Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking, b’mod partikolari jekk ġewx identifikati l-entitajiet pubbliċi li ser ikunu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-regolament u l-għodda li dawn ser ikollhom biex jagħmlu din il-ħidma?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events — electricians
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistenija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ħaddiema mingħajr aċċess għall-emails
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li ma għandhomx aċċess għall-email, ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva? Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ħaddiema fi grad maniġerjali – ħlas addizzjonali
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principle curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – kriterji għall-għażla ta’ ħaddiema
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – job description relatati
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma’ kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-PBS hux se jxandar il-logħbiet kollha tal-World Cup live? Jekk iva, jista’ jgħid fuq liema channel?
Response (BONNICI, OWEN)
Bi pjaċir inħabbar li l-Public Broadcasting Services Ltd. se xxandar il-logħbiet kollha tal-World Cup. Il-logħbiet primarjament se jixxandru live fuq TVM ħlief għal meta il-logħob kun fit-20:00 u jaħbat mal-Bulettin tal-Aħbarijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-logħob jiġi mxandar fuq TVM2. Meta jkun hemm żewġ logħbiet fl-istess ħin, dawn se jixxandru waħda fuq TVM u l-oħra fuq TVM2.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni tad-Dar tal-Anzjani fl-Imqabba? Peress li saru oġġezzjonijiet kbar mir-residenti dwar is-sit propost, jista’ l-Ministru jgħid humiex qed jiġu kkunsidrati siti alternattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qed jitmexxa minn Projects Malta. Għaldaqstant, nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt:
Lista mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien tat-toroq li ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod minnu matul is-sena 2017 u 2018. (Resurfacing)
Isem tat-Triq
Triq Annetto
Triq Santa Marija (parti)
Triq Santa Marija (parti)
Triq Dejma (parti)
Kunsill Lokali tal-Fgura – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija wettaq xogħol ta’ resurfacing fuq parti minn Triq Pensieri fl-istess lokalità.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bidu ta’ Triq Żabbar, f’Raħal Ġdid li marret lura sew, hiex se ssir mill-ġdid tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li rigward il-bidu ta’ Triq Żabbar, f’Raħal Ġdid qed isiru negozjati biex isir ix-xogħol din is-sena.
Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li matul il-perjodu msemmi ġiet irranġata Triq il-Melita.
Kunsilli Lokali – nefqa f’bini ta’ toroq mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex f'bini ta' toroq mill-ġdid matul is-snin 2016 u 2017, sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa ta’ 18.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament
.