Għan-nom tar-residenti ta' Qui Si Sana, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq PA 05941/08 fejn aċċettat upgrade of kitchen operation fuq sit li għandu biss permess ta' mini market?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuta li tirreferi għal din id-deċiżjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom bins fejn jista' jiġi separat l-iskart? Kemm hemm f'kull lokalità konċernata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15514 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li f'dar residenzjali jitwaħħal wind turbine? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jkun ikkunsidrat li dawn ikunu permessi li jeħlu fid-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14934, li tista tgħin għall-mistoqsija tiegħu.
Minħabba r-raġunijiet indikati fil-mistoqsija parlamentari msemmija hawn fuq, f’dan l-istadju u fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-impatti ta’ turbini domestiċi f’inħawi residenzjali, mhux rakkomandat illi ssir proliferazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ turbini f’inħawi abitati. Għalhekk, minħabba dan it-tħassib, applikazzjonijiet għal turbine tar-riħ f’inħawi residenzjali x’aktarx li ma jingħatawx rakkomandazzjoni pożittiva ħlief jekk jieħdu sehem fi skema sabiex tinġabar informazzjoni fuq stallazzjonijiet bħal dawn f’inħawi residenzjali.
Il-
policy guidance
dwar il-“
microwind turbines”
li ġiet ippublikata fix-xhur li għaddew ġiet indikata din il-possibilità.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta tal-Kamra tan-negozju Gożitana għall-bini ta' airstrip? Wara d-debacle tas-soċjetà Helisureste u l-għoti tas-servizz ta' ajruplan żgħir bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, jista' jgħid kemm-il titjira saret kuljum bejn Malta u Għawdex mit-tluq tal-Helisureste sal-lum? Meta hu maħsub li jibda jopera s-servizz ta' ajruplan twin engine li jieħu 17-il passiġġier u li kellu jibda jitlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kif imwiegħed? Jista' wkoll jispjega x'inhi l-qagħda tal-heliport abbandunat illum? Kif qed tiġi utilizzata din iż-żona u kemm qed jonfoq il-Gvern biex imantni din iż-żona? Għandu pjan biex jutilizza din iż-żona? Kif?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern lest jikkunsidra proposta għal servizz fixed wings lejn Għawdex ġaladarba din il-proposta tkun sostenibbli ekonomikment u ambjentalment.
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) ma żżomx informazzjoni dwar in-numru ta’titjiriet bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr Għawdex.. Il-
website
ta’ Harbourair, li topera dan is-servizz turi servizz bi skeda ta’ 4 titjiriet kuljum bejn Mejju u Awwissu u 3 titjiriet kuljum f’Settembru.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li sa Ġunju 2010, il-
heliport
kien qed jintuża minn operatur żgħir biex jittrasporta t-turisti bejn Malta u Għawdex kif ukoll biex jagħmel
flying tours
fuq Għawdex, il-kumpanija ‘
Gozo Heliport
’ għamlet ċertu spejjeż ta’ manutenzjoni biex il-post jkun jista’ jiġi utilizzat għal dan l-iskop.
L-ispiża tammonta għal €15,550 fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru, bħala responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippajanr, jgħid jekk sarux analiżi sabiex jiġi stabilit jekk hemmx fdalijiet storiċi fiż-żona tal-Karwija, limiti ta Ħal Safi, fejn qed jiġi proġettat bini ta' hanger u triq ġdida meta huwa magħruf li din iż-żona hija sensittiva arkeoloġikament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant, il-Perit inkarigat mix-xogħlijiet, il-MEPA, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u l-Ministeru ta’ l-Ekonomija u Investiment Finanzjarju kkordinaw sabiex jiġu analizati u rrekordjati l-oqbra palaeolitiċi li nstabu dan l-aħħar fiż-żona indikata waqt żvilupp kopert bil-permessi tal-MEPA. Dawn l-oqbra ma kinux magħrufa li jeżistu imma se jiġu salvati.
Jaħseb il-Prim Ministru li l-approvazzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-4 ta' April 2010 tal-iżvilupp ta' restorant fid-Dwejra kienx pass fid-direzzjoni l-ħażina? X'għandu xi jgħid għall-kummenti li għamlu n-nature trust meta qalu li l-bord kellu kunsiderazzjonijiet oħrajn ħafna 'l bogħod minn dawk ekoloġiċi u patrimonjali? Jista' jwiegħed li jagħmel dak kollu possibbli biex din il-ġawhra eċċezzjonali - d-Dwejra f'Għawdex - ma tinqeridx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Pjan ta’ Azzjoni mħejji mill-MEPA flimkien mal-Qawra Dwejra Steering Committee u n-Nature Trust li kienet partnered mal-World Wildlife Fund Italia, wara konsultazzjoni wiesgħa, jgħid li fiż-żona tad-Dwejra għandu jkun hemm Interpretation Centre. Il-Pjan jgħid li dan iċ-ċentru għandu jkollu fih faċilitajiet ta’ catering.
Għalhekk id-deċiżjoni tal-MEPA ta’ l-4 ta’ April 2010 kienet issegwi dak li hemm stipulat f’dan il-Pjan. Il-bini kif approvat b’din id-deċiżjoni huwa ferm iżgħar milli dak li kien approvat qabel.
Id-deċiżjoni tal-4 ta’ April kienet segwita b’deċiżjonijiet oħra li permezz tagħhom ma ġewx sanzjonati żviluppi llegali f’dan is-sit. Dan kollu jixhed kif il-gvern iqis lid-Dwejra bħala sit ikona ta’ pajjiżna, sit ta’ importanza kbira kemm mil-lat ambjentali u turistiku.
Il-Gvern għalhekk, permezz tal-MEPA qiegħed fil-proċess li jiżviluppa pjan għall-immaniġġar ta’ dan is-sit liema pjan se jiffoka b’mod partikulari fuq il-konservazzjoni ekoloġika.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament parti tal-
action plan
li tirreferi għall-
Interpretation Centre
.
kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14409 u 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 12730. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni aġġornata wara t-tweġiba li ngħatat f’Jannar li għadda li titratta l-lista tal-Kunsilli Lokali li għandhom ftehim mal-kumpanija Green MT għall-ġbir ta’ skart separat.
skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal proġetti sportivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15743 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk jirriżultax li hemm xi skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal dak li huwa finanzjament ta' proġetti sportivi li jkunu qed isiru fuq livell lokali? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kordinazzjoni li tista' ssir mill-Ministeru għal dawn il-programmi ta' għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16336.
Bormla — Triq San Ġwann Bormla - xogħlijiet fuq ġnien
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-appartamenti fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla ilhom li ġew abitati, meta se jsir ix-xogħol fuq il-ġnien quddiem il-Cospicua Rangers, li ilu fi stat disastruż għal ħafna snin? Jista' għalanqas jingħata time frame meta se jsir dan ix-xogħol għax ilhom jingħataw dati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill- Onorevoli Interpellant għat tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 18845.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fl-uffiċċji amministrattivi tagħhom għandhom lift? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex jistallaw lift? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li fil-premises tagħhom m'hemmx għalfejn jistallaw lift?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex jistallaw lift fl-Uffiċini Amministrattivi tagħhom, issa qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-Loggia, li reġgħet inkixfet waqt xogħlijiet ġewwa Marsaxlokk u li tmur lura għall-1876 u li kienet ġiet restwarata snin ilu mill-Gvern għal prezz ta' Lm20, għad li se jittieħdu ċerta prekawzjonijiet, se terġa' tintradam minflok ma' tiġi sposata jekk ikun il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonfermaw, kif kien mistenni, li waqt xogħol ta’ titjib fit-triq tax-xatt f’Marsaxlokk, sewwa sew quddiem il-pjazza tar-raħal, ġew riskoperti ftit mill-elementi tal-pedament ta’ waħda min diversi loġoġ għal-għajn tal-ħasselin. Dawn il-pedementi ma kienux fi stat komplut, għax xi żmien ilu kienu ġew disturbati meta sar xi xogħol ta’ katusi tad-drenaġġ fl-inħawi. Illum l-għajn tal-ħasselin u l-kopertura tagħha tinsab aktar viċin il-baħar. Xi studjużi jgħidu li oriġinarjament kienet inbniet loġġa għal għajn tal-ħasselin f’Marasxlokk,li mbgħad kienet sposjata għal post x’imkien lejn iċ-ċentru tal-pjazza.Billi anki f’din il-pożizzjoni kienet ta’ xkiel għar residenti tar-raħal, il-loġġa reġgħet ġiet spostata għal fejn illum instabu l-elementi tal-pedamenti li dwarhom qed issir din il-mistoqsija parlamentari.Maż-żmien, hekk kif żdied it-trafiku tal-karozzi u hekk kif sar tibdil struturali fil-pjazz il-loġġa kienet sposjata għall-aħħar darba għall-post fejn tinsab illum.
Hekk kif beda x-xogħol ta’ tisbieħ u rikostruzzjoni tat-triq ewlenija fix-xatt ta’ Marsaxlokk, l-uffiċjali tal-MRRA, kif wkoll xi resident ital-post,infurmaw lis-Sovrintendenza dwar is-sejba ta ftit ġebel li darba kienu parti mil-pedament tal-loġġa li kien hemm qabel dik ta’ illum. Bl-għajnuna tal-istess uffiċjali, dawn il-fdalijiet ġew imkejla u nżamm record tagħhom fuq
survey,
qabel ma dawn reġgħu tgħattew biex terġa tinbena t-triq.Qabel ma sar dan, kien assigurat illi l-ġebel li nstab kien kopert tajjeb b’
geotextrile membrane
u skont metodi approvatti li jassiguraw il-konservazzjoni tagħhom.Dan jassigura wkoll li l-passaġġ tal-ilma min-nixxiegħa naturali għall-għajn ikun assigurat mingħajr xkiel.
Fil-pjannijiet tal-proġett ta’ tisbieħ f’Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk,it-triq, li għadha kif tlestiet, żammet l-istess konfigurazzjoni, u għaldaqstant kull tip ta’ bini jew struttura fl-imsemmi post joffri ostaklu għall-passaġġ tat-traffiku li jgħaddi mill-inħawi..
Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà taghhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 17219.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar it-tħaddim tal-power station f’Delimara dwar kemm u jekk hix iżżomm mal-livell ta’ emissjonijiet fl-arja permessi mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar impjanti kbar ta’ kombustjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19029.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18280, 17813, 17177 u 16969 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
MTA — appart għall-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta biex inxtara jew inħadem apparat għall-użu tal-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex? X’kien dan l-apparat u kemm ġie jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija nkarigata biss minn numru limitat ta’ bajjiet madwar Malta. Din is-sena l-awtorità qiegħda toffri s-servizzi tagħha fuq il-bajjiet ta’ San Ġorġ (Paceville), Buġibba Perched Beach, Golden Bay u l-Għadira. Apparti dan l-MTA bdiet servizz pilota fuq bajjiet bil-blat fiż-żona ta’ Font Għadir (Sliema) u Qawra Point (Qawra). L-MTA nefqet madwar €102,000 fuq apparat biex għawwiema jkunu jistgħu jgħumu b’kumdità fil-bajjiet tagħna. Dawn jinkludu manifatturar u twaħħil ta’ walkways, sinjali informattivi, materjal neċessarju għall-operat ta’ lifeguards u beach supervisors, servizzi addizjonali ta’ toilets, xogħlijiet ta’ riparar u manteniment.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18007, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokali li barra mill-ispejjeż indikati u in konnessjoni mal-attivitajiet tal-karnival kienx hemm spejjeż oħra, għajr dawk pubbliċi, bħalma huma sponsors eċċ, li ntefqu f'dawn l-attivitajiet? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-kunsilli, min huma l-isponsors, l-ammont ta' flus mogħtija u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19304.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar applikazzjoni, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li daħlet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Mejju li għadda b’rabta ma’ żvilupp ġdid ta’ kostruzzjoni fl-Isptar Mater Dei? Fejn fl-Isptar Mater Dei, huwa l-ħsieb li jsir ix-xogħol in kwistjoni? Hemm xi mira ta’ meta għandu jibda u jispiċċa x-xogħol in kwistjoni? Kemm se jiġi jiswa? Għaliex dan ix-xogħol ma sarx meta kien għadu qed jinbena l-Isptar Mater Dei ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru W72.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar kopja riċenti tal-Wage Regulations Orders?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm wieħed u tlettin Wage Regulation Order jew Ordni għal Kunsill tal-Pagi fis-seħħ bħalissa li jirregolaw il-kundizzjonijiet minimi tal-impieg f’setturi varji.
Dawn jistgħu jiġu mniżżla mil-
website
provduta mill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern dwar il-liġijiet ta’ Malta, li l-link għalija hija
http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=452.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati skrivani maċ-Ċivil minn dawk li għamlu l-aħħar eżami pubbliku li sar u għaddew? Kemm hemm il-ħsieb li jiġu reklutati skrivani oħra matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi sa issa għadu ma bediex ir-reklutaġġ ta’ skrivani fis-Servizz Pubbliku u nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19111.