Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19945 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proċess ta' tiġdid tal-karti tal-identità

Question

Jista' l-Prim Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19777 li oriġinarjament saret lill-Ministru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità biex jiġi komplut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 20253.
Leg 11 PQ #20098 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħidma fil-qasam soċjali u l-ħarsien tal-identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod l-kunsilli lokali impenjaw ruħhom f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali din is-sena? X'tip ta' għajnuna ta l-Gvern ta' Malta f'dawn l-oqsma din is-sena? X'għamel kull kunsill din is-sena f'dawn l-oqsma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 131/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant. .
Leg 11 PQ #20104 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod qed jaħdem il-fond tal-Commuted Parking Payment Scheme għall-provvista ta' faċilitajiet ta' parkeġġ għall-vetturi f'diversi postijiet f'Malta u Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar tħaddem il-Communted Parking Payment Scheme a bażi ta’ dawn id-dokumenti, li jinsabu fuq il-website tal-Awtorità: · Avviz tal-Gvern 162 tal-2003, Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 356), Commuted Parking Payment Scheme · Commuted Parking Payments, 25 ta’ Novembru 1993 · New Commuted Parking Payments Scheme for Malta, 23 ta’ Ottubru1997 · Commuted Parking Payment Scheme - Sliema, St.Julian's, Valletta and Floriana, 1 ta’ Lulju 1998 · Amendment to Commuted Parking Payment Scheme, 14 ta’ Marzu 2003.
Leg 11 PQ #20105 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prijorità lill-lokalitijiet għall-parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20201 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

shelters tal-gwerra — protezzjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18709 dik il-parti li titkellem dwar inventarju tax-shelters li jeżistu f'Malta, u li jidher li ma baqax jinġabar, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters li laħqu nġabru f'dan l-inventarju? Fejn jinsabu dawn ix-shelters? Jista' jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkordina mal-kunsilli lokali biex tipprova tiġbor din l-informazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20205 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skemi tal-EU għal għaqdiet sportivi li jintegraw l-isport mat-turiżmu

Question

B'referenza għall-ħruġ ta' skemi tal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom għaqdiet sportivi li jintegraw sport mat-turiżmu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iskemi, jista' l-Prim Ministru jara li l-MEUSAC tgħin lil dawn l-għaqdiet billi numru sew ta' għaqdiet sportivi mhumiex attrezzati biex jagħmlu l-applikazzjonijiet relattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il- MEUSAC dejjem lest li jgħin kwalunkwe organiżazzjonijiet mhux governattiva u kunsilli lokali lokali li jitolbu l-għajnuna tal-MEUSAC fil-mili ta’ applikazzjonijiet għall-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC jgħin ukoll lil dawn l-entitajiet biex jiddentifikaw l-aħjar programmi li minnhom jistgħu jibbenfikaw biex iwettqu l-proġetti tagħhom.
Leg 11 PQ #20250 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art Ġdida fejn jitpoġġew impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19647 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jispjega lill-Kamra jekk sarux feasibility studies tal-possibilità li b'mod għal kollox artifiċjali (jiġifieri mhux naturali) tiġi maħluqa art jew territorju ġdid fil-baħar (land reclamation), in linea ma' dak li sar b suċċess f pajjiżi żgħar oħra bħal Singapore, anke biex, bħalma sar f'pajjiżi oħra żgħar bħalna, fuq din l-art ġdida u allura 'il bogħod mill-abitat jkunu jistgħu jitpoġġew impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b' mod nadif, b'mod sostenibbli, bħal wind stations jew anke jintuża għal skopijiet ta' waste management (waste to energy eċċ.)? Jista' jagħti sfond ta' kif saret kunsiderazzjoni bħal din fuq livell governattiv u jgħid pajjiżna f liema direzzjoni sejjer f dan is-settur? Jista' ukoll jelenka l-ismijiet tal-istudji prinċipali li saru f dan ir-rigward għall-konsum tal-Gvern, bl-annu u l-awtur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Malta saru żewġ studji dwar il-possibilità li b'mod għal kollox artifiċjali (jiġifieri mhux naturali) tiġi maħluqa art jew territorju ġdid fil-baħar ( land reclamation ). L-ewwel wieħed sar bejn Novembru 2004 u Jannar 2005. Ix-xogħol kien sar minn Carlbro Intelligent Solutions. Dan l-istudju identifika siti fejn għandu jsir investigazzjonijiet dwar jekk dan it-tip ta' żvilupp hux possibli. Minħabba li ġew identifikati żoni li kienu diġà magħrufa għall-karatteristiċi ambjentali jew turistiċi tagħhom, id-deċiżjoni ttieħdet li jsiru aktar investigazzjonijiet fuq żewġ żoni f'Malta. Dan it-tieni studju sar minn Scott Wilson bejn l-2006 u l-2008. It-tieni studju kien iktar vast u kien ikopri ġbir ta' informazzjoni fuq l-ambjent tal-baħar, evalwazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ambjentali kif ukoll tal-ippjanar. F'dan l-istudju saret ukoll evalwazzjoni teknika u ekonomika għal dan it-tip ta' żvilupp. Ta'min ifakkar illi minn mindu ntemm l-istudju tal-2008 saru tibdiliet fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent li għandom jiġu kkunisdrati.
Leg 11 PQ #20265 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond għax-Xiri ta’ Xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja — arti kontemporanja mixtrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf il-Fond għax-Xiri ta’ Xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja u kemm kien l-ammont ta’ biċċiet ta’ xogħlijiet ta’ arti kontemporanja li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena inxtraw mingħand artisti Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Fond għax-Xiri ta’ Xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja twaqqaf fil-Budget tal-2009,bħala vot taħt il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet rigward ix-xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja li jistgħu jintgħażlu u l-ewwel biċċiet mistennija jinxtraw fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #19962 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17661, 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lil-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru. 18805 li ngħatat f’ seduta 249 nhar it-30 ta’ Ġunju 2010
Leg 11 PQ #20071 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Estensjoni tal-maternity leave

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19460 rigward l-estensjoni tal-maternity leave, jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji jew stħarriġ qed jagħmel il-gvern fir-rigward ta' din il-proposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li saret analiżi preliminari tal-impatt finanzjarju tal-proposta tal-Kummisjoni tal-Unjoni Ewropeja rigward emendi għad-direttiva tal-maternità. Kif diġà kelli l-okkażżjoni ngħid, il-proposta għadha fi stadju ta’ diskussjoni u għaldaqstant l-impatt potenzjali se jvarja skont l-kontenut preċiż tal-proposta finali.
Leg 11 PQ #20079 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — direct orders bi ksur ta' liġi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19202 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20082 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konfini tas-slip road

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20095 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa dawk il-kunsilli li organizzaw attività kulturali fil-lokalità tagħhom din is-sena? X'kien it-titlu ta' kull attività? Meta saret dik l-attività? Kemm ġiet tiswa dik l-attività? Kemm ħareġ il-gvern ta' Malta għal dik l-attività? Kemm ħareġ il-kunsill għal dik l-attivà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 130/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kif jaf l-Onor. Interpellant peress li jirċievi kopja ta’ kull Memorandum li joħroġ id-Dipartiment. Għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20097 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — servizzi lir-residenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'għodda ta l-gvern ta' Malta lill-kunsilli lokali din is-sena sabiex jagħtu lir-residenti tagħhom l-aqwa servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi barra l-allokazzjoni finanzjarja li l-Gvern jgħaddi kull sena lill-Kunsilli Lokali biex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet statutorji tagħhom, hemm diversi modi kif il-Gvern qed jgħin biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti tagħhom. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn: - assenjar ta’ ħaddiema tal-IPSL (ex-tarznari u ex-WSC) fil-Kunsilli Lokali; - diversi skemi finanzjarji li għalihom setgħu japplikaw il-Kunsilli Lokali kollha (fosthom li jkopru inizjattivi sportivi, attivitajiet kulturali, toroq ġodda fil-lokalitajiet, inizjattivi energy saving b’risq l-ambjent, miżuri favur l-aċċessibiltà, edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja, restawr ta’ postijiet storiċi, proġetti u inizjattivi mill-Kumitati Amministrattivi, għajnuna għall-libreriji lokali eċċ). Minn dawn l-iskemi gawdew il-Kunsill Lokali kollha b’valur ta’ aktar minn € 2,600,000 (żewġ miljuni u sitt mitt elf ewro) din is-sena; - assistenza mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u minn dipartimenti oħrajn tal-Gvern; - assistenza kontinwa mill-MEUSAC dwar applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropea; - opportunitatjiet ta’ taħriġ għas-Sindki, Kunsillieri, Segretarji Eżekuttivi u staff tal-Kunsilli Lokali; - aċċess on line li jservi ta’ kuntatt mar-residenti permezz ta’ sit elettroniku ( website ) li hu immaniġjat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali; - servizz ta’ posta elettronika għall-Kunsillieri kollha; u - għajnuna fil-proċess tal-applikazzjoniet għal devoluzzjonijiet ta’ proprejtà pubblika.
Leg 11 PQ #20196 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pjanti għall-bdiewa — rikonsiderazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5938, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-eżistu tat-23 rikonsiderazzjoni li kien hemm dwar dan l-iskedar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'konsiderazzjoni ngħatat għal dawn it-23 rikonsiderazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-23 talba ghal rikonsiderazzjoni mill-iskedar tal-Ballut tal-Wardija u l-inhawi kienu ġew ppreżentati lill-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Lulju 2009. Il-Bord analizza l-merti ta' kull talba kif ukoll il-pożizzjoni tad-Direttorat, fejn ta r-raġunijiet għaliex l-iskedar għandu jibqa' kif approvat. Il-Bord ma laqgħax it-talbiet għal rikonsiderazzjoni u kkonferma l-iskedar kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern numru 1137/08. Wara li d-Direttorat irċieva l-minuti tas-seduta, l-individwi kollha li ressqu t-talba għal rikonsiderazzjoni (cioe' 23) ġew innotifikati bid-deċiżjoni tal-awtorità b'ittra reġistrata datata 17 ta' Settembru 2009.
Leg 11 PQ #20207 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — irdim ta' barriera

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19912, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm instabu infringements ta' permessi maħruġa u f'liema barrieri kienu dawn l-infringements?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet sitta u għoxrin (26) permess ambjentali lill-barrieri għal operati varji, li jinkludu l-irdim ta’ barrieri bit-terrapien u riċiklaġġ ta’ skart iġġenerat mill-industrija tal-kostruzzjoni u twaqqigħ tal-bini. Kien hemm żewġ (2) infringements ambjentali ġo żewġ (2) barrieri differenti; HM32 Misrah Suffara fil-limiti tar-Rabat, Malta, u fil-barriera magħrufa bħala Tal-Mejda fil-limiti tal-Imqabba. Kien hemm ukoll tlett (3) barrieri li ġew mirduma mingħajr il-permessi neċessarji; SM39 Tas-Sienja, Kirkop, SM30 Tad-Dawl, Mqabba u SM38 Ta’ l-Isqof, Mqabba. Instab ukoll li fit-tlettax il-barriera differenti kien qed isir irdim jew jiddaħħal materjal għal skop ta’ riċiklaġġ mhux awtorizzat bil-permess ta’ żvilupp. F’kull każ inħareġ Avviż. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’dawn il-barrieri.
Leg 11 PQ #20208 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifra globali fuq hospitality

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17468, jista' l-Prim Ministru jaġġornani bl-istess informazzjoni għax-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru separatament? Jista' wkoll jgħid kemm hemm każijiet pendenti x'jitħallsu għall-perjodu ndikat f'din il-mistoqsija parlamentari u l-mistoqsija parlamentari 17468 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20222 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prints tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19918 u jgħid kemm se tiċċarġja l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-applikanti għal prints li jridu jsiru minnha skont il-proċeduri ġodda tal-ipproċesar tal-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-prezzijiet ta’ printing ta’ dokumenti u pjanti f’Euros kif maqbula mal-Kamra tal-Periti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA mhux se tagħmel qliegħ minn dawn il- fees.
Leg 11 PQ #20257 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' apparat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern kienx infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta baqgħet għaddejja, xtrat u daħħlet f'Malta l-makkinarju għall- estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara minkejja li l-proċess tal-IPPC għadu mhux lest min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jaħseb li l-attitudni tal-Korporazzjoni Enemalta poġġiet pressjoni żejda fuq il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u fuq il-proċess kollu li kellu jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tikkonsidrax fl-ipproċessar tal-applikazzjoni l-azzjonijiet li qed jireferi għalihom l-Onor Interpellant
Leg 11 PQ #19564 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta’ interkonnessjoni ma’ Sqallija — Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx xi riskju li jintilfu xi fondi Ewropej konnessi mal-proġett ta’ interkonnessjoni ma’ Sqallija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li bħalissa għaddej il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-interconnector. Sakemm dan il-proċess jitkompla kif mistenni u jintemm sal-aħħar tas-sena, m’hemmx riskju ji jintilfu fondi Ewropej b’rabta ma’ dan il-proġett.