Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Inġustizzja mal-ħaddiema ġo fabbrika fix-Xewkija Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qiegħed jippermetti li ssir inġustizzja lampanti fil-fabbrika li isimha qed jintbagħat separatament fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Għawdex fis-sens li qiegħda ssir diskriminazzjoni mal-ħaddiema peress li ċerti ħaddiema jitħallsu u oħrajn jitħallew għal xhur mingħajr paga u jekk ġustifikament jilmentaw minħabba dan id-dewmien, huma jiġu mhedda bit-terminazzjoni tal-impjieg tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Liġi dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali tipprovdi li kull prinċipal għandu jħallas l-pagi lill-impjegati tiegħu skont il-kuntratt tax-xogħol f’intervalli regolari. Huwa l-prinċipal li għandu jonora l-kuntratt li daħal għalih u li għandu r-responsabbilità skont il-liġi li jħallas il-pagi dovuti fid-data ffissata għall-ħlas tal-paga. Sfortunatment, għad ikun hemm każi fejn min iħaddem ma josservax l-obbligu li joħroġ mill-kuntratt tal-impieg li daħal għalih u li ukoll hu impost fuqu mill-liġi.
Fejn, jirriżulta, wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet neċessarji mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg, li pagi ma jkunux tħallsu lill-impjegati fid-data dovuta tal-ħlas, id-dipartiment jitlob formalment lill-prinċipal biex iħallas l-ammonti dovuti ħalli jiġi f’konformità mal-liġi. Fil-każ li dan ma jsirx id-dipartiment jieħu l-passi neċessarji u jressaq il-każ quddiem il-qorti.
Din il-proċedura ġiet segwita fil-każ imsemmi.
M'hemm xejn ħażin li wieħed ifittex id-drittijiet tiegħu – anzi huwa neċessarju li kull persuna tressaq l-ilmenti tagħha jekk tara jew taħseb li l-affarijiet m’humiex isiru kif suppost. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-liġi tagħti protezzjoni kontra l-possibbilità ta’ vittimizzazzjoni ta’ xi ħaddiem wara li dan iressaq ilment lill-awtoritajiet konċernati. Jiena nħeġġeġ lil kull min jinstab f’xi problema li għandha x’taqsam max-xogħol li jirrikorri għand l-awtoritajiet rilevanti biex wieħed jara x’jista’ jsir biex l-affarijiet isiru kif suppost.
B'referenza għall-kawżi li l-Unjoni Ewropea għamlet lil Malta rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern Malti kemm fl-ispejjeż li kellu jħallas lill-Qorti Ewropea, kif ukoll dawk l-ispejjeż lill-avukat barrani u spejjeż b'konnessjoni ma' biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni lid-delegazzjoni Maltija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-ispejjeż kollha inkluż dawk tas-safar tad-delegazzjoni Maltija kienu €24,428.57.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ex-lukanda li tinsab qrib il-pjazza ta' Buġibba u li għandha l-bibien tagħha fil-ground floor miftuħa jiġu magħluqa għaliex il-post qed isir eye sore?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħol rikjest mill-Onorevoli Interpellant sar fil-ġimgħat li għaddew. Tajjeb wieħed jifhem ukoll li din hija proprjetà privata u għalhekk il-gvern irid ikun kawt ħafna fl-interventi li jagħmel.
Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jieħu l-passi neċessarji biex il-bibien ta' lukanda li m'għadhiex tintuża fil-front ta' Buġibba (qrib il-pjazza) jingħalqu b'mod permanenti, peress li qed iservi bħala post ta' abbuż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm din hija proprjetà pubblika, x-xogħol sar mill-ħaddiema tal-gvern sabiex jitneħħa l-periklu li kien jeżisti.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17007 u 16777 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tar-rationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri l-aħħar sitwazzjoni dwar l-status ta’ artijiet li ġew ammessi fiż-żona ta’ l-iżvilupp permezz ta’ l-eżerċizzju tar-razzjonalizzazjoni li ġie approvat mill-Parlament Malti f’Lulju tal-2006.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il tender ġie mwaqqaf jew pospost is-sena li għaddiet? Jista' jgħid għaliex ġew imwaqqfa jew posposti dawn it-
tenders?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17097 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15089 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li fir-risposta tiegħu jgħid li se tittieħed azzjoni diretta fuq is-sit in kwestjoni, l-persuna responsabbli mill-istat ta' illegalità qiegħda titħalla tkompli l-iżvilupp illegali bi sfida ta' kull azzjoni ta' nfurzar ikkontemplata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-każ ECF 730/07 għadu jinsab riferut biex tittieħed azzjoni fuqu. L-awtorità tintervjeni fi żmien opportun f’kunsiderazzjoni ukoll ta’ illegalitajiet oħrajn milquta b’azzjoni ta’ infurzar. Intant is-sit qieghed jiġi mmonitorjat biex jiġi żgurat illi ma jitiligħux strutturi fiħ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex isir xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta hu intenzjonat li dan ix-xogħol jibda? Jista jgħid x’se jkunu x-xogħlijiet li jikkostitwixxu dan il-proġett u b’mod partikolari jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun qed jinkludi l-bdil ta’ bankini u l-bdil ta’ xi servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar ix-xogħol li jrid isir fuq din it-triq.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jingħata għajnuna finanzjarja mill-gvern biex jagħmel numru ta’ toroq permezz tal-iskema ta’
public private partnership
. Vjal il-Ħelsien se tkun inkluża f’dan il-ftehim billi l-gvern jipprovdi l-finanzjament kollu neċessarju biex isir ix-xogħol li hemm bżonn f’din it-triq.
Ix-xogħol ippjanat mhux se jinkludi l-bdil ta’ bankini però se jinkludi l-bdil ta’ servizzi. Qed jiġi ippjanat li x-xogħol jibda aktar tard din is-sena wara li jinħarġu l-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17523, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet li hemm fir-rapport ġew inklużi fid-diskors tal-budget u liema rakkmandazzjonijiet oħra beda x-xogħol biex jiġu implimentati saħansitra qabel il-budget?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MCESD ikkummissjona lil Dr Godwin Cordina biex jislet rapport rigward l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f’Għawdex bl-għan li l-proposti jiġu ppreżentati mill-Gvern waqt il-Konsultazzjoni tal-Budget għal 2010. L-implimentazzjoni ta’ l-istess rapport min-naħa tal-gvern ma ssirx mill-MCESD.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17249, 17018, 16488, 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar t’April 2010 in-numru ta’ persuni li m’humiex impjegati fis-Settur Pubbliku u li jaħdmu fuq bażi ta’ kuntratt definit mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa kif spjegat fit-tabella mehmuża.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16559 u ċioe: B'referenza għall-kawżi li l-Unjoni Ewropea għamlet lil Malta rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern Malti kemm fl-ispejjeż li kellu jħallas lill-Qorti Ewropea, kif ukoll dawk l-ispejjeż lill-avukat barrani u spejjeż b'konnessjoni ma' biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni lid-delegazzjoni Maltija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 16559
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio Sigurtà, Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju – Naturali, Kumitat Ornis, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż, Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali, Kumitat tal-Utenti (Appuntat mill-MEPA), Kumitat tan-Nomini għall-Unuri, Dekorazzjonijiet u Għotjiet, Kumitat tat-Tmexxija Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, Kumitat tat-Tmexxija Teatru Manwel, Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp, Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MEUSAC, Minerals Advisory Bord, National Sovereignty and Jurisdiction Committee, Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Panel ta’ Konċiljazzjoni, Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi, Tribunal Industrijali? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda kuntratt li ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv.
· Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio-Sigurtà
· Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju Naturali
· Kumitat Ornis
· Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż
· Kumitat tat-Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali
· Kumitat ta’ l-Utenti (appuntat mill-MEPA)
· Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp
· Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust
· Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor
· Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur
· Minerals Advisory Board
· National Sovereignty and Jurisdiction Committee
· Orkestra Filarmonika Nazzjonali
· Panel ta’ Konċiljazzjoni
· Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi
· Tribunal Industrijali
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif tidher fit-tabella annessa.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters tal-gwerra li huma magħrufa li jeżistu skont l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u l-Għargħur? X'passi tieħu l-istess awtorità biex dawn ix-shelters jiġu mħarsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA, sal-lum, skedat shelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Mġarr, wieħed f'Għajn Tuffieħa u tnejn fil-Mellieħa, u oħrajn f'lokalitajiet oħra. Kull shelter tat-Tieni Gwerra Dinjija huwa awtomatikament protett permezz ta' l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali peress li għandhom 'il fuq minn ħamsin sena u għandhom valur storiku. F'kull applikazzjoni għal żvilupp li tista' taffettwa shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija l-MEPA tinkludi kundizzjonijiet u garanziji bankarji sabiex tħares dawn ix-shelters.
Il-MEPA qed iżżomm informazzjoni dwar kull
shelter
li jinstab waqt żvilupp, speċjalment minħabba li xi wħud minn dawn jinstabu aċċidentalment. Ta' min jgħid ukoll li kientet bdiet tiġbor inventarju ta'
tax-shelters
sabiex tkun tista' tagħti pariri dwar żvilupp li jista' jaffettwhom, imma minħabba prioritajiet oħra u nuqqas ta' riżorsi kellha tissospendi dan il-proġett.
Kull min għandu informazzjoni dwar fejn jinstabu
shelters
tat-Tieni Gwerra Dinjija huwa mħeġġeġ sabiex jgħaddi din l-informazzjoni lill-MEPA.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 068 rigward titjib tat-Teatru tal-Operazzjonijiet u tat-Twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li bħalissa 97 fil-mija mill-proġett qiegħed fil-fażi ta’
tendering
, minħabba li diversi sejħiet għall-offerti kellhom joħorġu diversi drabi, b’detriment għad-dewmien fl-implimentazzjoni. Bħalissa m’hemmx pagamenti imħallsa fis-sistema.
Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 031 rigward titjib taż-Żewwieqa Waterfront jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 3 fil-mija biss tal-valur ta’ dan il-proġett ġie mogħti f’kuntratti. Il-proposti għas-sejħa t’offerti tax-xogħlijiet (95 fil-mija tal-proġett) qegħdin fil-fażi ta’ evalwazzjoni. Pagamenti s’issa saru biss €18,644 li kienu marbutin ma’ studju.
proġett ta' Villa Rundle — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-valuri u l-benefiċjarji tal-proġett ERDF 024 rigward titjib ta’ Villa Rundle jinsab fuq is-sit elettroniku http://www.ppcd.gov.mt.
Ninfurmah ukoll li 84 fil-mija tal-kuntratti tal-proġett ingħataw. ‘Il fuq minn 80 fil-mija tal-valur tal-kumplament huma marbuta ma’ sejħa għall-offerti li bħalissa qegħda fuq is-suq. Ix-xogħlijiet bdew. Pagamenti saru b’ €1,200 li huma marbuta ma’ attivitajiet preparatorji.
proġett ta’ Wied il-Mielaħ — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no022)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tingħata f’Mistoqsija Parlamentari numru 19836.
proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’Mistoqsija Parlamentari numru 19835.