Jista’ l-Prim Ministru jgħid, kemm minn dawk il-55 elf persuna li żaru l-Public Service Expo 2024 huma “unique visitors” u mhux persuni li żaru l-Expo iktar minn darba?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dettalji tad-data personali u li fuqha nġabret din l-istatistika ġiet meqruda minħabba raġuni ta’ protezzjoni tad-data skont termini u kundizzjonijiet ta’ kif inġabret l-istess data waqt ir-registrazzjoni tal-avveniment.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġislatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtraw 6 macbooks għall-użu ta' staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħolijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-overtime li jkun imwettaq minn ħaddiema fis-Servizz Ċivili, fi kwalunkwe grad, fil-ftehim kollettiv il-ġdid, huwiex limitat għal rata ta’ grad aktar baxxa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan hux skont il-liġi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-prassi eżistenti dwar il-ħlas tal-overtime mas-Servizz Pubbliku kienet li r-rata tal-ħlas tkun ikappjata sal-massimu ta' skala 10. Din il-prassi ilha hekk minn qabel l-2013.
Matul dawn l-aħħar snin dan beda jiġi rranġat sabiex l-impjegati jibdew jitħallsu bir-rata tal-overtime skont is-salarju tagħhom.
Sar titjieb ukoll fil-ftehimi tal-korpi dixxiplinati fejn bdew jitħallsu ta' kull siegħa adizzjonali fuq il-medja tal-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, sigħat li qabel ma kinux jiġu mħallsa tagħhom.
Barra minn hekk jeżisti wkoll il-mekkaniżmu ta’ disturbance allowance għal dawk il-gradi, ħafna drabi maniġerjali, fejn il-prassi hija li ma jkunux intitolati għal ħlas żejjed għal sigħat żejda.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525, 22877, 23031, 23252 u 23688 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Jista’ l-Prim Ministru jispjega għalfejn fil-każ tal-għażla ta’ CEOs tar-regolaturi qed jiġu segwiti proċeduri differenti, fejn f’xi istanzi ssir sejħa pubblika bħalma ġara fil-każ tal-għażla ta’ CEO tal-Malta Gaming Authority (MGA), filwaqt li f’istanzi oħra ma jkun hemm l-ebda proċess għal sejħa pubblika u l-persuna tkun tintgħażel mill-Gvern bħalma ġara reċentement fl-għażla tas-CEO ta’ Transport Malta (TM)? Jista’ jara li f’kull istanza l-għażla ssir b’mod uniformi tramite proċess trasparenti wara sejħa pubblika abbażi ta’ normi ċari?
Response (ABELA, ROBERT)
Bħal ma dejjem seħħ, l-għażla ta’ CEOs ssir skont in-neċessità tal-entità kkonċernata.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tkun in-nefqa fuq il-Public Service Expo 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li għas-sena d-dieħla, il-preparamenti u l-ippjanar għal Public Service Expo diġà bdew.Għadu kmieni biex wieħed jghid kemm se tiġi tiswa bl-ezatt imma qed ikun antiċipat nefqa simili għas-sena li għaddiet.Ta min wieħed jinnota illi l-Public Service Expo issa saret attività nazzjonali li jzuruha eluf kbar ta’ nies. Dan l-avveniment qed juri ta’ kull sena kemm l-amministrazzjoni pubblika hija motivata bil-kbir biex tibqa tirnexxi b’aktar servizzi ta’ kwalità liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Hija attività li tesponi b’mod ċar għaliex l-amministrazzjoni pubblika Maltija hija fost l-aqwa fl-Ewropa u huwa avveniment li aħna kburin bih għax ikompli jressaq lill-istess amministrazzjoni pubblika aktar viċin in-nies. Fil-Public Service Expo eluf ta’studenti jiġu jaraw kif is-servizz pubbliku joffri karrieri ta’ kwalità filwaqt li nesponu u niċċcelebraw il-ħiliet tal-impjegati tagħna mal-poplu kollu. Kulħadd ikun mistieden.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23245 dwar is-Sectorial Agreements għal ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li ġew iffirmati matul is-sena 2024 fl-intier tagħha, u jgħid għal liema kategorija ta' ħaddiema ġew iffirmati dawn il-15-il ftehim settorjali u f'liema xahar ġew iffirmati? Jista’ jgħid ukoll liema huma t-tnejn l-oħrajn li huma maħsuba li jiġu ffirmati u li jinsabu fi stadju matur?
Response (ABELA, ROBERT)
Matul din is-sena ġew iffirmati 17-il ftehim settorjali li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku f’Kategoriji differenti. Diskussjonijiet li jinsabu fi stadju matur li dalwaqt se jiġi ffirmat huwa tal-Veterinary Class. Huwa mifhum li aktar minn 1,747 ħaddiem ibbenifika minn dawn l-ftehim.
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23245 kont weġibt li kienu 15, minn dakinhar 'l hawn ġew ffirmati tnejn oħra: wieħed li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Ispiżjara mas-Servizz Pubbliku u l-ieħor tal-Precintcs Class.
Category
Month
1
Psychology Class
Feb-24
2
Managerial Stream and other Qualified Personnel - Department of Contracts
Apr-24
3
Health Care Class
May-24
4
General Service
May-24
5
Tradesperson and Technician Class
May-24
6
Industrials and Supervisory Grades
May-24
7
Environment Officer / Inspectorate / Public Cleansing Class
May-24
8
Managerial Stream and other Qualified Personnel
May-24
9
Education Class
Jul-24
10
Officers within the Benefit Compliance Unit
Jul-24
11
Surveillance / Security Services within the Public Service
Oct-24
12
Police Patrol and Community Support Officers
Oct-24
13
Field Officers within the Electoral Office
Oct-24
14
Messengerial Class
Oct-24
15
First Contact Operators within the Emergency Control Rooms
Nov-24
16
Pharmacists within the Public Service
Dec-24
17
Precintcs Class
Dec-24
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23285 fejn intqal li “L-Artikolu 52 jispeċifika li huwa l-awtur ta’ vjolenza domestika li għandu joħroġ mir-residenza tal-vittma”, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema każijiet ikunu l-vittmi (ħafna drabi nisa bit-tfal) li jispiċċaw barra mid-djar tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kif jiġi assigurat li dan l-artiklu tal-liġi jkun verament infurzat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) tal-Liġijiet ta’ Malta ma jinkludix referenza għal Emergency Barring Orders. Minkejja dan, f’ċirkostanzi fejn il-Korp tal-Pulizija jħoss illi għandha tittieħed azzjoni immedjata minħabba r-riskju li fih tinsab il-vittma, jintalab mandat ta’ arrest fuq l-aggressur. Hija fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti li mbagħad titlob lill-aggressur isib residenza alternattiva f’każ illi l-aggressur joħroġ fuq pleġġ.
Jista’ l-Prim Ministru jippreżenta lista tal-ftehimiet kollettivi pendenti kollha, inklużi l-unions li magħhom qed isiru dawn in-negozjati u jinkludi wkoll id-dati meta skadew dawn il-ftehimiet kollettivi?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2023 sa Ottubru 2024, kien hemm 371 impjegat ġdid ingaġġat fis-Servizz Pubbliku. Infurmat ukoll li fl-istess żmien kien hemm 1613-il impjegat li tterminaw l-impjieg tagħhom mas-Servizz Pubbliku u ġew sostitwieti b’ħaddiema ġodda, fil-maġġiorparti tagħhom dawn ġew ingaġġati fis-setturi importanti tas-saħħa, edukazzjoni u forzi tal-ordni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22884 mogħtija fis-7 ta' Novembru 2024, u fid-dawl tas-sentenzi finali tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-18 ta' Novembru 2024 fl-ismijiet:
i. XNT LIMITED (C52182) vs IL-KORP GHALL-ANALIZI TA' INFORMAZZJONI FINANZJARJA ET; u
ii. PHOENIX PAYMENTS LIMITED vs IL-KORP GHALL-ANALIZI TA' INFORMAZZJONI FINANZJARJA ET
jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx l-intenzjoni li jittieħdu xi miżuri biex jiġu indirizzati l-punti sollevati f'dawn il-proċeduri u jekk hemm, jelabora dwar dawn il-miżuri? Jekk mhux ser jittieħdu miżuri, jista’ allura jgħid għalfejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jeżamina l-punti sollevati fis-sentenzi li ngħataw mill-Qorti Kostituzzjonali. F’dawn is-sentenzi ġie ddikjarat li li l-liġi li tirregola lill-FIAU u l-proċessi ta’ infurzar tal-istess awtorità la jiksru l-Kostituzzjoni ta’ Malta u lanqas il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Hekk kif tintemm din l-evalwazzjoni, u jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-Gvern se jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji kif spjegat fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 22884.
Peress li skont il-World Press Freedom Index, Malta ġiet fit-73 post minn fost 180 pajjiż u ta’ qabel tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern biex itejjeb il-ħelsien tal-istampa u l-protezzjoni tal-ġurnalisti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ir-rapport li qegħda tirreferi għaliħ l-Onor. Membru ġej minn organizzazzjoni tal-ġurnalisti, Reporters Sans Frontiers (RSF), illi l-Gvern jirrispetta bis-sħiħ i¿da fl-aħħar mill-aħħar, bħal kull rapport tax-xorta tiegħu, jirrappre¿enta l-fehma u jirrifletti l-motivazzjoni u l-perspettiva ta’ min kitbu.
Kif taf l-Onorevoli Membru hemm rapporti li taw evalwazzjoni mod ieħor ta’ Malta bħal ma hu r-rapport reċenti tal-World Justice Project Rule of Law Index li kien irrapportat ukoll fil-midja Maltija.
Meta wieħed je¿amina r-rapport tal-RSF li hemm referenza għaliħ fid-domanda wieħed jinnota li s-sitwazzjoni tal-midja f’ Malta tiġi kritikata għal raġunijiet li huma intrinsiċi fis-sitwazzjoni ta’ Malta bħala pajji¿ ¿għir u Mediterraneju. Dan bħal ma huma l-kuntest ekonomiku, l-kuntest socio-kulturali inklu¿a l-influwenza tal-partiti politiċi fil-midja u t-tendenza tal-ambjent politiku lejn il-polarizzazzjoni.
Ir-rapport fiħ ukoll numru ta’ stqarrijiet li huma pjuttost ¿vijanti li, apparti s-sens kritiku li wieħed dejjem jistenna mill-ġurnalisti, forsi jirriflettu ukoill l-kuntatti li l-RSF għandha f’ Malta ma setturi li qatt ma jaraw xejn tajjeb f’ dak li jagħmel il-Gvern.
Per eżempju, r-rapport jgħid li għad li f’ Malta l-liberta tal-espressjoni hija salvagwardata mill-Kostituzzjoni l-qafas legali u regolatorju ma jħallix lill-ġurnalisti je¿erċitaw id-drittijiet tagħhom – stqarrija ġenerika mitfugħa “għal saqajha” b’ dan il-mod- qiesu Malta ma hawnx ġurnaliżmu li jiffunzjona.
Ir-rapport jikklassifika l-appelli li f’ xi ka¿ijiet tagħmel l-amministrazzjoni pubblika kontra deċi¿jonijiet meħuda taħt l-Att dwar il-Liberta tal-Informazzjoni bħala “a new type of SLAPP”. Dan meta bi SLAPP wieħed jifhem sitwazzjoni fejn xi ħadd (ġeneralment xi ħadd finanzjarjament bsaħħtu ħafna) jibda proċeduri kontra ġurnalist jew pubblikatur biex isikktu billi jdaħħlu fi spejje¿ legali li ma jkunx jista jlaħħaq magħhom. Sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni pubblika tiddefendi l-po¿izzjoni legali tagħha kontra kwantita kbira ta’ talbiet għall-aċċess għal dokumenti li hija jkollha raguni biex topponi ma tinkwadrax bħala ‘Strategic Lawsuit Against Public Participation” għax l-amministrazzjoni f’ dawk il-ka¿ijiet tkun qegħda sempliċement tiddefendi l-po¿izzjoni tagħha u ma tkunx bdiet il-proċeduri hi. Apparti minn hekk pero, f’dan il-kuntest ir-rapport imkien ma japprezza l-kwantita kbira ta’ talbiet għal aċċess għal informazzjoni taħt l-Att dwar il-Liberta tal-Informazzjoni li jintlaqghu regolarment tista’ tgħid ta’ kuljum.
Stqarrija oħra fir-rapport hija fis-sens illi “the family of journalist Daphne Caruana Galizia murdered in 2017 have been subjected to posthumous defamation suits”. Kif magħmlula din l-istqarrija tagħti l-impressjoni li dawn il-kaw¿i infetħu wara l-mewt tal-ġurnalista i¿da dan mhuwiex il-kaz- huma intirtu mill-eredi mal-kumplament tal-wirt. Ir-rapport imkien ma jsemmi illi f’ wieħed mit-tlett abbozzi li l-Gvern kien ipprezenta fil-Parlament wara l-konklużjoni tal-Inkjesta Pubblika hemm rimedju ukoll għal din is-sitwazzjoni illi pero ma ġiex implimentat minħabba l-kruċjata politika li saret kontra dawn l-abbozzi minn ċerti setturi li wieħed jifhem illi huma ukoll viċin l-istess awturi tar-rapport.
Għall-inqas ir-rapport jirrikonoxxi li f’ Malta ma hawn ebda ġurnalist jew ħaddiem fil-midja li huwa miżmum arrestat pero imkien ma jirrikonoxxi li Malta neħħiet il-libell kriminali sa mill-2018. Ħafna pajjiżi li tpoġġew ferm qabel Malta fil-klassifika tar-rapport għandhom il-libell kriminali u ma għandhomx limitu bħal ta’ Malta għad-danni fil-libell ċivili. Donnu li għall-awturi tar-rtapport dan ma jiswa xejn f’ termini ta’ liberta tal-istampa.
Għalhekk filwaqt li l-Gvern jagħti konsiderazzjoni sħiħa lir-rapporti li jsiru dan lanqas ma jfisser illi dak kollu li jingħad fihom għandu jiġi aċċettat bla mistoqsijiet.
Dwar ix-xogħol li l-Gvern qiegħed jagħmel fil-qasam tal-liberta tal-midja u tal-protezzjoni tal-ġurnalisti nirreferi l-ewwerlnett għat-tlett abbozzi li hemm quddiem il-Parlament u li kieku mhux għall-kunsoltazzjoni ulterjuli fuq li kien sar diġa, dawn ilhom li ġew addottati fil-liġi. Il-Gvern jispera li fil-futur qarib tiġi konkluża d-diskussjoni wara konsultazzjoni pubblika.
Fil-qasam Ewropew Malta hija l-ewwel u s’ issa l-uniku pajjiż li mplimentat id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja kontra li SLAPP fil-liġi domestika tagħha.
Il-Gvern huwa impenjat ukoll fl-implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni Ewropeja imsejjaħ il-European Media Freedom Act kif ukoll tar-regolament dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku.
Dan kollu flimkien mal-liġijiet eżistenti jkompli jsaħħaħ is-sitwazzjoni tal-ġurnaliżmu u tal-midja f’ pajjiżna dejjem f’ kuntest ta’ bilanċ u raġjonevolezza li jikkunsidra d-drittijiet ta’ kulħadd.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex itejjeb il-qagħda u l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu f’Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Membru illi fis-sustanza din il-mistoqsija ġiet risposta fit-twegiba għall-interpellanza 21485 li l-punti minnha li jirrispondu għal din id-domanda huma għalhekk inklużi, għad li mhux neċessarjament riprodotti, hawn taħt.
Dwar ix-xogħol li l-Gvern qiegħed jagħmel u jipprospetta li jkompli jagħmel biex itejjeb il-qagħda u l-protezzjoni tal-ġurnalisti f’Malta nirreferi l-ewwerl nett għat-tlett abbozzi li hemm quddiem il-Parlament u li kieku mhux għall-kunsoltazzjoni ulterjuli fuq li kien sar diġa, dawn ilhom li ġew addottati fil-liġi u li tejjbu sostanzjalment il-qagħda tal-ġurnaliżmu. Il-Gvern jispera li fil-futur qarib tiġi konkluża d-diskussjoni wara konsultazzjoni pubblika.
Fil-qasam Ewropew Malta hija l-ewwel u s’ issa l-uniku pajjiż li implimentat id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra li SLAPP fil-liġi domestika tagħha.
Il-Gvern huwa impenjat ukoll fl-implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni Ewropea imsejjaħ il-European Media Freedom Act kif ukoll tar-regolament dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku li huma żewġ inizjattivi impenjanti.
In partikolari, l-European Media Freedom Act jagħti qafas ta’ regolamentazzjoni tal-midja, definit f’sens wiesgħa li jkopri ukoll aspetti oħra apparti x-xandir u l-gazzetti, fuq livell Ewropew u jirregola l-aspetti ewlenin kollha f’dan il-qasam.
Dan l-impenn, flimkien mal-liġijiet eżistenti, għandu jkompli jtejjeb il-qagħda tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna f’kuntest ta’ bilanċ u raġjonevolezza li jikkunsidra d-drittijiet ta’ kulħadd u l-karatteristiċi u l-isfidi partikolari tas-suq Malti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tiegħu biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tagħha biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14830 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li preżentament hemm 7 Deputati tal-Gvern u 13-il Deputati minn naħa tal-Oppożizzjoni li bħalissa għandhom impjieg mal-Amministrazzjoni Pubblika. Din l-interpellanza tinneċessità wisq, għajr għall-parti fejn qed jintalbu t-timesheets u l-attendenza tax-xogħol tal-Onor. Interpellant innifsu, għaliex huma ineżistenti.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525, 22877, 23031 u 23252 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?