Tista' l-Ministru tgħid xi planning processes fl-IT, li rrefera għalihom l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għal 2007, iridu jissaħħu fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kif se jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet? X'time frame hemm biex isiru dawn l-aġġustamenti? Tista' tgħidkif dawn in-nuqqasijiet li sab l-Awditur Ġenerali f'dan il-qasam qed jaffetwaw oqsma oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru? Tista' tgħid dawn in-nuqqasijiet kemm swew flejjes lill-Ministeru? Min kien il-moħħ wara l-planning processes li rrefera għalihom l-Awditur Ġenerali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awditur stess, f’paġna 106, taħt it-titli System Restore u Security Features tar-rapport annwali tiegħu tal-2007 jgħid b’mod ċar li s-sistema wżata għandha sistemi tal-back-up u tas-sigurta’ li huma sodi ferm. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda inċident, s’issa, li għamel ħsara fis-sistema li swiet xi flejjes sabiex tissewwa. Il-Malta Information Technology Agency, li hi s-service provider tal-Gvern, tagħmel back-up regolari fuq bażi ta’ daily-weekly-monthly, u għalhekk hu diffiċli ferm li jkun hemm telf ta’ data fuq skala massiva.
Għar-rigward ta’
business continuity
, għaddej proċess bejn l-
Information Management Unit
(IMU)
Human Resources Development
sabiex jagħmlu
risk analysis
ta’ l-i
Schools Teachers Students Application
u minn dak li jirriżulta jinħoloq
business continuity plan
li jintuża f’kontinġenzi. Dan il-proċess beda f’Jannar li għadda u maħsub li jintemm f’Ġunju li ġej.
Peress li ma kien hemm l-ebda inċident tal-IT, ma ġie effettwat l-ebda qasam fid-dekasteru.
Il-
Planning Process
ma kienx il-frott ta’ moħħ waħdieni, iżda riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru, d-Direttorati u l-IMU.
Dan kollu ġie spjegat għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd fil-
Public Accounts Committe
.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2976, tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet ta' dawk il-plumbers mit-Technical Services Branch u snajja' oħra li ma ingħataw l-ebda overtime matul is-sajf tal-2008? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li dawn l-individwi, għalkemm talbu, ma ingħata l-ebda overtime lilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni kollha mitluba ġa ingħatat bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4330.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2989, tista' l-Ministru tgħid liema se jkunu it-18-il programm ġdid, wieħed b'wieħed li se jittellgħu minn Channel 22 matul l-2009? Kemm se jdum għaddej kull programm? Għal min se jkun intenzjonat kull programm? Tista' tgħid min huma l-isponsorsta' kull program wieħed b'wieħed u x'ammont ta' sponsorship se jagħti kull sponsor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Mistoqsija Parlamentari 2989 tirrigwarda l-iskeda Ottubru- Diċembru 2008 u mhux l-2009. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari nru 4726.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3833, jekk kif għedt fir-risposta ċ-ċertifikati ntbagħtu bil-posta lil parteċipanti li kienu għamlu kors in kwestjoni, għaliex persuna mis-sezzjoni tal-Health and Safety kienet ġabet lil persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex jiffirma sitt ċertifikati ta' dan l-istess kors, ta' għalliema li applikaw biex iġeddu l-post tagħhom ta' peripatetic health and safety teachers fl-ewwel sejħa li saret fl-2008, ħames minuti qabel ma għalqu l-applikazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux korrett li jingħad li persuna intalbet tiffirma sitt ċertifikati ħames minuti qabel ma għalqu l-applikazzjonijiet tat-tiġdid tal-post tagħhom ta’ Peripatetic Health and Safety Teachers.
Dikjarazzjoni mill-Bord ta’ l-Għażla qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex jiġu ndirizzati u ma jiġux ripetuti irregolaritajiet proċedurali ndikati fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għas-sena finanzjarja 2007 f’paġna 97 dwar ħlasijiet żejda lill-kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku u dwar l-użu ta’ numru iżjed ta’ vetturi milli meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn ikun possibbli li n-numri ta’ studenti li għalihom jintalab it-trasport jiġi rifless fin-numru ta’ rotot skont il-ftehim, dan isir. Pero’ jeżistu numru ta’ każi fejn tinħoloq rotta b’numru iżgħar ta’ studenti peress li d-distanza bejn il-lokalitajiet involuti ma tippermettix li tinħadem f’ħin raġonevoli stabbilit mill-ftehim. Per eżempju, mill-outskirts fejn hu impossibbli li jidħol xarabank u jkun hemm ftit tfal ta’ l-iskola, tintuża minibus saċ-ċentru tar-raħal, u fejn il-lokalita’ tkun kbira ħafna, bħalma hi l-Mosta, jintużaw żewġ vetturi biex jilħqu l-firxa wiesa’ ta’ pick-up points f’din il-lokalita’.
Biex ma jiġux ripetuti rregolaritajiet proċedurali ndikati fir-rapport ta’ l-Awditur, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed kontinwament jinsisit mal-Prinċipali tal-Kulleġġi u li l-kapijiet ta’ l-iskejjel biex jizguraw li l-iskejjel jagħtu l-informazzjoni dwar
trips
li ma jkunx hemm bżonn isiru jew ikunu jridu jiġu amalgamati fiż-żmien stipulat fil-ftehim mas-
service provider
.
Barra minn hekk, l-
invoices
qed ikunu ċċekkjati kemm mill-i
School Transport Section
kif wkoll mill-Assistent Direttur (Servizzi Finanzjarji) qabel jgħaddu għall-ħlas.
Qed ikun zgurat li kull bidla fir-
route register
tkun notifikata mill-i
School Stransport Section
lit-Taqsima ta’ l-
Accounts
, li mbagħad tivverifika mar-rapporti li jintbagħtu mill-iskejjel kull xahar.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3833, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-attendenza li rreferiet għaliha fir-risposta u li ngħatat lir-Red Cross Society biex ikunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati fir-rigward tal-Basic First Aid Course li kien organizzat fl-2007 mis-sezzjoni tal-Health and Safety u li tmexxa mill-istess Red Cross? Min informazzjoni li għandi, din l-attendenza għal tliet ijiem li dam il-kors, għalkemm saret, għal xi raġuni ma għadhiex teżiżti. Jekk dan hu l-każ allura jista' jagħti l-każ li fil-fatt kien hemm lok ta' abbuż, li bih setgħu ġew żvantaġġjati xi parteċipanti fil-ħruġ taċ-ċertifikati? Ma jidhrilhiex li l-fatt li dan id-dokument uffiċjali intilef huwa ħaġa serja u ta' min jindaga fuqha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saret indaġni fuq il-fatti li qed issir riferenza għalihom, u minn din jirriżulta li:
· L-attendenza inżammet b’mod regolari u ġiet mgħoddija lir-
Red Cross
;
· Fl-aħħar jum tal-kors, kull min kien preżenti ntalab jimla applikazzjoni. Iċ-ċertifikat ħareġ lill-għalliema kollha li mlew l-applikazzjoni;
· Il-kopja ta’ l-applikazzjonijiet kollha qegħdin fil-kustodja tad-Direttorat;
· Il-ħlas li sar għall-kors jaqbel man-numru ta’ applikazzjonijiet;
· Ġie vverifikat ma’ numru mill-għalliema li attendew il-kors li ċ-ċertifikati tqassmu fis-sajf tas-sena 2007;
· Ma jirriżultax li xi parteċipant wera bil-fatti li kien preżenti u ma ngħatax ċertifikat.
Tista' l-Ministru tgħid min kien is-service provider/s li minkejja li kellu/hom kuntratt ġdid, baqa'/ baqgħu jagħmlu invoice lid-Direttorati tal-Edukazzjoni bir-rati l-qodma li kienu ogħla u li nuqqas ta' kontrolli ippermettew li jibqa' jitħallas/u skond it-talba tiegħu/hom? Kemm tħallsu flus żejda b'dan l-ingann u nuqqas ta' kontroll f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-service provider li tħallas bir-rati l-qodma kien Paramount Garage.
L-ammont li tħallas żejjed kien ta’ €7,554.06, liema ammont inġabar lura.
Qed ikun żgurat li kemm l-i
School Transport Section
kif ukoll it-Taqsima ta’ l-
Accounts
ikunu infurmati bid-dettalji ta’ kull
tender
li tingħata b’mod aktar formali mit-Taqsima tal-
Procurement
billi jintbagħat il-
file
rilevanti u jiġi
acknowledged
li dawn it-taqsimiet irċevew l-informazzjoni, biex ikunu evitati żbalji simili fil-futur.
Issa li ħareġ ir-rapport finali tal-TIMMS 2007, tista' l-Ministru tgħid kif marret Malta komparata ma' pajjiżi oħra f'dan l-istħarriġ? X'kienu l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport dwar Malta? X'passi konkreti ittieħdu mid-Dipartiment tal-Quality Assurance biex jindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati bħala riżultat ta' dan l-istħarriġ? Hemm xi ħsieb li jsiru analiżi komparattivi mal-pajjiżi Ewropej li pparteċipaw f'dan l-istħarriġ? Fuq l-indikazzjonijiet ta' dan ir-rapport jista' jiġi kkummissjonat lill-Università ta' Malta rapport riċerkat dwar il-qagħda fl-iskejjel kollha f'dawn l-oqsma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning qed jistudja r-riżultati tar-rapport finali tat-TIMMS 2007 li kien ippublikat f’Diċembru tas-sena 2008, bil-għan li janaliżża kif it-tagħlim fl-iskejjel tagħna jkun aktar effettiv.
Ta’ min jgħid li qabel ma kien ħareġ ir-riżultat kien diġa twaqqaf grupp biex jistudja l-istat ta’ l-edukazzjoni tax-xjenza fis-settur, kemm primarju kif ukoll sekondarju.
F’Malta l-iskejjel kollha sekondarji, li jgħoddu disgħa u ħamsin, ipparteċipaw f’TIMMS 2007. Total ta’ 4,670 student tal-Form 3 ġew assessjati.
Fil-Matematika, l-istudenti Maltin marru tajjeb u Malta ġiet fis-16-il post minn 49 pajjiż. Malta marret aħjar mill-Iskozja, l-Italja, Ċipru, l-Bulgarija, r-Rumanija u n-Norveġja. Pajjiżi li marru aħjar minn Malta jinkludu l-Ungerija, l-Ingilterra, il-Litwanja, ir-Republika Ċeka u s-Slovenja.
Ir-riżultat fil-qasam tax-Xjenza ma kienx daqshekk sodisfaċenti. Malta giet fit-30 post minn 49 pajjiż. L-Iżvezja, l-Iskozja, l-Italja u n-Norveġja huma fost il-pajjiżi li marru aħjar minn Malta fil-qasm tax-Xjenza. Pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li ġie wara Malta huwa Ċipru.
Fost il-grupp ta’ studenti Maltin li pparteċipaw fit-TIMMS 2007, ma kien hemm l-ebda differenza li hija statistikament sinifikanti bejn il-bniet u s-subien fl-oqsma tax-Xjenza u l-Matematika. Din ix-xejra ma tirriflettix ix-xejra internazzjonali fejn il-bniet marru aħjar mis-subien.
Meta tqabbel il-kisbiet internazzjonali fost il-pajiżi parteċipanti, huwa mportanti li wieħed iqis l-esperjenzi kurrikulari ta’ l-istudenti li ġew assessjati. L-analizi li tajna hawn fuq hija bbażata fuq rapport dwar l-iskor medju hekk kif ippreparat miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Studju li jinsab f’Boston College u ċ-Ċentru tal-Iproċessar tad-Data u r-Riċerka tal-IEA u li ġew ippublikati f’rapporti internazzjonali.
Is-sitwazzjoni fl-iskejjel kollha qed tiġi studjata mit-tim tan-National Strategy for Science Education, li jinkludi membri mid-Direttorat għal Edukazzjoni, l-Universita’ ta’ Malta, l-Għaqda Skejjel tal-Knisja u Indipendenti, l-Għaqda tal-Għalliema tax-Xjenza u ċ-Chamber of Scientists.
Id-Dipartiment tal-Quality Assurance qiegħed jiddisdkuti dan ir-rapport mad-dipartimenti u sezzjonijiet ikkonċernati f’kuntest fejn ir-riżultati huma inkoraġġanti izda nemmnu li r-riformi sejrin itejbu r-riżultati tagħna meta nerġgħu nieħdu sehem fit-TIMMS li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-management committee ta' Channel 22? Min innomina dan il-kumitat, u kull meta jiġi rikostitwit? X'inhi l-onorarja ta' kull membru ta' dan il-kumitat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ Channel 22 twaqqaf mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni f’ Lulju 2008. Il-membri tieghu huma s-Segretarju Permanenti, illum Dr Christopher Bezzina; Fr Joe Borg, Konsulent fil-Ministeru u Ms Nadette Bugeja. L-unika persuna li tiehu remunerazzjoni ghas-servizz taghha hija Ms Bugeja u din tlahhaq ghal ewro 1,200 fis-sena.
Tista' l-Ministru tgħid kif inxtraw il-kotba li jużaw il-libreriji pubbliċi, jekk hux minn aġenti pubbliċi jew inkella minn postijiet oħra? Liema proċedura tintuża sabiex isir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba li inxtraw għall-Libreriji Pubbliċi, nxtraw mingħand aġenti pubbliċi jew distributuri li jkunu awtorizzati mill-aġenti pubbliċi jew awturi sabiex ibiegħu l-kotba tagħhom.
Il-proċedura li tintuża biex jinxtraw il-kotba għal-Libreriji Reġjonali u Fergħat hi dik fejn il-persuna li tieħu ħsieb il-librerija tagħżel il-kotba li għandhom jinxtraw għal dik il-librerija partikolari fuq pariri u listi li tirċievi skont il-ħtiġijiet tal-klijenti. Fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Uffiċjal Inkarigat flimkien mas-sezzjoni tal-akkwisti, fuq
feedback
minn kapijiet tas-sezzjonijiet u n-nies li jużaw il-librerija, jiġu identifikati l-kotba li għandhom jinxtraw biex jiżdiedu mal-kollezzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm din is-sena se jispiċċaw mill-iskola sekondarja studenti subien u bniet separatament? Tista’ tagħti l-figuri għall-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li din is-sena se jispiċċaw mill-iskola sekondarja ta’ l-istat huwa ta’ 3,258. Minn dawn 1,549 huma subien u 1,709 huma bniet. Din l-informazzjoni tinkludi l-iskejjel sekondarji, Junior Lyceums u ex-Opportunity Centres.
In-numru ta’ studenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti huwa hekk:
Skejjel tal-Knisja: 799 subien u 685 bniet għal total ta’ 1484 student
Skejjel Indipendenti: 248 subien u 912 bniet għal total ta’ 475 student.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’għalliema li bħalissa qegħdin jaħdmu u għandhom aktar minn 61 sena? Kemm minnhom qed jaħdmu mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u privati separatament? Id-Direttorat tal-Edukazzjoni kellu talbiet minn għalliema biex jingħataw estensjoni tas-servizz wara li jkunu għalqu l-61 sena? Kemm–il talba ġiet aċċettata? F’liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li bħalissa qegħdin jahdmu u li għandhom aktar minn 61 sena huwa hekk:
Full-time
Part-time
Skejjel ta’ l-Istat
11
Xejn
Skejjel tal-Knisja
16
10
Skejjel Indipendenti
13
9
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kellu 24 talba minn għalliema biex jingħataw estenzjoni tas-servizz wara li jkunu għalqu l-61 sena. Minn dawn 12 ġew aċċettati f’dawn is-suġġetti:
Autocad
,
Design & Technology
;
Graphical Communications
, Malti, Oqsma ta’ l-Għerf, Ingliż, Taljan u Matematika.
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata lill-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu jagħmlu kontroll tad-doping? Liema għaqdiet ibbenefikaw fis-sena finanazjarja li għaddiet u kemm kienet din l-għajnuna? Liema għaqdiet fil-fatt diġa` talbu għall-għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-doping matul din is-sena? Hemm min ġie mgħejjun diġa`?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Isem tal-Għaqda
Tip t’assistenza
Sena
Ammont
Approvat
Kunsill Malti għall-iSport
Doping Unit Set Up
2008
€ 16,958
Malta Amateur Athletic Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 2,096
Malta Football Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 18,635
Malta Triathlon Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 745
Malta Weightlifting Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 1,165
L-għaqdiet li diġa’ għamlu talba għal għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-
doping
matul l-2009 huma:
Aquatic Sports Association of Malta
Malta Amateur Athletic Association
Malta Football Association
Malta Judo Federation
Malta Tennis Federation
Malta Triathlon Association
Għaqda Regatta Nazzjonali
It-talbiet għal din l-għajnuna għadhom qed jiġu proċessati.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — kumitati
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — energy efficiency audits
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saru żewġ energy efficiency audits minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażaġħ u Sport. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid li l-Gvern bħalissa qed jipprepara biex iniedi eżerċizzju li permeżż tiegħu ser isiru
energy audits
fil-binjiet tad-dipartimenti u entitatjiet fis-settur pubbliku bl-iskop li jiġu studjati x-xejriet fil-konsum ta’ l-enerġija u jsiru rakkomandazzjonijiet dwar kif ikun jista’ jitnaqqas dan il-konsum. Fil-fatt, bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand uffiċjali pubblici li għandhom il-kwalifiki neċessarji u li huma interessati jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju bħala
energy auditors
. Hu ppjanat li dawn l-
audits
jibdew hekk kif jiġi ffinaliżżat il-proċess ta’ l-għażla.
Tista' l-Ministru tara kif student li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, tneħħielu l-facilitator li kien il-ħin kollu miegħu u li bl-assistenza tiegħu kien qed javvanza fl-istudju tiegħu? Dan tneħħielu mingħajr ebda preparazzjoni ta' xejn bl-iskuża li l-finanzi tal-Gvern ma jippermettux din l-għajnuna lil dan l-istudent?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-persuna imsemmija fil-Mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid tul is-sena finanzjarja 2008 x’verifika saret dwar amalgamazzjoni ta’ vjaġġi fuq rotot tas-servizz tat-trasport skolastiku minn kuntratturi li jaqbdu jagħmlu dan bla awtoritazzjoni mill-awtoritajiet edukattivi li jħallsu tas-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rotot li jiġu amalgamati jiġu kkonfermati mal-Kapijiet tal-iskejjel u jitħallsu skond kif provdut fil-ftehim bejn l-operaturi u d-Direttorat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm multi weħlu kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku għal vjaġġi li kellhom jagħmlu u ma għamlux tul is-sena finanzjarja 2008? X’tip ta’ verifika saret dwar dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena finanzjarja 2008, il-multi li weħlu l-kuntratturi għal vjaġġi li ma għamlux kienu hekk:
Unscheduled Bus Service (UBS) €3,496
Ko-operattiva tal-Mini Buses €477
Public Transport Association (PTA) €3,725
Il-verifika li saret dwar dan in-nuqqas kienet tikkonsisti fir-rapporti li ntbagħtu b’mod regolari mill-iskejjel lill-uffiċjal responsabbli mit-trasport wara li dawn kienu infurmati bin-nuqqas. Saru wkoll żjarat għall-għarrieda fl-iskejjel mill-istess uffiċjal, speċjalment meta xi każi ġew ripetuti.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur — Trasport skolastiku - Sitt rakkmandazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi twettaq mis-sitt rakkmandazzjonijiet li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur fir-rapport tiegħu għas-sena 2007 f’paġna 101 biex it-trasport skolastiku għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fi skejjel mainstream jitmexxa aħjar u b’kontroll finanzjarju serju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex jiġi kkontrollat l-infieq fuq it-trasport għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel mainstream, qiegħed isir iċċekkjar aħjar tal-invoices mar-rapporti li jaslu mill-iskejjel fl-aħħar tax-xahar, kif ukoll qed jiġi żgurat li r-rati mħallsa huma skont it-tender.