Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627, 27873 u 28094 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm Edukattiv GEM16+

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jagħrafx l-importanza tal-Programm Edukattiv GEM16+, li ilu għaxar snin imwaqqaf, u li matul dan iż-żmien ta u offra tagħlim edukattiv b’impenn ħolistiku lill-istudenti li ġew imħarrġa fih? Jista’ jgħid ukoll jekk dan jistax ikompli jintlaħaq minn studenti li għandhom bżonn attenzjoni speċifika u individwali li jattendu l-Higher Secondary fejn dawn l-istudenti jispiċċaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm Edukattiv GEM16+ — Trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Edukazzjoni beda jikkunsidra li l-Programm Edukattiv GEM16+ jiġi rrilokat mil-lokalità tal-Gżira biex jiġi integrat fil-Higher Secondary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm Edukattiv GEM16+ — Deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-istaff edukattiv tal-Programm GEM16+ qatt ma ġie kkonsultat dwar id-deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor, ħlief għal meta ġew informati mingħand żewġ Diretturi Ġenerali mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mill-Prinċipal tal-Kulleġġ stess? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi forma ta’ konsultazzjoni mal-għalliema tal-Programm qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm Edukattiv GEM16+ — Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-istaff edukattiv li mexxa b’tant dedikazzjoni, impenn ġenwin u sens ta’ mħabba matul dawn l-aħħar snin il-Programm Edukattiv GEM16+, se jsib postu fi ħdan il-Higher Secondary, jekk din tkun ix-xewqa tal-għalliem rispettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm Edukattiv GEM16+ — Filmat ta’ promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni biex ftit tal-jiem ilu, jiġi rrekordjat filmat ta’ promozzjoni minn servizz.gov dwar il-Programm GEM16+ fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira, meta l-programm kien qed jippromwovi l-faċilitajiet offruti minn din il-binja, ġaladarba d-Dipartiment kien jaf li ser isir għalxejn? Jista’ jgħid ukoll jekk id-deċiżjoni ttieħditx b’mod mgħaġġel u taħt pressjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Ground tal-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28307 u jgħid jekk il-ground li l-Iskola Primarja ta’ Bormla għandha preżentement huwiex ser jiġi garantit fl-iżvilupp ippjanat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi t-tweġiba lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27893, 28049 u 28243 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-evalwazzjoni għadha għaddeja.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26752 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28006.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24391 u 24904 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw 11-il karozza ġdida, 4 karozzi ġodda mill-Ministeru, u 7 karozzi ġodda mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, Żgħażagħ. Riċerka u Innovazzjoni. 5 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27893 u 28049 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Qawra — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27894 u 28050 u jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra u dan minħabba l-fatt li mill-informazzjoni mogħtija jidher li l-iskola preżenti tal-Qawra, laħqet is-saturation point tagħha, u b’hekk isir dejjem iktar diffiċli li l-istess skola tilqa’ fiha iktar tfal? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ estensjoni hu mistenni li jseħħ fl-istess skola biex tilqa’ għal din l-isfida?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dan l-istadju din mhux fil-pjanijiet.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Studenti li ma komplewx l-iskola obbligatorja — Eżenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24314 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21072, fejn ingħad: "Infurmat li t-talbiet kollha għall-eżenzjonijiet jintbagħtu u jiġu approvati mid-DIER. Hekk kif toħroġ l-eżenzjoni jkunu mmarkati bħala eżentati fuq l-MIS. F’każ li l-istudent ikollu diffikultajiet soċjali jsir kuntatt ma’ servizzi jew professjonisti oħra involuti. L-eżenzjonijiet jinħarġu biss għal dawk l-istudenti li jkunu għalqu 15-il sena.", jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu minn dawn l-eżenzjonijiet bejn 2020 u l-2024, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Settembru 2020 4 2021 9 2022 10 2023 11 2024 2

Is-suġġett tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24315 u jgħid kemm hemm studenti li qed jagħżlu r-Reliġjon bħala s-suġġett tagħhom minflok l-Etika? X’persentaġġi hemm meta tqabbel iż-żewġ suġġetti? Jista’ jagħti wkoll l-ammonti matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena Skolastika Studenti li għażlu r-Reliġjon Studenti li għażlu l-Etika 2018/19 23415 2597 2019/20 22570 3835 2020/21 24148 2628 2021/22 23038 3888 2022/23 21068 6609 2023/24 20680 7538 2024/25 20956 7360

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22368 u 25598 u jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta' LSE? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mosta – Skola Sekondarja taż-Żokrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22389 u 25600 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.