Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tibdil fl-istrutturi ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tissanzjona u tinforza tibdil fl-istrutturi ta' bini, anke faċċati tad-djar, ta' dak il-bini u strutturi li nbnew qabel ma twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan ta' detriment kemm finanzjarju u anke strutturali għal dawn is-sidien? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hijiex tagħraf dawn id-diffikultajiet u hijiex tikkonsidra approaches oħra biex dawn is-sidien ma jbatux bla ħtiega?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20224 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq restawr ta' bini storiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20032 u jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kien hemm persuni li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% fuq in-nefqa ta' restawr ta' bini storiku jew ta' patrimonju skedat Grade 1?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20234 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — kunsill lokali - għalqa biswiet iċ-ċimiterju tal-Mosta

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fil-lokalità tal-Mosta, proprju fejn il-kunsill lokali għamel bankina ġdida quddiem iċ-Ċimiterju tal-Mosta li maġenbu hemm għalqa li qabel ma sar ix-xogħol tal-bankina l-ġdida kienet b'xi mod magħluqa bl-ilqugħ, iżda issa dan l-ilqugħ tneħħa u dan qed iwassal sabiex f'din l-għalqa qed jintefa' skart kif ukoll jista' jagħti lok sabiex vetturi jistgħu jidħlu f'din l-għalqa u jkun iffaċilitat serq mill-istess ċimiterju? Jista' l-Kunsill Lokali tal-Mosta jibni ħajt jew jipprovdi ilqugħ u jżomm milli jibqa' jintefa skart f'din l-għalqa biswit ċ-ċimiterju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda forma ta’ ilqugħ fis-sit indikat qabel ma saret il-bankina msemmija. Madankollu qed isiru tentattivi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex jiddentifika s-sidien tas-sit in kwistjoni sabiex itellgħu l-ilqugħ neċessarju.
Leg 11 PQ #20237 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fond f'San Ġiljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jispeċifika x'inhu awtorizzat li jiġi ġestit kummerċjalment skont il-permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-fond ġo Sliema/San Ġiljan li l-informazzjoni dwaru qed tingħata separatament? Jista' jispeċifika jekk il-mużika hijiex permessa li tindaqq fl-istess fond u jekk iva, x'inhuma l-limitazzjonijiet mposti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mil-Licencing Department?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20253 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiġdid tal-ID Cards — proċess

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19777 u 19945 dwar il-proċess ta’ tiġdid tal-karti tal-identità u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur biex il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità jiġi komplut minn meta jinbeda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa kkalkolat li l-proċess tat-tiġdid tal-karti ta’ l-identità jdum madwar tnax il-xahar biex jiġi komplut.
Leg 11 PQ #20273 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għal proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19624 u jgħid kemm għadda żmien mill-applikazzjoni sal-lum ta' kull proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun jew aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu fost oħrajn dwar liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Leg 11 PQ #20274 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — proġetti pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19622 u jgħid kemm-il proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun u aktar, hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu fost oħrajn dwar liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Leg 11 PQ #20295 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq fi stat diżastruż — ħofra - ġustizzja ma' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx mod li ssir ġustizzja ma' persuna li ssofri ksur f'saqajha wara waqa' f'ħofra fit-triq tagħha, liema triq tinsab fi stat diżastruż, li baqgħet f'dan l-istat minkejja d-diversi rapporti li saru lill-kunsilli rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jkun aktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema triq u kunsill qed jirreferi.
Leg 11 PQ #19524 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li huma responsabbli mill-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li għandhom ir-responsabbilitajiet tal-monti li jinsabu f’dik il-lokalità? Kemm hu n-numru ta’ liċenzji tal-bejjiegħa tal-monti f’kull lokalità? X’inhi l-pożizzjoni tal-kunsilli vis-à-vis il-monti f’dik il-lokalità? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern ta’ Malta vis-à-vis il-monti f’dik il-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19525 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali li m'humiex responsabbli mill-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet u/jew ċioe iz-zones li fihom jiġu organizzatti monti imma li l-kunsill lokali ta’ dik il-lokalità m'għandux x’jaqsam magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19547 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

objection dwar l-iżvilupp propost għall-isports hall u faċilitajiet anċillari fil-Għargħur Football Ground

Question

Bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra x’kienet il-kunsiderazzjoni li ħadet il-MEPA dwar l-objection dwar l-iżvilupp propost għall-isports hall u faċilitajiet anċillari fil-Għargħur Football Ground, Triq Gaspare Formica c/w G Gafa c.w. Triq il-Balal, Għargħur minn fejn irrizulta li għalkemm l-indirizz tas-sit jirreferi għall-Għarghur Football Ground fil-fatt l-applikanti m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-Għargħur FC? L-applikanti ma jirrappreżentawx residenti tal-Għargħur iżda biss il-Birkirkara St Joseph Sports Club li m’huma relatati fl-ebda mod mal-Għargħur. Ic-CMLP kienet għamlet designation tas-sit għall-isport suppost in line mal-policies GR01 u CG18. Policy 7.1.6 ta’ CGR01 tac-CMLP tagħmilha ċara li is-sit huwa earmarked għal area ta’ rikreazzjoni fi ħdan ix-Xwieki HOS u li hemm siti oħrajn designated bħala ġonna pubbliċi jew football ground area. Li jekk wieħed ineħħi l-faċilitajiet sportivi eżistenti il-Għargħur jinsab taħt il-livell medju bi kwart f’dawk li huma spazji rikreazzjonali fejn jidħol standard nazzjonali u li policy 7.1.7 ta’ GR01 tas-CMP tagħmilha ċara li s-sit li tirreferi għalih bħala new public recreational space titkellem b’dan il-mod dwaru “higher level district sport provision in the form of sport complexes are more suitably located elsewhere, and thus no such development are planned within Għargħur in order to safeguard its quiet and low key character”. B’żieda ma’ dan, fil-fehma tiegħi, konferma ta’ kemm dan il-proġett mhuwiex maħsub biex iħares l-interessi tar-residenti, ġej mill-fatt li l-iżvilupp propost jimmira li jimmassimizza l-potenzjal tal-iżvilupp billi jinkludi wkoll blokk amministrattiv ta’ żewġ sulari flimkien ma’ parkeġġ taħt l-art. L-applikant mhuwiex sid is-sit li huwa proprjetà tal-gvern u għaldaqstant jeħtieġ li jippreżenta dokumenti legali bħala prova tad-dritt rappreżentattiv u l-applikazzjoni ma tirrappreżentax 70% tas-sit skond kif titlob il-masterplan. Ma taħsibx li dan kollu jikkonferma li l-iżvilupp propost mhuwiex in line mal-provvedimenti tas-CMLP u se jservi biss ta’ inkonvenjent għall-ġirien li apparti milli ilhom joġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp jemmnu li mhux se jsir fl-interessi tal-komunità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-applikazzjoni li ġġib in-numru PA 2441/10, għall-iżvilupp ta’ Sports Hall u faċilitajiet anċillari fuq is-sit tal-Għargħur Football Ground li jmiss ma’ Triq Gaspare Formica, Triq G. Gafa u ma Triq tal-Balal fil-Għargħur, għadha fi stadju bikri u għadha ma ittieħdet l-ebda deċiżjoni. Din l-applikazzjoni hija ‘outline’ u għalhekk qed jintalab permess fil-prinċipju. L-oġġezzjonijiet li tirċievi l-MEPA fuq applikazzjonijiet għall-iżvilupp jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ ppjanar. Dan il każ mhux differenti u l-oġġezzjonijiet sottommessi dwar dan l-żvilupp propost jiġu nnotati u trattati bl-istess proċedura. L-applikazzjonijiet għall-iżvilupp ma jiġux deċizi skond l-applikant (ossija a bażi ta’ ‘ownership’) imma skont l-iżvilupp u jekk dak propost hux konformi mal-liġijiet u l-policies stabbiliti ta’ l-ippjanar. Wieħed għandu jserraħ moħħu li l-istudji, proposti u policies tal-Pjan Lokali, f’dan il-każ, għaċ-Ċentru ta’ Malta, jiġu kkonsidrati waqt il-proċess ta’ applikazzjoni għall-iżvilupp u din l-applikazzjoni mhux differenti. L-applikazzjoni tinkludi ċertifikat li s-sit tal-proprjetà huwa l-applikant. Madankollu se ssir verifika dwar dan skont proċeduri stabbiliti. Rigward x’se tkun id-deċizjoni tal- MEPA dwar din l-applikazzjoni, għadu ftit prematur biex wieħed jikkonkludi minħabba li preżentament intalbet aktar informazzjoni, lill-applikant dwar l-iżvilupp propost. Wara li tiġi sottomessa din l-informazzjoni, jkun għad iridu jsiru konsultazzjonijiet ma’ Dipartimenti u Aġenziji oħra Governattivi fejn imbagħad tkun tista tingħata rakkommandazzjoni lill-Board għal deċiżjoni.
Leg 11 PQ #19550 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kuntratt tal-BWSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba formali tal-gvern lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kuntratt tal-BWSC li dwaru l-istess Unjoni Ewropea ressqet għadd ta' mistoqsijiet? It-tweġiba tal-gvern minn min tħejjiet fuq livell tekniku? Jista' jsemmi l-persuni kollha nvoluti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar- risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 19648. Kif inhi l-prassi normali, il-persuna u l-enti li ffirmat t-tweġiba tassumi r-responsabiltà sħiħa għall-kontenut tagħħa.
Leg 11 PQ #19554 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

management committee dwar Kemmuna

Question

Jista' l- Prim Ministru jgħid x'sar mill-pjanijiet li kellha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xi snin ilu biex ikun hemm management committee dwar Kemmuna li jinkludi fost aspetti oħrajn, dawk ekoloġiċi u ambjentali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-MEPA qed taħdem mal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu u Transport Malta biex tfassal qafas li jista' jintuża biex fuqu jinbena pjan ta' immaniġjar għal dan is-sit protett. L-ewwel laqgħa mal-partijiet interessati (stakeholders) saret aktar kmieni din is-sena. Aktar laqgħat u diskussjonijiet iridu jsiru fil-futur qarib biex jintlaħaq qbil ta' kif ċertu partijiet tal-gżira jistgħu jiġu immaniġjati.
Leg 11 PQ #19597 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Villa Bonici - Bdil fl-istatus tal-ġonna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex u meta l-istatus tal-ġonna ta’ Villa Bonici f’Tas-Sliema ġie mibdul minn Urban Conservation Area għal ‘unspecified as included height in the NHLP 2006’?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19598 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell ta’ popolazzjoni proġettat għal tas-Sliema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-livell ta’ popolazzjoni proġettat mill-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal Tas-Sliema biex tiżgura ippjanar urban u żvilupp sostenibbli għall-inħawi? Jekk din it-tip ta’ proġettazzjoni ma saritx, xi kriterji jużaw l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet oħra governattivi biex jiżguraw żvilupp sostenibbli li jissalvagwardja s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ tas-Sliema? X’policies ta’ sostenibbilità qed jiġu segwiti fl-istrateġija ta’ żvilupp għal dik il-belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19804 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Integrated pollution and control directive

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati inventarji ta’ tniġġis ta’ stabbilimenti li jaqgħu taħt il-provediment tal-integrated pollution and control directive – IPPC tal-1996, fejn l-istabbilimenti inkluż il-power stations u miżbliet, huma rikjesti li jagħtu rendikont lill-pubbliku u liċ-ċittadini? Kemm ippubblikat minn dawn ir-rapporti l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjanti f'Malta li jaqgħu taħt id-Direttiva tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control) huma obbligati li jissottomettu rapport annwali rigward il-performance ambjentali tagħhom (Annual Environmental Report). Il-MEPA qed tippubblika dawn ir-rapporti fuq il-websajt tagħha, (www.mepa.org.mt/ippc-applications-installations, fejn ir-rapporti annwali huma maqsumin skont l-impjant). S'issa l-MEPA ppublikat disa' Annual Environmental Reports ta' impjanti tal-IPPC. Barra minn hekk, il-pubbliku jista' wkoll jitlob informazzjoni ambjentali addizzjonali li tkun ġiet sottomessa lill-MEPA minn dawn l-impjanti. Malta wkoll kull sena tissottometti rapport lill-Kummissjoni Ewropea li jikkonsisti f'inventarju ta' rilaxx ta' inkwinanti u trasferimenti ta' skart minn impjanti li jaqgħu taħt id-Direttiva tal-IPPC u xi oħrajn. Żewg rapporti (tas-sena 2007 u 2008) diġa' ġew sottomessi taħt il-provvedimenti tar-Regolament dwar ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti, EC 166/2006 u huma disponibbli għall-pubbliku minn http://prtr.ec.europa.eu/. Ir-rapport tal-2009 ser ikun sottomess fis-sena 2011, skont il-provvedimenti ta' dan ir-Regolament.
Leg 11 PQ #19805 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarzna — rapport fuq l-impatt fuq l-ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jassigura li t-tarzna, issa operata minn Palumbo u l-proġett l-ieħor tal-yachts, hux se jiġi marbut bl-istess proċeduri tad-direttiva IPPC tal-1996, u jekk qabel jingħata l-go ahead sabiex jopera, tawx rendikont ibbażat fuq studju serju ta’ x’se jkun l-impatt fuq l-ambjent? Kemm se jiġi ġġenerat tniġġis? Kif se jiġi trattat u kif se jissalvagwardja liċ-ċittadini tad-dawra u dawk li jinsabu fis-South ta’ Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal- yachtsma jaqax taħt l-iskop tad-direttiva ta' l-IPPC (L.N. 234 ta' 2002 kif emendata). Fir-rigward tat-tarzna, il-MEPA bħalissa għadejja minn diskussjonijiet ma' l-operatur tat-tarzna biex tevalwa jekk l-operat jaqax taħt l-iskop ta' din id-direttiva. Jekk wara dawn id-diskussjonijiet, jirriżulta li t-Tarzna ma taqax taħt l-iskop ta' l-IPPC, il-MEPA tibda diskussjonijiet ma' l-operatur rigward il-possibilita' li l-operat ikun suġġett għal permess ambjentali (environmental permit). Dan il-permess ikun ikopri aspetti ambjentali bħal emissjonijiet lejn l-arja u l-baħar u l-immaniggjar ta' l-iskart fost l-oħrajn. Bħalissa il-MEPA qiegħda timplimenta dawn il-permessi b'mod volontarju, għalkemm hemm il-ħsieb li fil-futur din is-sistema ta' permessi ambjentali issir obligatorja għal attivitajiet ta' dan it-tip.
Leg 11 PQ #19894 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Mielaħ — proġett

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu kull xahar minn Marzu 2010 sal-lum fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022) li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? Meta tlesta dan il-proġett? Jekk ma tlestiex, x’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Wied il-Mielaħ f’Għawdex, proġett xprunat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb u ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, wasal biex ikun konkluż bil-pjanijiet huma li, dment li ma jinqala xejn, jitlesta sa Novembru din is-sena. Fil-fatt jien infurmat li kull ma fadal isir huma xogħlijiet minuri ta’ rfinar, proċessar ta’ pagamenti u s-sottomissjoni tar-rapport tal-għeluq lill-Managing Authority kompetenti. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tad-dettalji tal-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19896 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartimenti li hemm fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mhumiex inklużi fit-tieni Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika? Hemm xi ħsieb li dawn id-dipartimenti jinbidlu f’aġenziji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jiena nfurmat li l-fatt li l-entità fi ħdan is-Servizz Pubbliku ma ġietx inkluża fit-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika ma jfissirx li se tiġi fil-fatt midbula f’aġenzija jew f’xi tip ta’ korp legali ieħor. Id-differenza bejn id-‘dipartimenti’ li jistgħu jkunu fl-iskeda u d-‘direttorati’ l-oħrajn mhix waħda sostantiva.Però inħasset il-ħtieġa li issa, li għal l-ewwel darba għandna liġi li tirregola l-Amministrazzjoni Publika, tiġi kkristalizzata l-Klassifikazzjoni a termini ta’ l-artiklolu 92(4) u l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni.