqfu f'Ottubru 2014), Gżira (Ottubru 2015) u Għawdex (Ottubru 2016)
- Youth Stop wieħed li qiegħed fil-Youth Village Santa Venera (Ottubru 2013).
Dwar is-servizzi offruti minn dawn iċ-Ċentri, nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
AZ hija impenjata li tkompli bil-ħidma tagħha biex issaħħaħ dawn is-servizzi skont il-ħtiġijiet u r-rikjesti taż-żgħażagħ.
Attachments:PQ 6605 - Servizzi offruti minn Youth Cafes, Youth Hubs u YIOSS.pdf
Skejjel tal-Istat – talks kif l-istudenti jegħlbu l-istress
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel tal-Istat fejn isiru talks kif l-istudenti jegħlbu l-istress speċjalment fiż-żmien l-eżamijiet matul dawn l-aħħar ħames snin? F’liema skejjel saru dawn it-talks u meta saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-basktijiet/bagalji tal-iskola u b’mod partikolari għat-toqol tagħhom minħabba l-kotba tat-time table li l-istudenti jġorru u dan bi skop li nipprevenu kontra d-diformità tad-dahar, jista’ l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet jingħataw lill-headteachers ta’ skejjel privati u pubbliċi biex isegwu linji gwidi dwar x’inhu l-ammont adegwat ta’ kotba li l-istudenti għandhom iġorru? Jista’ jgħid x’inhuma dawn il-linji gwida? Isiru spezzjonijiet dwar dan il-qasam minn spetturi edukattivi fl-iskejjel primarji u skejjel sekondarji kemm pubbliċi kif ukoll privati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bidu tas-sena skolastika, f’Settembru tal-2017, inħarġet ċirkolari mid-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi lill-Kapijiet tal-iskejjel Statali kif ukoll dawk tal-Knisja u dawk Indipendenti dwar l-effett ta’ piż tqil tal-basktijiet tat-tfal.
F'din iċ-ċirkolari ngħataw ukoll rakkomandazzjonijiet ċari dwar it-toqol
(weight)
tal-basktijiet vis-a-vis l-
weight
tal-istudent. Ingħataw ukoll numru ta’ soluzzjonijiet dwar x’miżuri jistgħu jittieħdu biex il-piż tal-basktijiet jonqos. Kopja ta’ din iċ-ċirkolari qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6617 - Letter Circular - Heavy School Bags.pdf
Santa Luċija — Skola San Tumas More – tiswijiet fil-bieb prinċipali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-tiswijiet neċessarji fil-bieb prinċipali fuq wara tal-Iskola San Tumas More f’Santa Luċija u li jagħti għall-Triq Ħal Luqa, sarux?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fuq il-bieb tal-entratura li tagħti fuq wara tal-iskola San Tumas More f’Santa Luċija, inġabru l-kwotazzjonijiet għall-ispejjeż tal-alterazzjonijiet. Din l-imsemmija entratura se tiġi rtirata ’l ġewwa tlettax-il metru sabiex il-vettura li tkun dieħla (private bus) ikollha fejn toqgħod sakemm tinfetaħ il-grada u ma jinħoloq l-ebda periklu għal ħaddieħor. Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jsir wara li tingħalaq l-iskola għall-vaganzi tas-Sajf u għalhekk jiġi evitat kull periklu, kemm għall-istudenti, kif ukoll għal kull individwu ieħor.
Persuni li mhux ta’ ċittadinanza Maltija reġistrati mal-Jobsplus
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-JobsPlus u li għandhom impjieg f'Malta kemm jekk part-time jew full-time? Jista' jgħid kemm minn dawn huma reġistrati bħala li qed jaħdmu part-time u kemm minnhom qed jaħdmu full-time? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma ġejjin dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli (Tabella A: Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Tabella B: Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) li juru l-għadd ta’ persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-Jobsplus u li għandhom impjieg f'Malta u/jew f’Għawdex fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta’ Diċembru 2017.
Eżamijiet għall-Posts ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Għawdex — Aġenzija Sports Malta – proġetti infrastrutturali u apparat mixtri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali saru f'Għawdex u x'apparat sportiv inxtara għal Għawdex mill-Aġenzija Sports Malta sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum u x'kienet l-ispiża fuq kull proġett u apparat sportiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ispiża ta' l-assistenza mogħtija minn SportMalta f'Għawdex.
Attachments:PQ 6217 - SportMalta - Għawdex - assistenza mogħtija.pdf
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – chairperson u membri tal-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet, fl-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda mic-Chairpersons u l-membri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miġbura b'risposta għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant.
Ir-rimunerazzjonijiet indikati huma relatati mal-funzjonijiet konnessi max-xogħol tal-bord.
Attachments:PQ 6219 - MEDE - chairpersons u membri tal-bordijiet.pdf
Marsaskala — Studenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia u li joqogħdu Marsaskala? Kemm-il kors ta’ taħriġ sar (u meta saru dawn il-korsijiet) lill-ġenituri ta’ dawn l-istudenti f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet ta’ taħriġ għall-ġenituri ta’ tfal bid-dyslexia organizzati mill-SpLD f’dawn l-aħħar ħames snin. Dawn il-korsijiet ikunu miftuħa għall-ġenituri tat-tfal bid-dyslexia tal-iskejjel kollha ta’ Malta, inkluża dik ta’ Marsaskala. Dan ifisser li kull min ikun interessat ikollu l-opportunità li jattendi.
Infurmat li n-numru ta’ studenti mill-iskola primarja ta’ Marsaskala li għandhom din il-kundizzjoni huwa ta’ 38.
Għawdex — Direttiva fl-iskejjel primarji biex jingħaqdu
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna jekk ħarġitx direttiva fl-Iskejjel Primarji t’Għawdex biex il-klassijiet fejn hemm aktar minn klassi waħda f’kull grupp ta’ kwalunkwe sena partikolari, jingħaqdu?Jekk dan huwa minnu, jista’ l-Ministru jgħidilna għalfejn qed isir dan? Jista’ jikkonferma li ebda għalliem/a li taħdem jew jaħdem Għawdex mhu ser jintalab jibda jaħdem/taħdem fi skola f’Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma ħarġet l-ebda direttiva fl-Iskejjel Primarji t’Għawdex biex il-klassijiet fejn hemm aktar minn klassi waħda f’kull grupp ta’ kwalunkwe sena partikolari, jingħaqdu.
Fil-qagħda preżenti, l-eżerċizzju tad-deployment għadu għaddej.
Teżisti prassi dwar deployment ta' għalliema f'Għawdex. F'ċerti sitwazzjonijiet, eżempju f'sitwazzjoni ta' tqala, Għalliema jitilgħu Għawdex temporanjament minħabba t-tqala tagħhom u wara dan il-perjodu jintalbu jerġgħu jieħdu posthom lura Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. mil-liema lokalità f'Għawdex kienu dawn is-86
labourer
li ġew ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin; u
b. f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jew JobsPlus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li biex Jobsplus tkun tista tagħti l-informazzjoni mitluba tinħtieġ ikollha dettalji tal-individwi kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ korsijiet saru s’issa lill-ħaddiema tal-Community Scheme Works li qegħdin mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista' jgħid x'tip ta’ korsijiet oħra hemm ippjanati li jsiru għal dawn il-ħaddiema matul is-sena 2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-Diviżjoni tal-Istrateġija u Sapport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol flimkien mal-MCAST organizzat korsijiet lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel u faċilitajiet edukattivi oħra. Sar tagħlim fuq diversi snajja’ bħal xogħol ta’ dawl u ilma, tiswija ta’ ġebel, tikħil u tibjid u xogħol tal-injam u ħadid. Dawn il-ħaddiema ngħataw Ċertifikat MQF level 2.
Din is-sena qed jiġi organizzat kors lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li jagħmlu xogħol ta’ tindif fi ħdan l-istess Ministeru u skejjel tal-Istat. Dan il-kors, li huwa maqsum fuq tliet (3) ġimgħat, jinkludi ġimgħa Teorija fuq is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ġimgħa Teorija tat-Tindif u ġimgħa Prattika tat-Tindif. Fi tmiem il-kors, l-impjegati jingħataw Ċertifikat MQF level 2.