Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20005 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inawgurazzjoni tat-tined tat-tempju ta' Ħaġar Qim

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19638, u peress li l-Prim Ministru qal li l-kontijiet għadhom qed jinġabru, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) jekk intalbux stimi għax-xogħol li kellu jsir maċ-ċerimonja msemmija; b) min ħa ħsieb jiġbor l-istimi; ċ) abbażi ta' dawn l-istimi, jista' jingħata breakdown ta' dak li kellhom inkunu l-ispejjeż; u d) jista' jagħti indikazzjoni kemm se jdum biex jiġi finalizzat dan il-kalkolu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xandira tal-inawgurazzjoni tal-proġett taċ-Ċentru tal-Viżitaturi u t-tined protettivi f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra saret bħala parti mill-“Extended Public Service Obbligation” tal-Public Broadcasting Services u għalhekk il-PBS ġie nkarigat bil-koordinazzjoni u l-produzzjoni tal-programm. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kont mibgħut mill-PBS kif ukoll tabella b’informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar spejjeż oħra.
Leg 11 PQ #20015 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif tista' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tassigura li applikazzjonijiet marbutin ma' bini ta' ħitan tas-sejjieħ fil-fatt jiġu kkunsidrati fid-dawl tal-importanza li tali ħitan għandhom/jista' jkollhom fuq l-ambjent tal-kampanja, minflok abbażi ta' jekk tali ħitan iservux biex jirrispettaw l-għelieqi f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħitan tas-sejjiegħ huma fost l-aktar aspetti importanti ta' l-ambjent tal-kampanja, kemm bħala lqugħ għall-ħamrija kif ukoll bħala element tradizzjonali ewlieni li jagħti karattru lill-pajsaġġ rurali. Bosta ħitan tas-sejjiegħ għandhom ukoll valur bħala wirt kulturali jew bħala habitat ekoloġiku. Għaldaqstant, huwa importanti li interventi bħal dawk imsemmija mill-Onorevoli interpellant isiru skond is-sengħa dovuta, isegwu l-profil naturali tal-post, u jagħtu każ tal-karatteristici ambjentali tal-madwar. Fuq kollox, il-ħitan għandhom ikunu tassew mibnija bis-sejjiegh, l-għoli tagħhom għandu jkun limitat għal dak li huwa biżżejjed biex iżomm il-ħamrija bla ma jkerraħ l-inħawi, u l-intervent m'għandux iwassal għal frammentazzjoni ta' l-art bil-problemi serji li din iġġib magħha. Meta tkun qed tikkunsidra applikazzjonijiet bħal dawk imsemmija, l-Awtorità tħares kemm lejn il-ġustifikazzjoni ta' l-intervent, kif ukoll lejn il-kwalità tax-xogħlijiet proposti u l-effett li dawn ikunu se jħallu fuq l-inhawi, sabiex b'hekk ikun żgurat li x-xogħlijiet in kwestjoni jissarrfu f'titjib fl-ambjent tal-kampanja u mhux f'aktar ħsarat jew impatti negattivi fuq il-pajsaġġ.
Leg 11 PQ #20016 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — bini/tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal dawk li huma bini/tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ, f'Malta u Għawdex, quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha mija sitta u ghoxrin (126) applikazzjoni ghall-permess ta' żvilupp (PA applications) u żewġ (2) Notifiki għall-iżvilupp (DNOs) għall-bini, tiswija u/jew alterazzjonijiet ta' ħitan tas-sejjieħ. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli (Table 1 & Table 2) bid-dettalji mitluba: Din l-informazzjoni ngabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "sejjieh" jew "rubble".
Leg 11 PQ #20017 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Linji tal-arju low cost

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet pendenti minn linji tal-arju low cost biex jibdew itiru minn u lejn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MTA iżżomm kuntatt kontinwu ma’ diversi linji ta’ l-ajru, sew dawk low cost kif ukoll oħrajn, bil-għan li tassigura li kull opportunità tajba għal pajjiżna tiġi kkunsidrata fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Leg 11 PQ #20039 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għax-Xjena u t-Teknoloġija — spejjeż li tħallsu fuq proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru tgħid kemm matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kienu jammontaw ir-rifużjonijiet li ngħataw fuq spejjeż li fuqhom tħallset it-taxxa fi proġetti ta' riċerka approvati mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Tekonoloġija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, ma ingħata l-ebda rifużjoni fuq spejjeż li fuqhom tħallset it-taxxa fi proġetti ta’ riċerka approvati mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Kunsill għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Leg 11 PQ #20050 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjazza Santa Margerita Bormla — latrina pubblika

Question

Issa li għadda sajf ieħor u l-latrina pubblika imwegħda għal diversi snin fl-area ta' Pjazza Santa Margerita Bormla baqa' ma saritx, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara dan? Jista' jgħid jekk dan il-proġett hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, meta se ssir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Nru 14874.
Leg 11 PQ #19457 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Audit Trail dwar ir-recovery u recyclable waste

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-certification tal-audit trail tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ir-recovery u recyclable waste proċessat mill-GreenMT u l-GreenPak rispettivament? Kemm saru spot checks min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji qabel ma saret iċ-ċertifikazzjoni xierqa? Kien hemm każijiet fejn xi waħda minn dawn il-kumpaniji ġiet rifjutata ċertifikazzjoni xierqa? Kif jispjega l-fatt li GreenPak qed jiddikjaraw li mmaniġjaw recovery/recycling ta’ 10,000 tunnellata f’sitt snin ta’ ħidma filwaqt li GreenMT qed jgħidu li rkupraw 12,000 tunnellata fl-ewwel sena ta’ ħidma tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċertifikat tal-audit trail tal-iskat ipproċessat mill-GreenMT u l-GreenPak jinħareġ minn awdituri akkreditati. It-tabella ta' hawn taħt telenka l-permessi differenti li nħarġu mill-2006 u indikazzjoni ta' jekk hemmx certifikazzjoini minn Awditur akkreditat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikati mehmużin ma' din ir-risposta. Il-process ta' kif issir iċ-ċertifikazzjoni ma jirrekjedix spot checks mill-MEPA. Tiġi segwita proċedura ta' awditjar li tiġi mħaddma mill-Awditur indipendenti. It- terms of reference għal din il-proċedura li ġew introdotti għar-rappurtaġġ mill-2009 'il qudddiem, qegħdin jiġu mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra (Mehmuż f'Anness III). Kien hemm każijiet fejn ir-rapport tal-Awditur innota xi nuqqasijiet. Kull fejn ikun hemm nuqqasijiet innotati, il-MEPA titlob spejegazzjoni mill-iskema. Skond l-ahhar rapport annuali tal-GreenMT (July 2009 - December 2009), GreenMT qed jiddikkjraw li irreciklaw 3,363 tunellata fl-2009. Mir-rapproti ta' kull 3 xhur jidher ukoll li l-ewwel sitt xhur tal-2010 Green MT rupraw 6189 tunellata. Il-MEPA ma hix f'pozizzjoini li tikkrorabora il-figura msemmija ta' 12,000 tunellata. Ta'min jghid ukoll li-ammont li ghandu jigi rriciklat min skema jiddependi fuq kemm ipoggu fuq is-suq kollettivament il-membri ta'dik l-iskema. Fl-ewwel snin tal-operat tal-iskemi kien hemm ftit membri li kienu fl-iskemi allura l-ammont kumulattiv ta' Packaging li kellu jigi rkuprat kien zghir.
Leg 11 PQ #19458 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — liċenzja għall-proġett pilota tal-GreenMT

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid matul liema medda ta’ żmien kien qed jopera l-proġett pilota tal-GreenMT qabel ma nħarġitilhom il-liċenzja formali u jekk dan dejjem kellux l-awtorizzazzjoni tal-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha? Kemm kien hemm membri li ħadu sehem f’dan il-proġett pilota? X’kien il-persentaġġ tar-recovery tal-packaging waste kif ukoll x’kien ir-recovery f’termini ta’ volum u l-ammont/persentaġġ riċiklat? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Amjent u l-Ippjanar taċċetta l-ispjegazzjoni pubblika li saret mill-GreenMT li d-dwemien fit-tiġdid tal-operating permit tagħhom kien dovut biss għall-fatt li l-GRTU kienet qed tuża l-Wasteserv bħala r-receiving facility tagħha? Jikkonferma li l-awtorità għamlet żmien ma taċċettax id-dikjarazzjoni tar-riċevuti tal-GRTU mibgħuta lil din il-faċilità mill-Wasteserv? Meta ħarġet il- final receiving certificate tagħha u liema perjodu kien ikopri dan? Billi l-GRTU ddikjarat uffiċjalment li rkuprat 1,427 tunnellata f’sitt xhur, kif wieħed jirrikonċilja d-dikjarazzjoni pubblika li rkupraw 12,000 tunnellata fi 12-il xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19493 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Talbiet għal career breaks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn rgiel u għal liema raġuni? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-ebda talba għall-Career Break ma ġiet miċħuda fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 11 PQ #19515 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftuħ ta' Lukandi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm fetħu lukandi f’pajjiżna? Liema huma? X’kategorija huma? Kemm għandhom sodod f’kull lukanda? Kemm għandhom ħaddiema kull lukanda jaħdmu magħhom illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm infetħu lukandi u stabbilimenti li jipprovdu akkommodazzjoni mis-sena 2008 sal-lum
Leg 11 PQ #19520 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għeluq ta' lukandi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm għalqu lukandi f’pajjizna? Liema huma? X’kategorija kienu? Kemm kellhom sodod f’kull lukanda? Kemm kellhom ħaddiema jaħdmu magħhom f’kull lukanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum għalqu tliet lukandi u stabbilimenti li jipprovdu akkommodazzjoni u li informazzjoni dwarhom qed tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19544 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Website companies Maltin taħt investigazzjoni mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jidentifika liema huma s-seba' website companies Maltin li qegħdin ibiegħu electronic goods on line li huma taħt investigazzjoni mill-Unjoni Ewropea wara li nstabu li huma qed joperaw b'allegat ksur tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar ħarsien tal-konsumatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-website companies Maltin li ma kenux konformi mal-liġi tal-konsumatur kienu erbgħa. Wara investigazzjonijiet li saru mid-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, tnejn minn dawn il-kumpaniji irregolarizzaw ruħhom, ieħor ikkomferma li se jikkomforma ruħu mal-liġi, filwaqt li website oħra ġiet iddiżattivata. Għaldaqstant, f’dawn iċ-ċirkostanzi, ma baqax skop li wieħed isemmi l-ismijiet tal-kumpaniji involuti.
Leg 11 PQ #19803 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Air Quality Framework Directive

Question

Jista’ l-Prim Ministru jirrivela kif il-provedimenti tal-air quality framework directive tal-1996 qed jiġu mwettqa, speċjalment vis-à-vis it-tagħrif li jingħata lill-pubbliku rigward il-livelli tat-tniġġis fl-arja b’mod li jkun aktar user friendly, inkluż anke l-forecasting ta’ ċerti pollutants fuq medda ta’ tlett ijiem bil-quddiem? Kemm sar minn dan ir-rappurtaġġ kemm ilna li dħalna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa il-pubbliku jista' jaċċessa d-data li jiġġeneraw l-istazzjonijiet ta' kejl fiss li għandha il-MEPA permezz tas-sit elettroniku tal-MEPA http://www.mepa.org.mt/airquality . L-istazzjonijiet tal-Għarb u f'Kordin juru d-data in real time u flimkien mal-kejl tal-konċentrazzjoni tas-sustanza inkwinanti f'ug/m3 jew mg/m3 juru ukoll air quality index li jaqsam il-kejl f'descriptors bħal low, moderate, high u very high. Ovvjament id data li tidher in real time tkun għadha mhux ivvalidata, għaliex dan huwa proċess ta' Quality Control tad- data li ħafna minnhu jrid jsir manwalment u jieħu l-ħin. Min-naħa l-oħra l-istazzjonijiet tal-Msida u taż-Żejtun għandhom sistema differenti (għalissa) l-ġġiegħel lill-MEPA tniżżel id-data darba kull jum u allura jidhru fuq is-sit elettroniku tal-MEPA ġurnata b'lura. F'dan il-każ ma jagħmilx sens li jkun hemm air quality index ħdejn din id-data. Però permezz tal-proġett fuq l-istrateġija dwar il-monitoraġġ ambjentali li huwa kofinanzjat mill-Fondi ta' struttura l-istazzjonijeit taż-Żejtun u l-Imsda se jinqalbu fuq is-sistema li għandhom l-istazzjonijiet l-oħra u jkollhom ukoll l-air quality index . Jekk kollox jimxi mal-programm dan se jseħħ sa l-aħħar ta' Marzu 2012. Eventwalment ġaladarba jkun operattiv l-istazzjon ta' kejl fiss f'Attard dan ukoll se jkollu din is-sistema. Ta' min jsemmi li b'erba' stazzjonijiet Malta huma konformi mar-rekwiziti tad-Direttiva 2008/50/KE f'dak li għandu x'jaqsam man-numru ta' siti ta' kampjunament u bl-istazzjoni f'Attard, Malta tkun qed tmur oltre dan ir-rekwizit. Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant ghall-fatt li Direttiva 2008/50/EC li tirrevoka id-Direttiva Kwadru fuq il-kwalità tal-arja 96/62/EC ma tinkludi l-ebda obbligu li jingħata "il- forecasting ta' ċerti sustanzi inkwinanti fuq medda ta' tlett ijiem bil-quddiem". Skont Artiklu 26 ta' din id-Direttiva (li jittrata fuq l-informazzjoni li għandha tingħata lill-pubbliku), fejn jiġu osservati livelli ta' sustanzi inkwinanti ogħla mill-valuri limitu, flimkien mal-informazzjoni l-oħra li għandha tingħata l-pubbliku, għandu jkun hemm ukoll tbassir għall-wara nofs in-nhar jew ġurnata/ġranet sussegwenti rigward a) l- area geografika ta' fejn hu mbassar li jiġu rreġistrati dawn il-livelli għolja kif ukoll informazzjoni fuq xi tibdil li hu mbassar li jkun hemm fil-livelli ta' sustanzi inkwinanti (titjib, stabilizzazzjoni jew deterjorament). Bħalissa il-MEPA qeda fil-proċess li tibni l-kapacità sabiex jkun jista' jsir l-immudellar tal-kwalità tal-arja kif ukoll it-tbassir tal-kwalità tal-arja u fil-fatt dawn it-tekniċi isemmew fil-miżura li tittrasponi id-Direttiva 2008/50/EC u li ħarġet għall-konsultazzjoni permezz ta' Notifika tal-Gvern 961/2010. Sa ma tinbena din il-kapacità l-MEPA qed toffri r-riżultati ta' dak li jisejjaħ kejl indikattiv u li f'Malta jsir permezz tan- network tal- passive diffusive tubes . Dan in- network jinkludi 'l fuq minn 100 sit ta' kampjunament mqassam f' 40 lokaliltà f'Malta u Għawdex u l-kejl jittieħed kull xahar. Permezz ta'dawn it-tubi, jitkejjlu l-ammonti ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tal-azotu, bezene, toulene u xilene fl-arja u ġeneralment il-pubbliku jista' jingħata r-riżultati bejn wieħed u ieħor tliet xhur b'lura.
Leg 11 PQ #19918 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prints tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiċċarġja l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-applikanti għal prints li jridu jsiru minnha skont il-proċeduri ġodda tal-ipproċesar tal-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20029 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Twaqqif tal-Awtorità Maltija għall-Kummerċ Ġust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li tkun imwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Kummerċ Ġust?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġie imħejji abozz ta' liġi dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Dan l-abbozz jipprovdi ukoll emendi għal xi liġijiet oħra l-aktar sinjifikanti dawk li jirrigwardaw il-liġi tal-Kompetizzjoni. L-abbozz bħalissa qed jiġi diskuss mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili.
Leg 11 PQ #20030 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema ngaġġati fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena u kemm kienu dawk li spiċċaw mis-servizz pubbliku minħabba riżenji jew għaliex laħqu l-età tal-irtirar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ukoll għas-Servizz Pubbliku. Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar u tletin ta’ Settembru ta’ din is-sena is-Servizz pubbliku naqas b’170 ħaddiem.F’dan il-perjodu ġew ingaġġati 798 impjegati fis-Servizz Publiku.Matul l-istess perjodu, 210 impjegati rriżenjaw u 581 irtiraw bl-età. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu,177 impjegati spiċċaw mis-Servizz Pubbliku għall-raġunijiet oħra li huma mewt, boarding out minħabba raġunijiet ta’saħħa, tmiem ta’ kuntratt, kif ukoll tkeċċija wara tmiem ta’ proċeduri dixxiplinarji.
Leg 11 PQ #20031 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Grupp ta' Ħidma — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grupp ta’ Ħidma maħtur sabiex jinvestiga u jipproponi modi kif binjiet adattati fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna jistgħu jintużaw għall-alloġġjar tat-turisti u/jew bħala uffiċini? Meta nħatru, x’inhi r-remunerazzjoni tagħhom u kemm-il darba saru laqgħat ta’ dan il-grupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma nħatar l-ebda Grupp ta’ Ħidma sabiex jagħmel il-ħidma li rrefera għaliha l-Onor.Interpellant. Is-segretarjat Parlamentari tat-Turiżmu u l-Awtorità tat-Turiżmu qed jaħdmu sabiex l-irħula u bliet tagħna jilqgħu fihom aktar turisti.L-inizjativi li qed jittieħdu diġà bdew iħallu frott hekk kif bdew jidħlu applikazzjonijiet il-MEPA għall-lukandi żgħar (Boutique Hotel) fil-bliet u rħula li s’issa m’għanghomx lukandi.
Leg 11 PQ #20032 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq restawr ta' bini storiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kien hemm persuni li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% fuq in-nefqa ta' restawr ta' bini storiku jew ta' patrimonju skedat Grade 1?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20033 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Playgrounds jew playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il studju sar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena fuq playgrounds jew playing fields fil-lokalitajiet sabiex titjieb is-sigurtà għat-tfal u ż-żgħażagħ li jużawhom? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-playgrounds jew playing fields?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li f’Ġunju ta’ din is-sena saru diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, bdew it-tħejjijiet biex jitfasslu linji ta’ gwida fuq is-sigurtà ta’ playgrounds u kif dawn jiġu mmaniġjati. L-iskop ta’ din il-gwida huwa: a) li jiprovdu informazzjoni għal min jkun qed jiddisinja jew jippjana playground ġdida, jew biex jitejjebu il-faċilitajiet ta’ playgrounds eżistenti; b) li jiprovdu informazzjoni teknika għal min ikun se jitfa offerta għal xiri ta’ apparat għal playgrounds ; c) biex jistipola il-manutenzjoni regolari tal- playgrounds u r-responsabilitajiet biex jinżammu f’kundizzjoni tajba; d) biex tistipola l-ispezjonijiet li għandhom isiru mod regolari u dawk li għandhom isiru kull sena. Għalhekk l-għan prinċipali ta’ dan ix-xogħol hu li jitħejjew linja ta’ gwida għal disinn u mmaniġjar serju tal- playgrounds għas-sodisfazzjon ta’ dawk li jużaw dawn il-faċilitajiet. It-tfassil ta’din il-gwida beda billi ġew identifikati l-entitajiet interessati biex jiffurmaw kumitat tekniku. Dawn huma: - Dipartiment tal-Kunsilli Lokali - l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali - Dipartiment tas-Saħħa publika - MEPA - Kummissjoni għal Persuni b’Dizabilità - Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal - Malta Playing Fields’ Association Bejn Ġunju u Awwissu, il-Kumitat Tekniku ltaqa’ madwar erba’ darbiet biex tfassal abbozz ta’ din il-gwida. F’Awwissu beda perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ xagħrejn fejn kulħadd jista’ jikkumenta fuq dan l-abbozz. S'issa l-MSA irċeviet numru ta’ kummenti validi. Hu mistenni li lejn l-aħħar ta’ din is-sena l-Kummitat Tekniku jiltaqa u jiffinaliza il-gwida fejn jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-kummenti tal-pubbliku. Din il-gwida tista’ tiġi ppubblikata bħal standard nazzjonali meta jkun hemm qbil bejn kulħadd. Dan l-iStandard jista' jiġi wżat mill-kunsilli lokali u entitajiet oħra biex isir assessjar ta’ riskju fuq is-sigurtà tal- playgrounds . B’hekk dan jista jintuża bħala għodda biex jassigura s-sigurtà fil- playgrounds . Għall-aktar tagħrif dwar il-gwida wieħed jista’ jidħol fuq dan is-sit: www.msa.org.mt
Leg 11 PQ #20076 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Wied Ganu fiż-Żurrieq - farmhouse mibnija bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif ġiet issanata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar farmhouse mibnija f'Wied Ganu iż-Żurrieq li kienet tappartjeni lill-familja indikata separatament meta din inbniet bla permess xi seba' snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.