Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19587 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżejjer artifiċjali in konnessjoni mal-proġett tal-interconnector ma' Sqallija

Question

Billi huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nefqet madwar €0.5 miljun fuq feasibility studies dwar gżejjer artifiċjali in konnessjoni mal-proġett tal-interconnector ma' Sqallija, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-findings u r-riżultati ta' dawn l-istudji, aktar u aktar billi huwa mifhum li dawn l-istudji ġew finalizzati madwar sentejn ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti ikkommisjona dawn l-istudji speċifiċakement biex jiġi evalwat jekk hux possibli l-iżvilupp ta' gżejjer artifiċjali u estensjonijiet tax-xatt minn aspett ambjentali kif ukoll tekniku u ekonomiku. L-iskop ta' dan l-istudju kien li jipprovdi biżżejjed informazzjoni lill-Gvern sabiex jara jekk Malta għandhiex tmur għal dan it-tip ta' żvilupp jew le. Ma kien qatt fl-iskop ta' dan l-istudju li jħares lejn elementi oħra bħal dik tal-interconnector. L-istudju ħares lejn żewg postijiet : l-inħawi ta' Qalet Marku u dawk tax-Xagħjra. L-ewwel konkluzjoni li joħrog biha l-istudju huwa li minħabba il-fond tal-baħar, l-iżvilupp ta' gżejjer artificjali iżid ħafna l-prezz tal-kostruzzjoni u għalhekk mhux ekonomikament vijabbli. Għalhekk l-istudju kkunsidra li jevalwa numru ta' forom ta' estenzjonijiet mix-xatt lejn il-baħar. Il-prezz ta' kostruzzjoni ta' dan it-tip fil-baħar kien ġiet ikkalkulata bejn €15 to €40 għal kull metru kubu. Ir-rapport ħares lejn il-possibilità li jintuża r-radam għal dan it-tip ta' kostruzzjoni iżda jidher li għalkemm Malta ġġenerat ammont konsiderevoli matul is-snin, hemm bzonn li wieħed iħares b'mod strateġiku u fit-tul sabiex jara jekk hux ha jkun hemm biżżejjed materjal u f'kemm tul taż-żmien qabel wieħed jiddeċidi jintużax jew le bħali sors għall-kostruzzjoni. Ta' min jgħid il-prezz biex wieħed jarmi dan ir-radam fil-barrieri jew fil-baħar huwa madwar €3 u €4 kull metru kubu rispettivament. Mill-11-il forma ta' estenzjonijiet li ġew evalwati l-istudju identifika li jekk għandu jsir xi estenzjoni mix-xatt l-aħjar sit li għandu jikompla jiġi investigat huwa fiż-żona tax-Xgħajra. Minn mindu tlesta dan l-istudju kien hawn tibdiliet ekonomici kif ukoll ġew fis-seħħ regolamenti ġodda dwar il-ħarsien u l-użu sostenibbli tal-baħar. Għalhekk il-valur ta' dawn ir-riżultati għandu jiġu meqjus fiċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom illum.
Leg 11 PQ #19588 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Project Development Statement — interconnector

Question

Billi huwa mifhum li l-Project Development Statement li ġie mħejji dwar l-interconnector jista' jkun li diġà qiegħed f'idejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jek huwiex minnu li dan issa tlesta? Meta tlesta, u x'inhuma l-assessments u cost-benefit analysis conclusions tiegħu dwar l-għadd ta' soluzzjonijiet tekniċi involuti? Kemm-il darba l-Project Development Statement għadu m'għaddiex f'idejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' ġentilment jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkonferma li l-Project Description Statement (PDS) li tħejja dwar l-interconnector fil-fatt tlesta u wasal għandha. Il-proġett propost fil-PDS jeħtieġ valutazzjoni ta’ l-impatt ambjentali (EIA), li għad trid issir. Il-PDS ma jagħtix dettalji dwar cost-benefit analysis, peress li analiżi bħal din normalment ma tkunx inkluża f’dan it-tip ta’ dokument.
Leg 11 PQ #19600 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Apparat li jimmoniterja l-livelli ta’ tniġġis f’toroq differenti ta’ Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdied l-apparat li jimmoniterja f’ħin reali l-livelli ta’ tniġġis f’toroq differenti ta’ Tas-Sliema minħabba l-ammont qawwi ta’ karozzi u vetturi li jużaw it-toroq tal-belt u jikkaġunaw livelli għoljin ta’ tniġġis b’dannu għas-saħħa tar-residenti ta’ tas-Sliema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda pjan li jiżdiedu l-istazzjonijiet permanent li jimmoniterjaw l-arja f'ħin reali. Malta diġà għandha iżjed mill-minimu li titlob il-liġi Ewropea. Madanakollu, l-MEPA għandha pjanijiet li fi żmien qasir ikollha stazzjon mobile li jista' jiġi mċaqlaq faċilment minn post għall-ieħor skont il-bżonn.
Leg 11 PQ #19601 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — Ġonna li qed jinqerdu

Question

Filwaqt li l-policies ambjentali tal-Unjoni Ewropea jirrikkmandaw kif f’inħawi urbani bħal Tas-Sliema jiġu salvati kemm jista’ jkun ġonna biex iservu ta’ pulmun għar-residenti, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex qed jitħallew jinqerdu l-ġonna li hemm f’Tas-Sliema b’dannu għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika eżatt liema huma dawn il-ġonna f’tas-Sliema li qed jirreferi għalihom.
Leg 11 PQ #19935 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kwestjoni rigward delitti ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18951 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara jekk huwiex minnu li nhar it-23 ta' Ottubru 2006, meta l-Ministri ta' l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea iltaqgħu fil-Lussemburgu għall-ewwel miż-żewġ kunsilli organizzati mill-presidenza Finlandiza tal-Unjoni Ewropea u li fiha l-Kummissarju Stavros Dimas ta' dak iż-żmien kien anke kkommetta ruħu li jipprezenta proposta għal direttiva fuq id-delitti ambjentali per konsegwenza tal-istragi tal-Probo Koala - fejn allegatament ħafna mill-iskart tossiku li eventwalment wassal biex mietu u mardu nies innoċenti fil-Cote d'Ivoire ġie prodott waqt li l-vapur kien qiegħed fil-Contiguous Zone tagħna - Malta kienet l-uniku pajjiż li opponiet li jiġu riveduti l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar "transfontier waste shipments"? Għaliex ittieħdet din il-pożizzjoni? Kemm-il darba ġie Malta l-Probo Koala? Kien hemm xi ħadd minn ħdan l-awtorità responsabbli mis-sigurtà tal-baħar li ġibed l-attenzjoni tal-gvern li seta' kien qiegħed isir caustic washing fil-Probo Koala, jew kellu xi tip ta' informazzjoni f'dan is-sens il-Gvern Malti f'Ottubru 2006? Kien hemm xi awtorità oħra, bħall-MARPOL u oħrajn, li ġibdet l-attenzjoni ta' Malta li sar xi caustic washing fuq xi vapur fil-Contiguous Zone jew territorial Waters tagħna bejn l-2005 u l-2010? Meta l-Gvern Malti beħsiebu jirratifika l-BAN amendments għall-Basel Convention on trade in hazardous waste? Għaliex għadu ma rratifikax dawn l-emendi minkejja li l-Unjoni Ewropea nnifisha rratifikathom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19949 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim Kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 19334 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-ftehim kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja kif sussegwentement emendat fid-19 ta' Diċembru 2007, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-emendi daħlu fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Kemm studenti Maltin gawdew minn dan il-ftehim? Meta se jiġi fis-seħħ il-XIII Executive Programme for Cultural Co-operation 10-12? X'għodod se jkun fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19955 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17662, 17514, 17266, 15834, 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19956 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta' Villa Rundle — project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19011 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19011.
Leg 11 PQ #19957 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19010 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19010.
Leg 11 PQ #19958 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19009 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19009.
Leg 11 PQ #19959 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet — grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19008 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 19959, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat.
Leg 11 PQ #20002 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett propost tal-ground tal-football Pace Grazzo

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19366 u 19163 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proġett propost ftit tas-snin ilu fuq is-sit tal-ground tal-football Pace Grazzo, Paola huwiex se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni jibda u kemm se jiġi jiswa? Jista' jpoġġi l-pjanti proposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li hemm diskussjonijiet għaddeja bejn diversi entitajiet dwar kif l-aħjar li jintuża dan l-ispazju. Nispera li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr.
Leg 11 PQ #20020 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Garaxxijiet industrijali fl-inħawi tat-Tomna fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess għall-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' garaxxijiet industrijali fuq art tal-gvern fl-inħawi tat-Tomna fil-Mellieħa, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar billi l-applikazzjonijiet għal dawn il-garaxxijiet ilhom li saru numru ta' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20108 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruise liners — turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-istatistika li teżisti, kemm fost dawk it-turisti li jaslu Malta bil-cruise liners tassew jinżlu Malta u ma jibqgħux fuq il-vapur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 19746 u 19913.
Leg 11 PQ #20137 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' tinda fuq it-tempji neolitiċi

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19639, biex inkunu aktar ċari, meta l-Prim Ministru jgħid li jeħtieġ titjib u tisbiħ konsiderevoli fiż-żona ta’ madwar it-tempji, qed jirreferi għaż-żoni urbani ta’ Ħal Tarxien fl-akkwati tat-tempji li mhumiex taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta? Jekk fl-affermattiv, min se jkun responsabbli li jieħu ħsieb biex dan it-titjib isir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif intqal diġa’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 19639, it-titjib sostanzjali ffinanzjat minn dan il-proġett, jireferi biss għal dawk ‘l-inħawi ta’ madwar it-tempji li huma amministrati min Heritage Malta ma tistax tirrispondi għal propjeta’ li tinsab barra t-tempji u li ma tamministrax hi direttament’ .Ghaldaqstant m’hu qed isir l-ebda riferenza għaż-żoni urbani ta’ Ħal Tarxien.
Leg 11 PQ #20179 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għall-bini ta' djar tal-anzjani privati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għall-bini ta' djar tal-anzjani privati? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal change of use fi djar tal-anzjani? Fejn jinsabu dawn it-talbiet, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha quddiemha sitta u għoxrin (26) applikazzjoni ta' bini, inkluż alterazzjonijiet u estensjonijiet, u bdil ta' użu rilatati ma' "djar ta' l-anzjani" . Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta il-kliem " elderly ", " old people ", "xjuħ", "anzjan/i" jew " retirement ".
Leg 11 PQ #20182 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Prim Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20197 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq San Gwann - tneħħija ta' taraġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19789 u jikkonferma jekk ix-xogħol ta' pavimentar li qiegħed isir fit-toroq tal-Belt Valletta hux kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permess u tal-pjanti approvati fuq il-Mejda tal-Kamra? Dawn il-permessi jistgħu jinkludu t-tneħħija tat-taraġ li hemm fil-ġenb tat-triq bħalma sar fil-parti ta' Triq San Gwann ma' Triq ir-Repubblika 'l isfel? Japprezza l-Prim Ministru li dan it-taraġ għandu valur storiku apparti li għandu funzjoni importanti għax jagħmilha faċli li persuni anzjani jew bi problemi ta' mobilità jimxu fit-triq li għandha gradient qawwi ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20198 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Urban Improvement Funds

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika min hi l-persuna fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar responsabbli mill-Urban Improvement Funds (UIF) għax diversi kunsilli mhux qegħdin isibu koperazzjoni mill-Awtorità rigward dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-korrispondenza kellha tintbagħat lid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi li qed jgħin fl-amministrazzjoni tal-kumitat tal-Urban Improvement Fund. Il-Kunsilli Lokali kollha ġew imgħarrfa b'dan. Ma jirriżultax li l-awtorità rċeviet xi ilmenti minn xi Kunsilli fuq nuqqas ta' koperazzjoni. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini l-ismijiet tal-kunsill lokali li qed jilmentaw fuq dan in-nuqqas.